ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ ORDNIJIET TA’ 
MANTENIMENT - MANITOBA (KANADA) ġ L.S.242.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 242.04
ORDNI DWAR L-ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ 
ORDNIJIET TA’ MANTENIMENT - MANITOBA 
(KANADA)
20 ta’ Novembru, 1984
L-AVVIŻ LEGALI 56 ta’ l-1984.
Titolu.
Reċiproka ta’ Ordnijiet ta’ Manteniment - Manitoba (Kanada).
Esekuzzjoni 
reċiproka ta’ 
ordnijiet ta’ 
manteniment.
Kap. 242.
2. (1) It-territorju kollu ta’ Manitoba (Kanada) għandu jiġi
kkunsidrat bħala pajjiż li jirreċiproka għall-finijiet ta’ l-Att dwar l-
Esekuzzjoni Reċiproka ta’ Ordnijiet ta’ Manteniment.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) huma suġġetti
għall-kondizzjoni li, fil-każ li l-benefiċċji mogħtija bl-Att dwar l-
Esekuzzjoni Reċiproka ta’ Ordnijiet ta’ Manteniment jiġu applikati
għal ordnijiet ta’ manteniment magħmula mill-qrati ta’ Manitoba
(Kanada), benefiċċji bħalhom jiġu applikati f’dak il-pajjiż għal
ordnijiet ta’ manteniment magħmula mill-qrati ta’ Malta.
