TRANSAZZJONIJIET ESTERNI ġL.S.233.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 233.04
REGOLAMENTI DWAR TRANSAZZJONIJIET 
ESTERNI
26 ta’ Diċembru, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 427 ta’ l-2003.
Titolu.
Transazzjonijiet Esterni.
Kap. 233.
Il-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi pprovda li
kull restrizzjoni u, jew obbligazzjoni li teżisti taħt l-Att dwar il-
Kontroll fuq il-Kambju, kif kien fis-seħħ qabel il-ħruġ ta’ dan l-
avviż u msemmija hawn iktar ’l isfel f’dan l-avviż, għandha tibqa’
fis-seħħ għal dak iż-żmien skond ma jista’ jiġi dikjarat mill-istess
Ministru, u d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kontroll fuq il-
Kambju kif kien fis-seħħ qabel il-ħruġ ta’ dan l-avviż għandhom
jibqgħu japplikaw għar-rigward ta’ dik ir-restrizzjoni jew
obbligazzjoni:
Rigal fi flus 
kontanti/somma 
biex tgħajjex il-
familja.
1. Il-limitu massimu fuq ħlasijiet minn persuni residenti bħala
rigali fi flus kontanti jew somom biex tgħajjex il-familja huwa ta’
Lm30,000 fis-sena għal kull persuna adulta.
Kontijiet korrenti 
ma’ istituzzjonijiet 
ta’ kreditu barra 
minn Malta.
2. Persuni residenti mhumiex permessi jiftħu u jżommu
kontijiet korrenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu barranin.
Kumpanniji li joffru servizzi finanzjarji lill-klijenti tagħhom huma
permessi jiftħu u jżommu kontijiet korrenti tal-klijenti ma’
istituzzjonijiet ta’ kreditu barranin.
Żamma ta’ flus 
barranin - persuna 
residenti (persuna 
naturali).
3. Il-limitu massimu ta’ flus barranin (kontanti/ċekkijiet) illi
persuna residenti hija eżentata milli tirritorna lura lil istituzzjoni
liċenzjata fil-kummerċ ta’ kambju tal-flus (qabel msejjħa negozjant
awtorizzat) huwa l-ekwivalenti ta’ Lm50,000.
Kontijiet korrenti 
denominati 
f’munita barranija 
ma’ istituzzjonijiet 
ta’ kreditu 
domestiċi - persuna 
residenti (persuna 
naturali).
4. Persuna naturali hija permessa żżomm kontijiet korrenti
denominati f’munita barranija ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu lokali
suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) illi l-fondi depożitati huma diġà  denominati
f’munita barranija; u
(ii) il-bilanċ massimu f’dawn il-kontijiet ma jkunx
iżjed mill-ekwivalenti ta’ Lm50,000.
Kontijiet 
denominati 
f’munita barranija 
ma’ istituzzjonijiet 
ta’ kreditu 
domestiċi - 
kumpanniji/
ħwienet.
5. Kumpannijiċħwienet huma permessi jżommu kontijiet
(korrenti, ta’ tfaddil, fissi) denominati f’munita barranija ma’
istituzzjonijiet ta’ kreditu lokali suġġett għall-kondizzjonijiet li
ġejjin:
(i) illi l-fondi depożitati huma diġà  denominati
f’munita barranija; u
(ii) bilanċi jistgħu jintużaw sabiex isiru ħlasijiet
barra minn Malta għal spejjeż ta’ kummerċ.
Aġenti li jirċievu ħlas f’munita barranija mingħand klijenti
lokali għall-importazzjoni ta’ oġġetti u servizzi jistgħu
2 L.S.233.04 ħ TRANSAZZJONIJIET ESTERNI
jiddepożitaw dawn il-fondi f’kontijiet denominati f’munita
barranija ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu lokali. Madankollu dan ir-
rikavat għandu jintbagħat lill-kumpannija barranija li jsir in-
negozju magħha fi żmien xahar minn meta jirċevuhom.
Investiment tal-
portafoll barrani.
6. Waqt li m’hemmx limitu għal investiment tal-portafoll
barrani, persuni residenti mhumiex permessi jpoġġu fondi f’assi
tal-portafoll b’perjodu ta’ maturità  ta’ anqas minn sitt xhur.
Self finanzjarju 
minn persuni 
residenti għal 
persuni mhux 
residenti.
7. Persuni residenti mhumiex permessi jagħtu self finanzjarju
lil persuni mhux residenti għal perjodu ta’ inqas minn sitt xhur.
Self finanzjarju 
minn persuni 
residenti f’munita 
barranija.
8. Persuni residenti mhumiex permessi li jieħdu self f’munita
barranija mingħand persuni residenti jew persuni mhux residenti
għall-perjodi ta’ inqas minn sitt xhur.
Investimenti minn 
skemi ta’ 
investiment ta’ 
fondi lokali.
9. Skemi ta’ investiment ta’ fondi li jiġbru fondi f’liri Maltin
mingħand persuni residenti bl-għan li jinvestu dawn il-fondi f’assi
denominati f’liri Maltin mhumiex permessi li jżommu aktar minn
15 fil-mija tal-fondi ta’ l-azzjonisti tagħhom f’assi f’munita
barranija.
Kuntratti ma’ 
kumpanniji mhux 
residenti li joffru 
servizz ta’ 
assigurazzjoni 
vitalizji.
10. Persuni residenti mhumiex permessi jagħmlu kuntratti ta’
assigurazzjoni fuq il-ħajja ma’ kumpanniji mhux residenti li joffru
servizz ta’ assigurazzjoni vitalizji ħlief f’każi meta l-polza ta’ l-
assigurazzjoni toffri biss ħlas ta’ somma ta’ flus jew kumpens ieħor
f’każ ta’ mewt f’dak il-perjodu li jkun speċifikat fil-polza.
Kuntratti ma’ 
kumpanniji mhux 
residenti li joffru 
servizz ta’ 
assigurazzjoni 
mhux vitalizji.
Kap. 403.
Kap. 104.
11. Persuni residenti mhumiex permessi jagħmlu kuntratti ta’
assigurazzjoni mhux vitalizji li jinvolvu assigurazzjoni ta’ vetturi
bil-mutur ma’ kumpanniji mhux residenti (jiġifieri kull premium
skond Grupp 2 ta’ Taqsima II tat-Tielet Skeda għall-Att dwar il-
Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni, li jipprovdi għall-poloz ta’
assigurazzjoni maħruġin minn assiguratur awtorizzat kif definit fl-
Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur għar-Riskji
ta’ Terzi Persuni).
Transazzjonijiet 
spot/forward ta’ 
flus.
12. Istituzzjonijiet liċenzjati biex jagħmlu kummerċ f’munita
barranija mhumiex permessi li jagħmlu kuntratti spotċforward
dwar transazzjonijiet fuq kontijiet kapitali fejn il-fondi f’liri Maltin
użati fit-transazzjoni kienu ġew mislufin mill-persuna residenti jew
persuna mhux residenti li jsir negozju magħha.
Rimpatriju ta’ dħul 
mill-esportazzjoni.
13. Persuni residenti li jagħmlu transazzjonijiet ta’
esportazzjoni mhumiex permessi li jżommu dħul mill-esportazzjoni
f’kontijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu barranin. Madanakollu
jistgħu jiddepożitaw dan id-dħul f’kontijiet barranin ma’
istituzzjonijiet ta’ kreditu lokali.
Ħruġ, xiri, bejgħ u 
fidwa ta’ titoli 
reġistrati f’Malta 
mhux elenkati - 
persuni mhux 
residenti.
Kap. 123.
Kap. 234.
14. Applikazzjonijiet minn persuni mhux residenti għall-ħruġ,
xiri, bejgħ u fidwa ta’ titoli mhux elenkati f’kumpanniji lokali
mwaqqfin, jew li sa jitwaqqfu, f’Malta jridu jgħaddu mingħand ir-
Reġistratur tal-Kumpanniji fi ħdan l-Awtorità  għas-Servizzi
Finanzjarji ta’ Malta. Din il-proċedura ma tapplikax għall-
kumpanniji kif definiti f’artikolu 2 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income, (jiġifieri, kumpannija b’kummerċ/holding internazzjonali)
u għal kumpanniji li għandhom bastiment reġistrat taħt l-Att dwar
TRANSAZZJONIJIET ESTERNI ġL.S.233.04 3
Bastimenti Merkantili, u fejn il-parteċipazzjoni tal-persuni
residenti ma tkunx iżjed minn 20 fil-mija.
