KONSERVAZZJONI TA’ ĦAMRIJA GĦAMMIELA ġ L.S.236.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 236.02
REGOLAMENTI DWAR IL-KONSERVAZZJONI TA’ 
ĦAMRIJA GĦAMMIELA
6 ta’ Novembru, 1973
L-AVVIŻ LEGALI 104 ta’ l-1973.
Titolu.
Konservazzjoni ta’ Ħamrija Għammiela.
Tifsir.
Kap. 236.
2. (1) F’dawn ir-regolamenti, "l-Att" tfisser l-Att dwar il-
Konservazzjoni ta’ Ħamrija Għammiela.
(2) Kliem u frażijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandu
jkollhom l-istess tifsir kif mogħti lilhom fl-Att.
Applikazzjoni 
għall-ġarr ta’ 
ħamrija 
għammiela.
3. (1) Kull meta xi persuna tkun tixtieq iġġorr iktar minn nofs
kubu metru ta’ ħamrija għammiela, hi għandha tapplika għal hekk
bil-miktub lid-Direttur u għandha tgħid fl-applikazzjoni tagħha -
(a) is-sit minfejn bi ħsiebha tneħħi dik il-ħamrija;
(b) jekk hix bi ħsiebha ittella’ xi bini fuq l-imsemmi sit u,
jekk le, ir-raġuni għaliex trid tneħħi dik il-ħamrija;
(ċ) f’lisma sit bi ħsiebha tiddepożita dik il-ħamrija, u jekk
dak is-sit huwiex proprjetà  tagħha jew mikri lilha;
(d) il-volum bejn wieħed u ieħor tal-ħamrija li tkun bi
ħsiebha tneħħi;
(e) l-isem u l-indirizz tal-kuntrattur imqabbad biex iġorr
dik il-ħamrija;
(f) in-numru ta’ reġistrazzjoni tat-trakkijiet li jkunu ser
jintużaw fil-ġarr ta’ dik il-ħamrija;
(g) il-mod li bih dik il-ħamrija tkun maħsuba li tiġi
depożitata; u
(h) kull tagħrif ieħor li d-Direttur jista’, minn żmien għal
żmien, jeħtieġ.
(2) Kull applikazzjoni bħal dik għandha tasal għand id-
Direttur mill-anqas ħmistax-il ġurnata tax-xogħol qabel ma jkun
maħsub li tinġarr il-ħamrija għammiela.
(3) Applikazzjoni li ssir skond is-subregolament (1) għandha
titqies li hi l-avviż meħtieġ skond l-artikolu 4 ta’ l-Att kemm-il
darba ssir fuq il-formula mogħtija mid-Direttur u f’kull dettal tkun
skond il-ħtiġiet ta’ l-artikolu 5(1) ta’ l-Att.
Depożitu ta’ 
ħamrija 
għammiela.
4. Ħlief bil-permess tad-Direttur, ebda persuna ma għandha
tiddepożita xi ħamrija għammiela fuq xi art li tkun digà  mgħottija
b’mhux inqas minn tliet piedi ta’ ħamrija għammiela, jew
f’munzelli, jew b’xi mod ieħor li jagħmluha mhux tajba biex
tinżera’ immedjatament.
