BANK INTERNAZZJONALI GĦAR-RIKOSTRUZZJONI U 
ŻVILUPP (ĦRUĠ TA’ TITOLI) ġ L.S.235.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 235.01
ORDNI DWAR IL-BANK INTERNAZZJONALI 
GĦAR-RIKOSTRUZZJONI U ŻVILUPP
(ĦRUĠ TA’ TITOLI)
31 ta’ Lulju, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 147 ta’ l-1996.
Titolu.
Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp (Ħruġ ta’ Titoli).
Tifsir.
Kap. 235.
2. F’dan l-Ordni, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra, il-frażijiet użati għandu jkollhom l-istess tifsir
bhal dak mogħti lilhom bl-Att dwar id-Dħul ta’ Malta bħala
membru ta’ Organizzazzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali u
"titolu" għandha tkun tfisser kull att li jirrikonoxxi debitu.
Depożitarju.
Kap. 235.
Kap. 204.
3. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qiegħed b’dan jiġi nominat
bħala depożitarju għall-holdings kollha tal-Bank f’liri Maltija
għall-għanijiet tas-Sezzjoni V, Artikolu 11 tat-Tieni Skeda li tinsab
ma’ l-Att dwar id-Dħul ta’ Malta bħala membru ta’
Organizzazzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali. Għall-għanijiet ta’
l-artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta qegħda
tingħata approvazzjoni għall-ftuħ ta’ kontijiet mill-Bank mal-Bank
Ċentrali ta’ Malta.
Ġbir, ħlas u 
prospetti ta’ taxxa.
Kap. 235.
Kap. 123.
Kap.372.
4. Skond u b’mod konformi mas-Sezzjoni VII, Artikolu 9(a)
tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar id-Dħul ta’ Malta bħala
membru ta’ Organizzazzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali, il-Bank
m’għandux ikun obbligat li jiġbor jew iżomm xi taxxa fuq ħlas li
jsir minnu lil xi persuna skond xi obbligazzjoni jew titolu maħruġ
mill-Bank. Il-Bank ma jkun marbut b’ebda dispoizzjoni ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income jew ta’ l-Att 4 dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa rigward il-ħlas ta’ xi taxxa jew it-
trasmissjoni ta’ prospetti dwar l- attivitajiet tiegħu.
Introjtu minn 
investiment.
Kap. 235.
Kap. 123.
5. Skond u b’mod konformi mas-Sezzjoni VII, Artikolu
9(ċ)(i) tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar id-Dħul ta’ Malta
bħala membru ta’ Organizzazzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali,
kull introjtu li jinkiseb minn titolu maħruġ f’Malta mill-Bank
għandu jiġi kunsidrat bħala "introjtu minn investiment" kif imfisser
fl-artikolu 41 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u l-artikoli 33 sa
42 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income għandhom ikunu japplikaw
għal dak l-introjtu bla ħsara għall kull regola jew modifika
addizzjonali msemmija f’ dan l-Ordni.
Min jagħmel ħlas.
Kap. 371.
Kap. 123.
6. F’kull ħruġ ta’ titoli li jsir mill-bank, il-patti tal-ħruġ
għandhom jispeċifikaw persuna f’Malta, li tkun persuna li jkollha
liċenza biex tesegwixxi l-kummerċ bankarju skond l-Att dwar il-
Kummerċ Bankarju, li tiġi nominata biex tirċievi kull ammont ta’
ħlas totali ta’ kapital u mgħax fuq it-titoli f’isem id-detenturi tat-
titoli. Dik il-persuna tkun marbuta li tqassam kull ħlas li jsirilha
tal-kapital u l-imgħax fuq it-titoli lid-detenturi tat-titoli bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u tkun
"min jagħmel ħlas" għall-għanijiet tad-disposizzjonijiet dwar
2 L.S.235.01 ħ
BANK INTERNAZZJONALI GĦAR-RIKOSTRUZZJONI U 
ŻVILUPP (ĦRUĠ TA’ TITOLI)
income minn investimenti ta’ l-imsemmi Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income u tkun suġġetta għal kull obbligu relattiv li jista’ jkun
hemm.
Trattament indaqs.
Kap. 235.
7. Skond u b’mod konformi mas-Sezzjoni VII, Artikolu
9(ċ)(i) tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar id-Dħul ta’ Malta
bħala membru ta’ Organizzazzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali,
b’żieda ma’ dak kollu msemmi qabel, ebda titolu maħruġ mill-Bank
m’għandu jkun suġġett għal xi taxxa, dazju jew obbligu dwaru li
jkunu differenti jew iktar onerużi mit-taxxa, dazju jew obbligu li
għalihom ikun jew jista’ jkun suġġett titolu maħruġ minn enti
Maltija jew persuna residenti f’Malta fl-istess ċirkostanzi.
Daqskemm xi liġi oħra jew regolament ieħor jimponi xi taxxa,
dazju jew obbligu differenti jew li jkunu iktar onerużi, dawk id-
disposizzjonijiet m’għandhomx ikunu japplikaw għat-titoli
maħruġa mill-Bank u sa dak il-limitu.
Att dwar il-
Kontroll fuq il-
Kambju.
Kap. 233.
8. L-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju m’għandux ikun
japplika għall-attivitajiet tal-Bank f’Malta u f’liri Maltija u
m’għandux ikun japplika b’mod partikolari għall-ħruġ ta’ kull
titolu, għall-għemil ta’ kull ftehim ta’ underwriting jew ta’ kull
ftehim ieħor li jkollu x’jaqsam mal-ħruġ u l-elenkar ta’ titoli
f’Malta, għall-ġbir ta’ flus li jidħlu mill-ħruġ ta’ dawk it-titoli jew
għal kull transazzjoni finanzjarja f’kull munita li tkun li ssir għal
għanijiet operattivi, ta’ hedging jew oħrajn.
