SKEMA TA’ REĠISTRAZZJONI DWAR INVESTIMENTI ġL.S.233.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 233.03
REGOLAMENTI DWAR SKEMA
TA’ REĠISTRAZZJONI DWAR L-INVESTIMENTI
1 ta’ Settembru, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 209 ta’ l-2003, kif emendat bl-Avviż Legali 226 ta’ l-
2003.
Titolu u skop.
Skema ta’ Reġistrazzjoni dwar l-Investimenti.
Kap. 123.
Kap. 233.
(2) L-iskop ta’ dawn ir-regolamenti huwa li jipprovdi għat-
twaqqif ta’ skema ta’ reġistrazzjoni li tkun magħrufa bħala Skema
ta’ Reġistrazzjoni dwar l-Investimenti, hawn iżjed ’il quddiem
msejjħa bħala l-Iskema, li permezz tagħha residenti ta’ Malta li
jkollhom assi barra minn Malta mingħajr il-permessi meħtieġa tal-
kontroll fuq il-kambju u, jew mingħajr ma jkunu iddikjaraw l-
income rilevanti (inkluż qligħ kapital) għall-finijiet ta’ 1-Att dwar
it-Taxxa fuq l-Income, jistgħu jirregolarizzaw il-posizzjoni
tagħhom taħt l-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju, hawn iżjed ’il
quddiem imsejjaħ "l-Att", l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u
liġijiet rilevanti oħra, ilkoll kif kienu fis-sehh fl-1 ta' Lulju, 2003.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 226 ta’ l-
2003.
Kap. 371.
2. (1) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem
ma tkunx teħtieġ xort’oħra -
"assi eliġibbli" tfisser depożiti kif imfissra fl-Att dwar il-
Kummerċ Bankarju, titoli inklużi azzjonijiet u stock fil-kapital ta’
kumpannija, debentures, ċertifikati ta’ depożitu, bonds, karti tal-
flus u kull strument simili ieħor li jirrikonoxxi obbligi ta’ debitu,
unitajiet fi skema ta’ investiment kollettiv, poloz ta’ assigurazzjoni
fit-tul fuq il-ħajja u vitalizji, kemm jekk ikunu relatati ma’ xi indiċi
kemm jekk ma jkunux, ingotti tal-metal prezzjuż, warrants,
opzjonijiet, futures u derivattivi oħra kif ukoll istrumenti finanzjarji
oħra li jiġu kuntrattati għal finijiet ta’ investiment, self lil
kumpannija mħux residenti f’Malta u proprjetà  immobbli li tinsab
barra minn Malta;
"data applikabbli" tfisser:
(a) kull data bejn l-1 ta’ Jannar, 2000 u l-31 ta’ Awissu,
2001 f’każ li l-assi jirreferu għar-regolament 6(a), u
(b) kull data bejn l-1 ta’ Settembru, 2001 u l-15 ta’
Novembru, 2003 f’każ li l-assi jirreferu għar-
regolamenti 6(b) u 6(ċ);
"self lil kumpannija mhux residenti f’Malta" għall-iskopijiet ta’
dawn ir-regolamenti tfisser fondi mogħtija minn resident Malti lil
kumpannija mhux residenti f’Malta li jkun is-sid tagħha jew ta’ xi
parti minnha u li jkollha bħala għan ewlieni l-investiment ta’ fondi
bl-iskop li jinħoloq portfolio.
(2) Kliem u frażijiet użati wkoll fl-Att u fl-Att dwar it-Taxxa
fuq l-Income, għandu jkollhom l-istess tifsir bħalma għandhom
f’dawn l-Atti.
2 L.S.233.03 ħ SKEMA TA’ REĠISTRAZZJONI DWAR INVESTIMENTI
(3) Għal finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, dawn li ġejjin jitqiesu
bħala assi eliġibbli miżmuma barra minn Malta:
Kap. 371.
(a) depożiti denominati f’munita barranija miżmuma ma’
istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom liċenza taħt l-Att
dwar il-Kummerċ Bankarju;
L.S. 123.51
(b) investimenti f’fond mhux preskritt ta’ fond ta’
investiment imwaqqaf Malta kif definit fir-regolament
5(2) tar-Regolamenti dwar Skemi ta’ Investiment
Kollettiv (Income minn Investiment);
Kap. 403.
(ċ) investimenti f’poloz ta’ assigurazzjoni fit-tul kemm
jekk ikunu relatati ma’ xi indiċi kemm jekk ma jkunux,
kif speċifikat fil-Klassijiet I sa VI elenkati fit-Tieni
Skeda ta’ l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni,
espressa f’munita barranija u maħruġa minn persuna
awtorizzata biex tmexxi f’Malta kummerċ ta’
assigurazzjoni fit-tul.
(4) Għall-iskopijiet ta’ dawn ir-regolamenti, kull income li jkun
inkiseb direttament minn assi eliġibbli u li jkun riċevut wara l-1
Settembru, 2001 u jerġa’ jiġi investit barra minn Malta qabel id-
data ta’ reġistrazzjoni għandu jiġi meqjus bħala assi eliġibbli li
eżista fl-1 ta’ Settembru, 2001 u ghandu jkun eliġibbli għar-
reġistrazzjoni taħt dawn ir-regolamenti.
Ir-residenti jistgħu 
jirregolarizzaw il-
posizzjoni 
tagħhom.
Kap. 123.
3. Residenti ta’ Malta sidien ta’ assi eliġibbli miżmuma barra
minn Malta jistgħu jirregolarizzaw il-posizzjoni tagħhom taħt l-Att
u, jew l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u, jew liġijiet rilevanti oħra
kif kienu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju, 2003 billi jirreġistraw dawn l-assi
taħt l-Iskema fuq il-formola preskritta kif murija fl-Iskeda.
(2) L-assi eliġibbli għandhom jiġu reġistrati taħt l-Iskema mill-
persuna li tkun is-sid ta’ dawk l-assi miżmuma barra minn Malta
fid-data applikabbli jew mill-eredi jew mil-legatarju ta’ dik il-
persuna meta dan l-eredi jew legatarju jsir is-sid ta’ assi eliġibbli
wara r-rimpatriju tagħhom.
L-Iskema tibqa’ 
sseħħ sal-15 ta’ 
Novembru 2003.
4. L-Iskema għandha tibqa’ għaddejja sal-15 ta’ Novembru
2003.
Aġenti appuntati 
għar-reġistrazzjoni.
Kap. 370.
Kap. 371.
5. (1) Ir-reġistrazzjoni ta’ assi eliġibbli għandha sseħħ
permezz ta’ l-aġenti għar-reġistrazzjoni maħtura li għandhom ikunu
istituzzjonijiet ta’ kreditu li tingħatalhom liċenza f’Malta taħt l-Att
dwar il-Kummerċ Bankarju, stockbrokers li jkollhom liċenza taħt l-
Att dwar Servizzi ta’ Investiment, u persuni li jkollhom Liċenza ta’
Servizzi ta’ Investiment f’kategorija 2 jew kategorija 3 mogħtija
taħt l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment, u li jkunu f’kull każ
appuntati bħala aġenti għar-reġistrazzjoni maħtura mill-Bank
Ċentrali ta’ Malta.
Assi li jistgħu jiġu 
reġistrati.
6. Ir-reġistrazzjoni ta’ l-assi eliġibbli taħt l-Iskema tkun
miftuħa għal:
(a) l-assi eliġibbli li kienu qed jinżammu barra minn
Malta fi jew wara l-1 ta’ Jannar, 2000 u li kienu
rimpatrijati lejn Malta qabel l-1 ta’ Settembru, 2001;
SKEMA TA’ REĠISTRAZZJONI DWAR INVESTIMENTI ġL.S.233.03 3
(b) l-assi eliġibbli li kienu qed jinżammu barra minn
Malta fl-1 ta’ Settembru, 2001 u li jkunu rimpatrijati
lejn Malta qabel is-16 ta’ Novembru, 2003;
(ċ) l-assi eliġibbli li kienu qed jinżammu barra minn
Malta fl-1 ta’ Settembru, 2001 u li jitħallew barra mill-
pajjiż.
Provi 
dokumentarji.
7. (1) Fil-każ ta’ l-assi eliġibbli li jiġu rimpatrijati f’Malta, l-
aġent għar-reġistrazzjoni maħtur għandu biss jirreġistra dawk l-assi
meta l-applikant jippreżenta l-provi dokumentarji oriġinali -
(a) fejn jikkonferma li dawk l-assi kienu nżammu barra
minn Malta bejn l-1 ta’ Jannar, 2000 u l-31 ta’ Awissu,
2001 f’każ ta’ assi msemmija fir-regolament 6(a) jew
fl-1 ta’ Settembru, 2001 fil-każijiet l-oħra kollha; u
(b) fejn jikkonferma r-rimpatriju matul il-perjodu ta’
operazzjoni ta’ l-Iskema.
(2) Fil-każ ta’ assi eliġibbli li għandhom jinżammu barra minn
Malta, l-aġent ghar-reġistrazzjoni maħtur għandu biss jirreġistra
dawk l-assi meta l-applikant jippreżenta provi dokumentarji
oriġinali fejn jikkonferma li dawk l-assi kienu qed jinżammu barra
minn Malta fl-1 ta’ Settembru, 2001.
(3) Il-provi dokumentarji li ssemmew fis-subregolamenti (1) u
(2) għandhom ikunu:
(a) f’każ ta’ ingotti ta’ metall prezzjuż, konferma mill-
istituzzjoni liċenzjata li fiha jkunu qed jinżammu dawk
l-ingotti;
(b) f’każ ta’ proprjetà  immobbli li tinsab barra minn Malta
kopja ċertifikata tal-kuntratt oriġinali li permezz
tiegħu ġiet mixtrija l-proprjetà  u l-konferma li tiġi
minn persuna kwalifikata kif imiss;
(ċ) f’każ ta’ self lil kumpannija mhux residenti li l-għan
ewlieni tagħha hu l-investimenti ta’ fondi bl-iskop li
jinħoloq portfolio, kopja ċertifikata tal-ftehim li
permezz tiegħu fondi ġew mogħtija minn resident
Malti lil din il-kumpannija mhux residenti;
(d) f’każ ta’ l-assi eliġibbli l-oħra kollha li ma
jissemmewx fil-paragrafi (a), (b) u (ċ), konferma minn
intermedjarju finanzjarju li jkollu liċenza minn barra
minn Malta;
(e) provi dokumentarji oħra li jistgħu jiġu dikjarati
suffiċjenti mill-Bank Ċentrali ta’ Malta bil-miktub
minn każ għal każ;
(f) meta l-assi eliġibbli jkunu miżmuma minn terza
persuna f’kapaċità  fiduċjarja, l-applikant għandu
jippreżenta wkoll lill-aġent għar-reġistrazzjoni
maħtur:
(i) meta l-fiduċjarju jkun regolat u jkollu liċenza
minn Malta jew ġurisdizzjoni barranija, prova li
dak il-fiduċjarju jkun tassew hekk regolat jew li
jkollu liċenza bħal dik; jew
4 L.S.233.03 ħ SKEMA TA’ REĠISTRAZZJONI DWAR INVESTIMENTI
(ii) meta l-fiduċjarju ma jkollux liċenza jew ma
jkunx regolat, konferma bil-firma oriġinali tal-
fiduċjarju u bix-xħieda ta’ Nutar Pubbliku jew
tal-Kummissjunarju b’Setgħa li Jagħti Ġurament
li dak il-fiduċjarju kien qiegħed iżomm assi
eliġibbli f’isem l-applikant; u
(g) meta l-assi eliġibbli ġew rimpatrijati lura Malta, il-
konferma meħtieġa skond is-subregolament (1)(b)
għandha tiġi pprovduta minn intermedjarju finanzjarju
li jkollu liċenza lokali.
(4) Meta assi eliġibbli li jistgħu jiġu reġistrati taħt l-Iskema
jkunu ġew konvertiti mill-applikant f’assi barranin oħra matul il-
perjodu bejn l-1 ta’ Settembru, 2001 u d-data ta’ reġistrazzjoni, l-
applikant għandu jipprovdi provi dokumentarji ta’ dawk il-
konversjonijiet hekk kif jistgħu jkunu meħtieġa mill-aġent għar-
reġistrazzjoni maħtur.
(5) Kopji tal-provi dokumentarji oriġinali kif speċifikati fis-
subregolamenti (1), (2), (3) u (4) għandhom jiġu miżmuma mill-
aġent għar-reġistrazzjoni maħtur, f’għamla stampata jew
elettronika, għal finijiet ta’ żamma ta’ records għal perjodu ta’
għaxar snin.
Id-dikjarazzjoni 
għandha tkun 
iffirmata.
8. (1) Kull min jirreġistra assi eliġibbli taħt l-Iskema għandu
jiffirma id-dikjarazzjoni li tingħatalu mill-aġent għar-reġistrazzjoni
maħtur, fejn jiġi dikjarat illi:
(a) persuna tkun is-sid benefiċjarja ta’ l-assi li jkunu
qegħdin jiġu reġistrati;
(b) persuna tkun taċċetta responsabbiltà  sħiħa għall-
eżattezza u l-awtentiċità  ta’ l-informazzjoni u tal-provi
dokumentarji mogħtija lill-aġent għar-reġistrazzjoni
maħtur;
(ċ) persuna tintrabat li tagħmel disponibbli lill-aġent għar-
reġistrazzjoni maħtur kull informazzjoni ulterjuri li
tista’ tkun meħtieġa mill-aġent sabiex ikun jista’
jwettaq dmirijietu sew f’dan ir-rigward;
(d) il-provi dokumentarji li jkunu qegħdin jiġu ppreżentati
lill-aġent għar-reġistrazzjoni maħtur skond ma hemm
fir-regolament 7(1), (2), (3) u (4) ikunu d-
dokumentazzjoni oriġinali veri;
(e) l-assi eliġibbli reġistrati ma jkunux jirrapreżentaw xi
rikavat minn:
Kap. 373. (i) reat ta’ money laundering taħt l-Att kontra
Money Laundering, jew
Kap. 373.
Kap. 123.
(ii) xi wieħed mir-reati elenkati fit-Tieni Skeda li
tinsab ma’ l-Att kontra Money Laundering, li ma
jkunx reat kontra l-Att jew l-Att dwar it-Taxxa
fuq l-Income kif kienu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju,
2003, jew
(iii) reat kontra xi liġi oħra kif din kienet fis-seħħ fl-
1 ta’ Lulju, 2003;
SKEMA TA’ REĠISTRAZZJONI DWAR INVESTIMENTI ġL.S.233.03 5
(f) l-assi reġistrati kienu qed jinżammu barra minn Malta
bejn l-1 ta’ Jannar, 2000 u l-31 ta’ Awissu, 2001 f’każ
ta’ assi insemmija fir-regolament 6(a), jew fl-1 ta’
Settembru, 2001 fil-każijiet l-oħra kollha;
(g) l-assi reġistrati jkunu ġew reġistrati darba biss taħt l-
Iskema;
(h) id-dikjarazzjoni tkun qegħda tingħata bonafidi.
(2) Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha wkoll:
(a) deskrizzjoni dettaljata ta’ l-assi eliġibbli li jkunu
qegħdin jiġu reġistrati u d-dettalji dwarhom;
(b) dettalji dwar is-sidien benefiċjarji inklużi l-isem sħiħ,
numru tal-karta ta’ l-identità , indirizz u firma; u
dettalji dwar il-fiduċjarju meta l-assi eliġibbli jkunu
qegħdin jinżammu minn xi terza parti;
(ċ) dettalji dwar l-aġent għar-reġistrazzjoni maħtur.
Ċertifikazzjoni.
kif imiss il-modalitajiet tad-dikjarazzjoni, għandu joħroġ ċertifikat
ta’ reġistrazzjoni. Iċ-ċertifikat għandu jiġi enumerat b’sekwenza u
b’mod uniku u fuq kartolerija kontrollata.
(2) Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni għandu jinħareġ lill-applikant
meta huwa jħallas dritt ta’ reġistrazzjoni kif hemm speċifikat fir-
regolament 10.
(3) Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni għandu jinħareġ mill-aġent
għar-reġistrazzjoni maħtur fi tliet kopji: kopja li tiġi provduta lill-
applikant, kopja oħra li tinżamm mill-aġent għar-reġistrazzjoni
maħtur, u t-tielet kopja li għandha tingħata lid-depożitarju ċentrali
maħtur ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta
qiegħed, b’dawn ir-regolamenti, jinħatar bħala d-depożitarju
ċentrali maħtur ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni.
(4) Kull persuna, inklużi funzjonarji jew aġenti ta’ qabel jew
preżenti ta’ aġenti għar-reġistrazzjoni maħtura jew tad-depożitarju
ċentrali maħtur ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, tkun marbuta bl-
obbligu tas-sigriet professjonali waqt li tkun qed teżerċita l-
funzjonijiet tagħha taħt dawn ir-regolamenti u ma għandha tikxef
ebda informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u li
tista’ tkun kisbet fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha taħt dawn ir-
regolamenti.
Kap. 123.
(5) Malli ssir ir-reġistrazzjoni, is-sid benefiċjarju ta’ l-assi
eliġibbli reġistrati taħt din l-Iskema għandu jkun intitolat għall-
eżenzjonijiet imsemmija fl-artikolu 39(2) ta’ l-Att u fl-artikolu 9B
ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
(6) Jekk l-applikant jippreżenta xi dikjarazzjoni jew dokument
falz, dan jannulla ċ-ċertifikat u jirrendi lill-applikant ineliġibbli
għall-benefiċċji li jingħataw taħt l-Iskema.
(7) Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni definittivament ma jistax jiġi
trasferit.
(8) Fil-każ li ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jintilef jew jinqered,
l-applikant jista’ jagħmel talba bil-miktub lid-depożitarju ċentrali
6 L.S.233.03 ħ SKEMA TA’ REĠISTRAZZJONI DWAR INVESTIMENTI
maħttur ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni sabiex tinħareġ kopja taċ-
ċertifikat li jkun intilef jew inqered.
Dritt ta’ 
reġistrazzjoni.
10. (1) Il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jkun soġġett
għal ħlas li għandu jsir mill-applikant ta’ dritt ta’ reġistrazzjoni li
jitħallas lill-Gvern. Dak id-dritt ikun jiswa daqs ħamsa fil-mija tal-
valur tas-suq ta’ l-assi eliġibbli reġistrati, kalkolati abbażi ta’
valutazzjoni li ssir minn persuna kwalifikata kif imiss matul it-tliet
xhur li jiġu minnufih qabel, li tiġi ppreżentata lill-aġent għar-
reġistrazzjoni maħtur.
(2) Id-drittijiet ta’ reġistrazzjoni li jitħallsu minn applikanti
reġistrati għandhom jiġu mgħoddija mill-aġent għar-reġistrazzjoni
maħtur lill-Gvern f’kont bankarju miftuħ għaldaqshekk fil-Bank
Ċentrali ta’ Malta sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara tmiem
ix-xahar li matulu jkunu nġabru d-drittijiet.
(3) L-aġent għar-reġistrazzjoni maħtur għandu joħroġ riċevuta,
li tkun parti integrali mill-formola ta’ reġistrazzjoni, lill-applikant
dwar id-dritt ta’ reġistrazzjoni li jkun tħallas.
(4) Il-kopji bi tlieta taċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni kollha
maħruġin mill-aġent għar-reġistrazzjoni maħtur matul ix-xahar
għandhom jintbagħtu lid-depożitarju ċentrali fil-Bank Ċentrali ta’
Malta fi żmien sebat ijiem wara tmiem dak ix-xahar.
Dritt għal servizzi 
mogħtija.
11. L-aġent għar-reġistrazzjoni maħtur ikollu jedd jirċievi dritt
għal servizzi mogħtija sabiex ikun jista’ jagħmel ir-reġistrazzjoni.
Dak id-dritt għandu jitnaqqas mid-dritt ta’ reġistrazzjoni li jitħallas
għar-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni. Dak id-dritt
għandu jkun jiswa daqs 5% tad-dritt tar-reġistrazzjoni, iżda dan ma
għandux ikun inqas minn Lm 10 jew iżjed minn Lm 125 għal kull
applikazzjoni li tiġi reġistrata. Ma għandu jintalab ebda dritt għal
servizz mogħti minn aġent għar-reġistrazzjoni maħtur meta dan
ikun istituzzjoni ta’ kreditu fejn il-flejjes jiġu rimpatrijati u
jitqegħdu f’dik l-istess istituzzjoni ta’ kreditu f’kont ta’ depożitu
fiss għal sena jew iktar.
Id-detenturi 
għandhom iżommu 
l-provi 
dokumentarji.
12. Id-detenturi ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni li jikkonvertu l-
assi eliġibbli reġistrati tagħhom f’assi oħra għandhom, wara dik ir-
reġistrazzjoni, iżommu kull prova dokumentarja li jkollha x’taqsam
ma’ dawk il-konverżjonijiet.
SKEMA TA’ REĠISTRAZZJONI DWAR INVESTIMENTI ġL.S.233.03 7
8 L.S.233.03 ħ SKEMA TA’ REĠISTRAZZJONI DWAR INVESTIMENTI
SKEMA TA’ REĠISTRAZZJONI DWAR INVESTIMENTI ġL.S.233.03 9
B’referenza għat-Tieni Parti ta’ dan id-Dokument, jien/aħna niddikjaraw li:
1. jiena/aħna s-sid/ien benefiċjarju/benefiċjarji ta’ l-assi reġistrati jew l-eredi jew il-
legatarju/i ta’ dak/dawk is-sid/ien.
2. l-assi reġistrati kienu: (a) miżmuma minni/minna barra minn Malta u li kont/konna s-
sid/ien fl-1 ta’ Jannar, 2000 u li kienu rimpatrijati lejn Malta qabel l-1 ta’ Settembru, 2001 u/
jew (b) miżmuma minni/minna barra minn Malta u li kont/konna s-sid/ien fl-1 ta’ Settembru,
2001.
3. dawn l-assi qegħdin jiġu reġistrati darba biss taħt din l-Iskema ta’ Reġistrazzjoni
dwar l-Investimenti u li dawn l-assi ma ġewx reġistrati f’xi forma oħra taħt l-Iskema ta’
Reġisttazzjoni dwar l-Investimenti stabbilita taħt l-Avviż Legali 315 ta’ l-2001 u l-Avviż
Legali 59 ta’ l-2002.
4. l-assi reġistrati m’humiex marbuta ma’ dħul minn money laundering kif definit taħt
l-Att Kontra l-Money Laundering, jew minn xi reat kriminati ieħor li jmur kontra xi liġi ħlief
l-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju u l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
5. id-dokumentazzjoni u l-evidenza kollha murija lill-aġent maħtur ghar-reġistrazzjoni
ta’ dawn l-assi hija vera u oriġinali.
6. naċċetta/w li ninżamm/u responsabbli għall-korrettezza u l-awtentiċità  ta’ l-
informazzjoni u d-dokumentazzjoni mogħtija lill-aġent maħtur taħt l-Iskema ta’
Reġistrazzjoni dwar l-Investimenti.
7. nagħti/nagħtu lill-aġent maħtur għar-reġistrazzjoni l-informazzjoni, dikjarazzjonijiet,
stqarrijiet u d-dokumenti kollha li huwa jista’ jiġi bżonn sabiex ikun jista’ jwettaq il-
funzjonijiet mogħtija lilu taħt l-Iskema ta’ Reġistrazzjoni dwar l-Investimenti.
8. din id-dikjarazzjoni qiegħda ssir in bona fede.
9. talli għamilt/għamilna din id-dikjarazzjoni u akkwistajt/akkwistajna dritt għall-
eżenzjonijiet li jistgħu jingħataw taħt il-liġi wara din ir-reġistrazzjoni, jien/aħna naċċetta/w li
nħallas/nħallsu, f’liri Maltin, id-dritt ta’ reġistrazzjoni fuq il-valur kurrenti ta’ l-assi eliġibbli
kif spjesat fil-Kolonna E ta’ l-Ewwel Parti ta’ dan id-dokument.
10. jien/aħna nifhem/nifhmu li l-għoti ta’ dikjarazzjonijiet u dokumenti foloz jagħmlu lil
dan iċ-ċertifikat null u jistgħu jittieħdu proċedimenti kriminali kontrija/kontrina.
11. jien/aħna nifhem/nifhmu wkoll li f’każ li jien/aħna nirċievi/u xi benefiċċju,
eżenzjoni jew vantaġġ ieħor taħt l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali jew taħt xi skema oħra
magħmula mill-Gvern jew xi entità  pubblika oħra jew taħt xi liġi oħra minħabba li ma kontx/
konniex iddikjarajt/na dawk l-assi eliġibbli li qed jiġu reġistrati hawnhekk (jew dħul
minnhom), jien/aħna ma għandix/għandniex niġi/u mitlub/a li nirrifondi/u dak il-benefiċċju,
eżenzjoni jew vantaġġ ieħor miksub qabel din ir-reġistrazzjoni. Iżda, jekk wara din ir-
reġistrazzjoni, jien/aħna inkompli/nkomplu nieħu/nieħdu dak il-benefiċċju, eżenzjoni jew
vantaġġ mingħajr ma nkun/u intitolat/i għalihom, jien/aħna għandi/na nitqies/u li qatt ma
gawdejt/gawdejna mill-eżenzjonijiet imsemmija fl-artikolu 39(2) ta’ l-Att dwar il-Kontroll
fuq il-Kambju u l-artikolu 98 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, u nitlef/nitilfu id-dritt li ma
niġix/niġux mitlub/a nirrifondi/nirrifondu xi benefiċċju, eżenzjoni jew vantaġġ hekk miksub
qabel ir-reġistrazzjoni.
B’referenza għat-Tielet Parti ta’ dan id-dokument, aħna niddikkjaraw li:
1. ingħatajna l-informazzjoni, dikjarazzjonijiet u dokumenti kollha meħtieġa sabiex
aħna nkunu nistgħu nwettqu l-funzjoni tagħna taħt l-iskema; u
2. żammejna kopji ta’ din id-dokumentazzjoni kif imiss u nobbligaw ruħna li nkomplu
nżommu din id-dokumentazzjoni għal 10 snin;
3. aħna marbuta bil-liġi bl-obbligu tas-sigriet professjonali u li m’aħniex se nikxfu l-
ebda informazzjoni li tinsab fiċ-Ċertifikat tar-Reġistrazzjoni.
Ir-Raba’ Parti: Dikjarazzjoni ta’ l-Applikant
Il-Ħames Parti: Dikjarazzjoni ta’ l-Aġent Maħtur
