QORTI TA’ SPEZZJON ġ L.S.234.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 234.10
REGOLI DWAR QORTI TA’ SPEZZJON
13 ta’ Awissu, 1974
L-AVVIŻ LEGALI 93 ta’ l-1974.
Titolu.
Spezzjon.
Tifsir.
Kap. 234.
"Ministru" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha fl-Att;
"President" tfisser il-persuna nominata mill-Minstru biex tkun il-
President tal-Qorti skond l-artikolu 326(2) ta’ l-Att;
"qorti" tfisser il-Qorti ta’ Spezzjon imwaqqfa skond l-artikolu
326 ta’ l-Att;
"reġistratur" tfisser il-persuna nominata minn żmien għal żmien
mill-Ministru biex tkun ir-reġistratur tal-qorti skond l-artikolu
326(4) ta’ l-Att.
Avviż ta’ appell.
quddiem imsejjaħ "l-appellant", ikun jixtieq jappella lill-qorti, hu
għandu jippreżenta fl-uffiċċju tar-reġistratur avviż ta’ appell fil-
forma li tidher bħala Formula Nru. 1 fl-Ewwel Skeda.
Tlaqqigħ tal-qorti.
għandu jikkomunika l-fatt lill-Minstru u lill-President. 
(2) Ir-reġistratur għandu jagħżel persuna biex tagħmilha ta’
espert fl-appell minn fost il-lista ta’ esperti approvata għal dak iż-
żmien mill-Ministru skond l-artikolu 315 ta’ l-Att.
(3) Il-Ministru, meta jirċievi avviż ta’ l-appell, għandu
jinnomina lill-espert l-ieħor, u għandu minnufih jibgħat l-isem u l-
indirizz ta’ dak l-espert lir-reġistratur.
(4) Jekk il-bastiment li għalih ikun jirreferi l-appell ikun
bastiment barrani, ir-reġistratur għandu jagħti avviż lill-uffiċjal
konsulari tal-pajjiż tal-bastiment, jekk dak il-pajjiż ikollu uffiċjal
konsulari f’Malta, li, fuq talba ta’ l-appellant, tiġi magħżula
persuna kompetenti mill-uffiċjal konlsulari biex tagħmilha ta’
espert minflok l-espert magħżul mir-registratur skond is-subregola
(2).
(5) Malli r-reġistratur ikun aċċerta minn min se jiġi mismugħ
l-appell, hu għandu jlaqqa’ l-qorti fil-forma li tidher bħala Formula
Nru. 2 li hemm fl-Ewwel Skeda, u hu għandu, fl-istess ħin, jibgħat
avviż ta’ dan lill-Ministru u lill-appellant fil-forma li tidher bħala
Formula Nru. 3 fl-imsemmija Skeda.
(6) Jekk l-ispezzjon li għalih jirreferi l-appell ikun sar fuq
ilment ta’ xi persuna, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa persuna
li tagħmel l-ilment, il-Ministru għandu jibgħatilha avviż tal-ħin u
tal-post stabbilit għas-smigħ.
2 L.S.234.10 ħ QORTI TA’ SPEZZJON
(7) Qabel is-smigħ, il-Ministru għandu jibgħat lir-reġistratur,
biex tinġieb bħala prova fis-smigħ, kopja uffiċjali tar-rapport tas-
surveyor.
(8) Il-Qorti għandha jekk prattikabbli titlaqqa’ biex tisma’ l-
appell f’ġurnata li ma tkunx aktar tard minn erbatax-il jum wara li
jiġi preżentat l-avviż ta' l-appell.
Partijiet fil-
proċedimenti.
5. Il-Ministru u l-appellant ikunu l-partijiet fil-proċedimenti,
u kull persuna oħra, li tidher, tista’ bil-permess tal-qorti, ssir parti
fil-proċedimenti.
Avviż biex 
jinġiebu 
dokumenti.
6. Parti tista’ tagħti lil kull parti oħra avviż bil-miktub biex
tipproduċi kull dokument, barra minn dawk l-eċċezzjonijiet kollha
li jkunu ġusti, dwar il-kwistjoni, u li jkun fil-pussess jew taħt il-
kontroll ta’ dik il-parti l-oħra, u, jekk dak l-avviż ma jiġix imħares,
xiehda sekondarja ta’ dak li jkun jinsab fl-imsemmija dokumenti
tista’ tingħata minn jew f’isem il-parti li tkun tat dak l-avviż.
Xhieda. 7. It-taħrik tax-xhieda għandu jiġi maħruġ lix-xhieda mill-
qorti, u dak it-taħrik għandu, safejn ikun prattikabbli, ikun fil-
formula wżata għat-taħrik ta’ xhieda quddiem il-Qorti ta’ l-Appell
għas-smigħ ta’ appelli mill-Qrati tal-Maġistrati, ġurisdizzjoni
ċivili, u jkun suġġett għall-istess regoli.
Ġuramenti, eċċ. 8. Ġuramenti u dikjarazzjonijiet solenni jistgħu, bil-permess
tal-qorti, jintużaw bħala xiehda fis-smigħ.
Proċedimenti fil-
qorti.
9. (1) Fis-smigħ, il-Ministru għandu l-ewwel isejjaħ ix-
xhieda tiegħu, il-persuna li tkun għamlet l-ilment, jekk tkun dehret,
għandha mbagħad issejjaħ ix-xhieda tagħha, u, fl-aħħarnett l-
appellant għandu jsejjaħ ix-xhieda tiegħu.
(2) Wara li l-appellant ikun eżamina ix-xhieda tiegħu kollha,
il-Ministru u l-persuna li tagħmel l-ilment jistgħu, jekk jiġi muri
għas-sodisfazzjon tal-qorti li hemm raġuni, isejħu aktar xhieda
b’risposta.
(3) Wara li x-xhieda kollha jkun ġew eżaminati, il-qorti
għandha l-ewwel tisma’ lill-appelIant, imbagħad lill-persuna li
tagħmel l-ilment, jekk ikun hemm, u wara lill-Ministru.
(4) Il-qorti tista’ taġġorna s-smigħ minn żmien għal żmien u
minn post għal post.
(5) Id-deċiżjoni tal-qorti tista’ tingħata jew viva voce jew bil-
miktub, u ma jkunx hemm ħtieġa li ssir laqgħa biss sabiex tingħata
deċiżjoni.
(6) Kemm jista’ jkun malajr wara li tkun laħqet id-deċiżjoni
tagħha, il-qorti għandha toħroġ ordni għall-ħelsien jew għad-
detenzjoni, jew assoluta jew kondizzjonata, tal-bastiment fil-forma
murija bħala Formula Nru. 4 li hemm fl-Ewwel Skeda, u kopja
tagħha għandha tintbagħat jew tiġi konsenjata lill-partijiet
rispettivi.
(7) Il-qorti għandha tirrapporta lill-Ministru fil-forma murija
bħala Formula Nru. 5 li hemm fl-Ewwel Skeda.
Danni. 10. Il-qorti tista’, jekk il-partijiet jaqblu dwar dan bil-muktub,
tiddeċiedi jekk humiex dovuti danni, u lil min u minn għand min, u
QORTI TA’ SPEZZJON ġ L.S.234.10 3
tista’ tillkwida l-ammont taghħom.
Notifika ta’ avviżi.
ir-regoli jista’ jiġi notifikat jew personalment jew billi dan
jintbagħat b’ittra reġistrata fl-indirizz tal-persuna li tkun se tiġi
notifikata, u n-notifika ta’ kull avviż, taħrika jew dokument ieħor
tista’ tiġi ppruvata bil-ġurament jew bl-affidavit tal-persuna li tkun
notifikata.
Garanzija għall-
ispejjeż.
12. Il-qorti tista’, qabel ma jinstema’ l-appell, teħtieġ lill-
appellant li jagħti garanzija għas-sodisfazzjon tal-qorti għall-
ispejjeż li hu għad irid ikollu jħallas.
Drittijiet.
regola 4 għandhom jiġu stabbiliti mill-qorti u miġbura f’isimhom
mir-reġistratur.
(2) Ir-reġistratur għandu wkoll jimponi u jiġbor, għal u f’isem
il-Gvern, id-drittijiet murija fit-Tieni Skeda.
4 L.S.234.10 ħ QORTI TA’ SPEZZJON
L-EWWEL SKEDA
(Regola 3)
FORMULA Nru. 1
Avviż ta’ appell
Lir-Reġistratur tal-Qorti ta’ Spezzjon.
Jiena hawnhekk qed nagħtik awiz illi jiena .................................. (isem u
indirizz), il-kaptan (jew is-sid ta’ .................. azzjonijiet) tal-bastiment
.................................. tal-port ta’ .............................. qed nappella -
(1) mir-rapport ta’ ......................................., is-surveyor nominat mill-
Ministru biex jispezzjona l-imsemmi bastiment.
jew (2) mid-dikjarazzjoni mogħtija minn .............................., surveyor ta’
bastimenti JEW inġinier surveryor JEW surveyor tar-radju (JEW mir-
rifjut ta’ .........................., surveyor ta’ bastimenti jew inġinier surveyor
jew surveyor tar-radju li jagħti dikjarazzjoni) skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 214 ta’ l-Att dwar il- Bastimenti Merkantili.
jew (3) mir-rifjut ta’ ..................................., surveyor ta’ bastimenti li jagħti
ċertifikat ta’ mogħdija mid-dwana, skond l-artikolu 294 ta’ l-Att dwar il-
Bastimenti Merkantili, li l-imsemmi bastiment ikun provdut kif imiss
bid-dawl u bil-mezzi għal sinjali fiċ-ċpar.
L-indirizz li fih l-avviż u d-dokumenti kollha jistgħu jiġu notifikati bil-posta jew
xort’oħra hu ...............................................
Illum ................... ta’ ..............., ................ .
...................................
(Firma ta’ l-appellant)
QORTI TA’ SPEZZJON ġ L.S.234.10 5
FORMULA Nru. 2
Regola 4(5)
Tlaqqiegħ tal-Qorti
Qorti ta’ Spezzjon
Fil-kwistjoni ta’ appell minn ........................... mir-rapport ta’
.............................., is-surveyor nominat mill-Ministru biex jispezzzjona l-
............................ (isem il-bastiment) (jew skond il-każ). 
Skond l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, jiena qed insejjaħlek biex tattendi
bħala President (jew espert) għal dan l-appell, fi .......................................... fil-
........... ta’ ........... fi ................... .
Illum ................ ta’ ..................., ............... .
Reġistratur
Jien se nattendi kif imsejjaħ
................................................
(Firma tal-persuna msejħa)
FORMULA Nru. 3
Regola 4(5)
Avviż ta’ Laqgħa tal-Qorti ta’ Spezzjon
Qorti ta’ Spezzjon
Fil-kwistjoni ta’ appell minn ........................... mir-rapport ta’
.............................., is-surveyor nominat mill-Ministru biex jispezzzjona l-
............................ (isem il-bastiment) (jew skond il-każ).
Lil .............................., il-kaptan (JEW is-sid ta’ ............ azzjonijiet) tal-
bastiment ................................ (isem il-bastiment) l- appellant (JEW il-Ministru).
Jiena hawnhekk qed nagħtik avviż li l-Qorti ta’ Spezzjon se tiltaqa’ fi
..................... fi ............... ta’ ..............., .............. fi ................ biex tisma’ l-appel
fil-kwistjoni hawn fuq imsemmija.
Illum ................ ta’ ..................., ............... .
Reġistratur.
6 L.S.234.10 ħ QORTI TA’ SPEZZJON
FORMULA Nru. 4
Regola 9(6)
Ordni tal-Qorti għall-Ħelsien jew Detenzjoni ta’ Bastiment
Il-Qorti ta’ Spezzjon
Fil-kwistjoni ta’ appell minn ........................... mir-rapport ta’
.............................., is-surveyor nominat mill-Ministru biex jispezzzjona l-
............................ (isem il-bastiment) (jew skond il-każ).
Jiena ........................... qiegħed, bi qbil ma’ .........................., nordna li l-
imsemnni bastiment jiġi meħlus (jew miżmum) (għal kollox jew b’kondizzjoni li
...........................................).
Mogħti minn idi llum ................ ta’ ................, ........... .
President.
Aħna (JEW Jiena) qbilna fuq ir-rapport ta’ hawn fuq.
Espert.
Espert.
FORMULA Nru. 5
Regola 9(7)
Rapport tal-Qorti ta’ Spezzjon
Il-Qorti ta’ Spezjon
Fil-kwistjoni ta’ appell minn ........................... mir-rapport ta’
.............................., is-surveyor nominat mill-Ministru biex jispezzzjona l-
............................ (isem il-bastiment) (jew skond il-każ).
Jiena .................................... qed nirrapporta li, wara li smajt dan l-appell, ordnajt
bi qbil ma’ ........................................ li l-imsemmi bastiment jiġi meħlus (jew
miżmum) (għal kollox jew bil-kondizzjoni li ..............................) għar-raġunijiet
murija fid-dikjarazzjoni annessa ma’ dan ir-rapport.
Jiena wkoll tal-fehma li l-ispejjeż ta’ dan l-appell għandhom jitħallsu minn
............................... (JEW li l-partijiet kollha jħallsu l-ispejjeż tagħhom stess).
Illum .............. ta’ ........................, .............. .
President.
Aħna (JEW Jiena) naqblu mar-rapport ta’ hawn fuq.
Espert.
Espert.
QORTI TA’ SPEZZJON ġ L.S.234.10 7
IT-TIENI SKEDA
(Regola 13)
Drittijiet tal-Qorti ta’ Spezjon
Mal-preżentata ta’ avviż ta’ appell ............................................ Lm15
Meta jagħmel dehra ................................................................... Lm5
Għal kull kopja tar-rapport tal-Qorti, jew ta’ xi proċedimenti fl-
appell kull 100 kelma .................................................................... 30ċ
suġġett għall-
anqas dritt ta’ 
Lm2.
