ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ ORDNIJIET 
TA’ MANTENIMENT - ĠIBILTÀ ġ L.S.242.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 242.03
ORDNI DWAR L-ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ 
ORDNIJIET TA’ MANTENIMENT - ĠIBILTÀ
17 ta’ April, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 43 ta’ l-1978.
Titolu.
Reċiproka ta’ Ordnijiet ta’ Manteniment - Ġibiltà .
Esekuzzjoni 
reċiproka ta’ 
ordnijiet ta’ 
manteniment.
Kap. 242.
2. (1) It-territorju kollu ta’ Ġibiltà  għandu jiġi kkunsidrat
bħala pajjiż li jirreċiproka għall-finijiet ta’ l-Att dwar l-
Esekuzzjoni Reċiproka ta’ Ordnijiet ta’ Manteniment.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) huma suġġetti
għall-kondizzjoni li, fil-każ li l-benefiċċji mogħtija bl-Att dwar l-
Esekuzzjoni Reċiproka ta’ Ordnijiet ta’ Manteniment jiġu applikati
għal ordnijiet ta’ manteniment magħmula mill-qrati ta’ Ġibiltà ,
benefiċċji bħalhom jiġu applikati f’dak il-pajjiż għal ordnijiet ta’
manteniment magħmula mill-qrati ta’ Malta.
