DISGRAZZJI FIL-BASTIMENTI MERKANTILI ġ L.S.234.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 234.11
REGOLI DWAR DISGRAZZJI FIL-BASTIMENTI 
MERKANTILI
13 ta’ Awissu, 1974
L-AVVIŻ LEGALI 94 ta’ l-1974.
Titolu.
Bastimenti Merkantili.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 234.
"Ministru" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha fl-Att;
"Qorti" tfisser il-Qorti tal-Maġistrati;
"stħarriġ" tfisser stħarriġ formali dwar disgrazzja ta’ bastimemti
li ssir skond l-artikolu 314 ta’ l-Att;
"uffiċjal ta’ l-inkjesta" tfisser il-persuma nominata mill-Ministru
biex tagħmel inkjesta preliminari skond l-artikolu 313 ta’ l-Att.
Disposizzjonijiet 
ġenerali.
3. (1) Meta ma jkunx provdut xort’oħra b’dawn ir-
regolamenti, il-proċedura tiġi regolata bil-liġijiet li soltu jmexxu l-
procedura tal-Qorti bħala Qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali.
(2) It-taħrik lix-xhieda għandu jinħareġ mill-uffiċjal ta’ l-
inkjesta, u dak it-taħrik għandu, kemm jista’ jkum, ikun fil-forma
wżata għat-taħrik ta’ xhieda quddiem il-Qorti u għandu jkun
suġġett għall-istess regoli.
Avviż ta’ stħarriġ.
jista’ jġiegħel li avviż li jissejjaħ avviż ta’ stħarriġ, jiġi notifikat
lis-sid, lill-kaptan, u lill-uffiċjali tal-bastimemt, kif ukoll lil kull
persuna li fil-fehma tiegħu għandha tiġi notifikata b’dak l-avviż.
(2) L-avviż għandu jkun fih dikjarazziomi tal-kwistjonijiet li,
fuq l-informazzjoni li f’dak iż-żmien tkun f’idejn l-uffiċjal ta’ l-
inkjesta, hu bi ħsiebu jqajjem waqt is-smiegħ ta’ l-istħarriġ, u
għandu jkun fil-Formula Nru. 1 li hemm fl-Ewwel Skeda, b’dawk
il-modifiki li jkunu meħtieġa fiċ-ċirkostanzi.
(3) L-uffiċjal ta’ l-inkjesta jista’, f’kull żmien qabel is-smiegħ
ta’ l-istħarriġ, b’avviż wara jememda, iżid ma’, jew iħalli barra kull
waħda mill-kwistjonijiet speċifikati fl-avviż ta’ l-istħarriġ.
(4) L-uffiċjal ta’ l-inkjesta, is-sid, il-kaptan u kull uffiċjal tal-
bastiment jew persuna oħra li tiġi notifikata b’avviż ta’ stħarriġ,
għandhom jitqiesu li jkunu parti fil-proċedimenti.
(5) Kull persuna li turi, għas-sodisfazzjom tal-Qorti, li kellha
interess fl-istħarriġ ikollha l-jedd li tidher, u kull persuna oħra
tista’ bil-permiess tal-Qorti tidher, u dawk il-persuni għandhom
ma’ dan isiru partijiet fil-proċedimenti.
Avviż għal 
produzzjoni.
5. Kull parti tista’ tagħti avviż bil-miktub lill-parti l-oħra biex
tipproduċi kull dokument, salva kull eċċezzjoni xierqa, dwar dak li
2 L.S.234.11 ħ DISGRAZZJI FIL-BASTIMENTI MERKANTILI
jkun fil-kwistjoni, u li jkun fil-pussess jew taħt il-kontroll ta’ dik il-
parti l-oħra; u, jekk xi avviż bħal dak ma jiġix imħares, tista’
tingħata xiehda sekondarja dwar dak li jkun fihom id-dokumenti
mill-parti li tkun tat l-avviż.
Ġuramenti. 6. Ġuramenti u dikjarazzjonijiet solenni jistgħu, bil-permess
tal-Qorti, jintużaw bħala xiehda fis-smiegħ.
Proċedimenti fil-
Qorti.
7. (1) Minkejja n-nuqqas ta’ kull waħda mall-partijiet li tkun
ġiet notifikata b’avviż ta’ stħarriġ, il-Qorti tista’ tipproċedi bl-
istħarriġ fil-post u fil-ħin stabbiliti biex isir dak l-istħarriġ.
(2) Il-proċedimenti għandhom jinbdew bil-produzzjoni tax-
xhieda mill-uffiċjal ta’ l-inkjesta u billi dan jeżaminahom.
(3) Dawk ix-xhieda, wara li jiġu eżaminati mill-uffiċjal ta’ l-
inkjesta, jistgħu jiġu kontro-eżaminati mill-partijiet l-oħra f’dak l-
ordni li l-Qorti tista’ tordna, u jistgħu mbagħad jiġu eżaminati mill-
ġdid mill-imsemmi uffiċjal.
(4) Il-mistoqsijiet li jsiru u d-dokumenti li jinġiebu bħala
prova waqt l-eżami tax-xhieda ma tistax issir oġġezzjoni dwarhom
minħabba r-raġuni biss li huma jqajjmu jew jistgħu jqajjmu
kwistjonijiet li ma jkunux jinsabu fi, jew li jvarjaw minn, id-
dikjarazzjoni tal-każ, jew il-kwistjonijiet speċifikati fl-avviż ta’
stħarriġ jew fl-avviżi l-oħra ta’ wara msemmijin fir-regola 4(3).
(5) Meta l-eżami tax-xhieda prodotti mill-uffiċjal ta’ l-inkjesta
jkun intemm, l-uffiċjal ta’ l-inkjesta għandu jiddikjara fil-Qorti l-
kwistjonijiet dwar id-disgrazzja u l-imġieba ta’ l-uffiċjali tal-
bastiment u ta’ persuni oħra li għandhom x’jaqsmu miegħu li
fuqhom tkun mitluba d-deċiżjoni tal-Qorti, u, fl-esposizzjoni tal-
kwistjonijiet għad-deċiżjoni tal-Qorti, l-uffiċjal ta’ l-inkjesta jista’
jagħmel dawk il-modifiki fi, żidied ma’, jew tħollija barra mill-
kwistjonijiet fl-avviż ta’ l-istħarriġ jew fl-avviżi l-oħra wara
msemmija fi-regola 4(3) kif, wara li titqies ix-xiehda li tkun
ingħatat, l-uffiċjal ta’ l-inkjesta jidhirlu xieraq.
(6) Wara li jkunu ġew dikjarati l-kwistjonijiet għad-deċiżjoni
tal-Qorti, il-Qorti għandha tkompli billi tisma’ l-partijiet fl-
istħarriġ, u tiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet hekk dikjarati.
(7) Kull parti fl-istħarriġ ikolllha jedd tindirizza lill-Qorti, jew
personalment jew permezz ta’ avukat, li tipproduċi xhieda, jew li
terġa’ ssejjaħ ix-xhieda li jkunu diġà  ġew eżaminati biex tkompli
teżaminahom, u b’mod ġenerali biex iġġib provi.
(8) Il-partijiet għandhom jinstemgħu u x-xhieda tagħhom jiġu
eżaminati, kontra-eżaminati u eżaminati mill-ġdid f’dak l-ordni li l-
Qorti tiddeċiedi.
(9) Kull waħda mill-partijiet tista’ wkoll, bil-permess tal-
Qorti, tipproduċi u teżamina xhieda oħra, li jkunu suġġetti għall-
kontro-eżami u għal eżami mill-ġdid.
(10) Meta jkunu saru l-provi kollha dwar il-kwistjonijiet għad-
deċiżjoni tal-Qorti, kull waħda mill-partijiet li tkun hekk tixtieq
tista’ tindirizza lill-Qorti fuq il-provi.
(11) Il-Qorti tista’ taġġorna l-istħarriġ minn żmien għal ieħor u
minn post għal ieħor.
DISGRAZZJI FIL-BASTIMENTI MERKANTILI ġ L.S.234.11 3
(12) Id-deċiżjoni tal-Qorti għandha dejjem tingħata bil-miktub
u tinqara fil-Qorti bil-miftuħ.
(13) Mat-tmiem ta’ l-istħarriġ, il-Qorti għandha tirrapporta lill-
Prim Ministru, u r-rapport għandu jkun fil-Formula Nru. 2 li hemm
fl-Iskeda, b’dawk il-modifiki li jkumu meħtieġa fiċ-ċirkostanzi.
(14) Il-Qorti tista’ tordna li d-drittijiet u l-ispejjeż ta’ l-
istħarriġ, jew xi parti minnhom, jitħallsu minn waħda mill-partijiet
fil-proċedimenti.
Appelli.
Appell skond l-artikolu 325 ta’ l-Att għandu jsir skond id-
disposizzjonijiet li ġejjim ta’ din ir-regola:
(a) il-parti li tkun fi ħsiebha tappella għandha, fi żmien
ħmistax-il ġurnata tax-xogħol, barra mis-Sibtijiet,
mid-data li fiha deċiżjoni tkun ingħatat mill-Qorti,
tippreżenta quddiem dik il-Qorti avviż li fi ħsiebha
tappella u għandha tinnotifika lil dawk il-partijiet l-
oħra fil-proċedimenti li hi jidhrilha li jintlaqtu
direttamemt mill-appell b’kopja ta’ dak l-avviż;
(b) dik il-parti għandha, fi żmiem ħmistax-il ġurnata tax-
xogħol, barra mis-Sibtijiet, tal-preżentata ta’ l-avviż
imsemmi fil-paragrafu (a), tippreżenta quddiem il-
Qorti ta’ l-Appell rikors għar-revoka jew għall-
modifika, skond il-każ, tad-deċiżjoni mogħtija mill-
ewwel Qorti, li jkun fih ir-raġumijiet ġenerali ta’ l-
appell u għandha tinnotifika kopja ta’ dak ir-rikors lill-
partijiet l-oħra kollha msemmija fl-imsemmi paragrafu
(a) u r-Reġistratur tal-Qorti ta’ l-Appell għandu wara
dan iqiegħed l-appell fuq il-lista għas-smiigħ f’dik id-
data li l-Qorti tista tistabbilixxi;
(ċ) meta l-appell isir mimn xi parti barra mill-Ministru, l-
appellant għandu, qabel ma jinstema’ l-appell, jagħti
dik il-garanzija għall-ispejjeż ta’ l-appell, bħala
depożitu ta’ flus jew xort’oħra f’dak l-ammont li r-
Reġistratur tal-Qorti ta’ l-Appell jista jordna;
(d) il-Qorti ta’ l-Appell tista’, jekk jidhrilha xieraq, tordna
kull persuna, barra mill-partijiet notifikati b’kopja tar-
rikors ta’ l-appell, biex tissejjaħ bħala parti jew
partijiet fil-proċedimenti għall-għanijiet ta’ l-appell,
fuq dawk il-kondizzjonijiet dwar l-ispejjeż u xort’oħra
li l-Qorti jidhrilha xierqa;
(e) il-provi miġjuba quddiem il-Qorti li mid-deċiżjoni
tagħha jkun sar l-appell għandhom jiġu ppruvati
quddiem il-Qorti ta’ l-Appell b’kopja tan-noti tal-Qorti
jew b’dak il-materjal l-ieħor li l-Qorti ta’ l-Appell
jidhrilha spedjemti, u kopja tal-provi kif ukoll tar-
rapport lill-Ministru li jkun fih id-deċiżjoni li minnha
jkun sar l-appell għandhom jintbagħtu mir-Reġistratur
ta’ l-ewwel qorti lir-Reġistratur tal-Qorti ta’ l-Appell
fuq it-talba ta’ dan ta’ l-aħħar wara l-preżentata tar-
rikors ta’ l-appell;
(f) il-Qorti ta’ l-Appell ikollha s-setgħa kollha li tirċievi
4 L.S.234.11 ħ DISGRAZZJI FIL-BASTIMENTI MERKANTILI
aktar provi fuq kwistjonijiet ta’ fatt kif ukoll dwar dak
li jkun ġara wara d-data tad-deċiżjoni li minnha jkun
sar l-appell;
(g) il-Qorti ta’ l-Appell ikollha s-setgħa li tagħmel dak l-
ordni dwar l-ispejjeż kollha ta’ l-appell jew parti
minnhom jew ta’ dawk li jinqalgħu minnu kif il-Qorti
jidhrilha xieraq;
(h) bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din ir-
regola, kull appell għandu jitmexxa taħt u skond ir-
regoli u r-regolamenti ġenerali li japplikaw għal
proċedimenti normali quddiem il-Qorti ta’ l-Appell;
(i) mat-tmiem ta’ appell, il-Qorti ta’ l-Appell għandha
tagħti d-deċiżjoni tagħha f’qorti bil-miftuħ u għandha
tibgħat lill-Ministru rapport tal-każ f’dik il-forma li l-
imsemmija Qorti jidhrilha xieraq.
Smiegħ mill-ġdid 
b’ordni tal-
Ministru.
9. (1) Meta l-Ministru jordna smiegħ mill-ġdid skond l-
artikolu 325 ta’ l-Att, dan għandu jġiegħel li jingħata avviż xieraq
lill-partijiet li fil-fehma tiegħu jkunu milquta bis-smiegħ mill-ġdid
kif iċ-ċirkostanzi tal-każ jistgħu fil-fehma tal-Ministru jippermettu.
(2) Id-disposizzjomijiet li hemm fir-regola 8(d), (e), (f), (g),
(h) u (i) għandhom japplikaw għal smiegħ mill-ġdid bħallikieku
kien appell, u, meta l-Qorti li tisma’ mill-ġdid il-każ ma tkunx il-
Qorti ta’ l-Appell, bħallikieku dik il-Qorti kienet il-Qorti ta’ l-
Appell.
Nomina ta’ esperti. 10. (l) Bla ħsara għal dawn ir-regoli, esperti għal stħarriġ
f’disgrazzji tal-bastimemti għandhom jiġu nominati mill-Qorti
minn fost lista ta’ persuni li għal dak iż-żmien tkun approvata mill-
Ministru.
(2) Jekk xi stħarriġ jinvolvi, jew ikun jidher li x’aktarx
jinvolvi, xi kwistjoni dwar it-tħassir jew is-sospensjoni ta’
ċertifikat ta’ kaptan, uffiċjal jew ta’ inġinier, għandhom jiġu
nominati minn fost il-lista ta’ esperti msemmija fis-subregola (1)
mhux inqas minn żewġ esperti mill-Klassi I u mill-Klassi II jew
minn waħda minn dawk il-klassijiet deskritti fit-Tieni Skeda.
(3) Bla ħsara għal xi nomina jew nomini speċjali li l-Qorti
jidhrilha spedjenti li tagħmel f’xi każ meta ċirkostanzi speċjali
jkunu fil-fehma tagħha li jeħtieġu devjazzjoni minn dawn ir-regoli,
bla ħsara f’kull każ għat-tħaris tal-ħtiġiet tas-subregola (2), l-
esperti għandhom jiġu nominati kif ġej:
(a) meta l-istħarriġ jinvolvi, jew ikun jidher li x’aktarx
jinvolvi, it-tħassir jew is-sospensjoni taċ-ċertifikat ta’
kaptan jew ta’ uffiċjal, iżda mhux ta’ inġinier, għall-
inqas tnejn mill-esperti jkunu nominati mill-Klassi I;
(b) meta l-istħarriġ jinvolvi, jew jidher li x’aktarx
jinvolvi, it-tħassir jew is-sospensjoni taċ-ċertifikat ta’
inġinier, għall-anqas wieħed mill-esperti għandu jiġi
nominat mill-Klassi II.
Drittijiet lill-
esperti.
11. Id-drittijiet li għandhom jitħallsu lill-esperti nominati
skond ir-regola 10 għandhom jiġu stabbliti mill-Qorti, wara li tqis
ix-xogħol li jkunu għamlu.
DISGRAZZJI FIL-BASTIMENTI MERKANTILI ġ L.S.234.11 5
L-EWWEL SKEDA
FORMULI
Formula Nru. 1: L-Avviż ta’ Stħarriġ
Regola 4(2)
Lil ............................................. kaptan, uffiċjal, inġinier, eċċ., ta’
.................................... jew ................................. tal-bastiment .......................... ta’
............................... .
Jiena b’dan qed navżak illi l-Qorti tal-Maġistrati ordnat li jsir stħarriġ formali fiċ-
ċirkostanzi dwar il- .......................................... u li anness ma’ dan l-avviż hemm
kopja ta’ rapport (jew dikjarazzjoni tal-każ) li fuqu ġie ordnat l-imsemmi stħarriġ.
Jiena qed navżak ukoll li tipproduċi lill-Qorti ċ-ċertifikat tiegħek, il-ġurnali t’abbord
tal-bastimemt u kull dokument ieħor li għandu x’jaqsam mal-każ, li qegħdin fil-
pussess tiegħek.
Għandi navżak ukoll li skond tagħrif li fil-preżent inkiseb il-kwistjonijiet annessi
ma’ dan l-avviż huma dawk li jidhru li huma meħtieġa, u li dwarhom l-hawn taħt
iffirmat fi ħsiebu jieħu d-deċiżjoni tal-Qorti; iżda dawn il-kwistjonijiet ikunu
suġġetti għal tibdil, żieda, nuqqas jew emendi mill-hawn taħt iffirmat fi-istħarriġ
wara li jkunu ġew eżaminati x-xhieda msejħa minnu.
Illum ................ ta’ ......................., ............. .
Uffiċjal ta’ l-Inkjesta.
Formula Nru. 2: Rapport tal-Qorti
Regola 7(13)
Kil-kwistjoni ta’ l-istħarriġ formali li sar fi ............................. fi
...................................... (hawnhekk jingħataw il-ġranet kollha li fihom iltaqgħet il-
Qorti) ..........................., .............., quddiem ...................., mgħejjun minn
.................................................. fiċ-ċirkostanzi dwar il-
............................................................ .
Il-Qorti, wara li eżaminat bir-reqqa ċ-ċirkostanzi dwar id-disgrazzja tal-bastiment
hawn fuq imsemmija, tiddeċidi, għar-raġunijiet annessi ma’ dan ir-rapport, li
(hawnhekk tingħata d-deċiżjoni tal-Qorti).
Illum ............... ta’ ......................, ............. .
Maġistrat
Aħna (jew Jien) naqblu mar-rapport ta’ hawn fuq.
Espert
Espert
Anness mar-Rapport
(Hawnhekk jingħataw iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, il-kawżi tad-disgrazzja, u l-
imġieba ta’ kull persuna li kellha x’taqsam magħha, u jekk għandux jiġi sospiż jew
imħassar ċertfikat ta’ xi uffiċjal u, jekk hekk, għal liema raġunijiet).
6 L.S.234.11 ħ DISGRAZZJI FIL-BASTIMENTI MERKANTILI
IT-TIENI SKEDA
Regola 10(2)
Klassi I - Kaptani
Detenturi ta’ ċertifikat ta’ kompetenza bħala Kaptan ta’ bastimemt li jbaħħar fl-
oċean mogħti jew magħruf taħt l-artikolu 93 jew 94 ta’ l-Att, b’għall-anqas tliet snin
servizz f’kull kariga ċertifikata, u b’sentejn servizz bħala Kaptan ċertifikat fil-
kmand ta’ bastiment merkantili.
Klassi II - Inġinieri
Detenturi ta’ ċertifikat ta’ kompetenza bħala inġinier ta’ l-ewwel klassi mogħti
jew magħruf taħt l-artikolu 93 jew 94 ta’ l-Att, b’għall-anqas tliet snin servizz bħala
inġinier ta’ bastiment merkantili u b’sentejn servizz bħala inġinier prinċipali.
