ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ ORDNIJIET TA’ MANTENIMENT 
- RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ ġ L.S.242.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 242.01
ORDNI DWAR L-ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ 
ORDNIJIET TA’ MANTENIMENT - RENJU UNIT 
TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
1 ta’ Mejju, 1975
L-AVVIŻ LEGALI 49 ta’ l-1975.
Titolu.
Reċiproka ta’ Ordnijiet ta’ Manteniment - Renju Unit tal-Gran
Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Esekuzzjoni 
reċiproka ta’ 
ordnijiet ta’ 
manteniment.
Kap. 242.
2. (1) It-territorju kollu tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
għandu jiġi kkunsidrat bħala pajjiż li jirreċiproka għall-finijiet ta’
l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reċiproka ta’ Ordnijiet ta’ Manteniment.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) huma suġġetti
għall-kondizzjoni li, fil-każ li l-benefiċċji mogħtija bl-Att dwar l-
Esekuzzjoni Reċiproka ta’ Ordnijiet ta’ Manteniment jiġu applikati
għal ordnijiet ta’ manteniment magħmula mill-qrati tar-Renju Unit
tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, benefiċċji bħalhom jiġu
applikati f’dak il-pajjiż għal ordnijiet ta’ manteniment magħmula
mill-qrati ta’ Malta.
