KONTROLL TA’ SWIMMING POOLS ġ L.S.244.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 244.01
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TA’ 
SWIMMING POOLS
5 ta’ Ġunju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 146 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 171 ta’ l-
1998 u 108 ta’ l-1999.
Titolu.
Kontroll ta’ Swimming Pools.
Tifsir.
titlobx xort’oħra:
Kap. 244.
"Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma
kif imwaqqfa bl-Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-
Ilma;
"liċenza" tfisser il-liċenza sabiex wieħed iħaddem u juża
swimming pool;
"permess" ifisser permess biex wieħed jibni swimming pool.
(2) Kliem u frażijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandu
jkollhom l-istess tifsira mogħtija lilhom fl-Att.
Applikazzjoni 
għall-bini ta’ 
swimming pool.
3. (1) M’għandhiex tinbena swimming pool sakemm ma
jkunx inħareġ permess bil-miktub għall-bini tagħha mingħand il-
Ministru. 
(2) L-applikazzjoni għal dak il-permess għandha ssir fuq
formola speċifika li tinkiseb mill-Korporazzjoni mingħajr ħlas u
għandu jkun fiha d-dettalji rilevanti kollha, magħduda l-lokalità
preċiża u l-volum tas-swimming pool, is-sistema tal-kostruzzjoni, l-
għejjun tal-provvista, il-metodu tal-mili u tat-tbattil tal-pool u l-
għamla ta’ pompa ta’ ċirkolazzjoni u filtrazzjoni li tkun ser tiġi
stallata, jekk tkun ser tiġi stallata pompa bħal dik.
(3) Applikazzjoni ma tiġix milqugħa kemm-il darba s-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika ma japprovax l-għamla ta’
apparat ta’ ċirkolazzjoni, diżinfettar u filtrazzjoni li jkun ser jiġi
stallat jew ma jiddikjarax li ebda apparat bħal dak ma jkun meħtieġ
għar-rigward ta’ swimming pool partikolari.
(4) Għandhom jintehmżu nia’ l-applikazzjoni mimlija kif imiss
il-pjanti relattivi, li għandhom ikunu bi skala, u bit-tagħrif kollu
rilevanti, u għandha tkun iffirmata minn arkitett u inġinier ċivili
kwalifikat.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 5(2),
permess mogħti taħt is-subregolament (1) għandu jitqies li jinkludi
liċenza biex titħaddem u tintuża s-swimming pool wara li din tkun
inbniet.
(6) Dak il-permess għandu jagħlaq fl-aħħar jum tas-sena
kalendarja li tiġi minnufih wara dik li fiha jkun inħareġ.
2 L.S.244.01 ħ KONTROLL TA’ SWIMMING POOLS
Swimming pools 
lesti.
4, Applikazzjoni għall-għoti mill-Ministru ta' liċenza għat-
tħaddim u l-użu jew biex jitħalla jew jiġi permess l-użu ta’
swimming pool pre-fabbrikata jew li tkun diġà  lesta għandha ssir
lill-Korporazzjoni fuq formola li tinkiseb mingħand il-
Korporazzjoni mingħajr ebda ħlas:
Iżda ma tkunx meħtieġa liċenza jekk dik is-swimming pool
ma tkunx tesa’ iktar minn tlett metri kubi (3m3) u jiġu mħarsin d-
disposizzjonijiet tar-regolament 6.
Mili ta’ pools bl-
ilma.
5. (1) Swimming pool m’għandhiex timtela kollha jew f’parti
minnha biss bl-ilma sakemm ma tkunx inħarġet liċenza għal dak il-
mili sħiħ jew parzjali mill-Korporazzjoni.
(2) Il-Korporazzjoni għandha tagħti tali liċenza jekk is-
swimming pool, it-tagħmir u x-xogħol tal-kanen tagħha, il-ġwiebi
(jekk ikun hemm) u s-sumps konnessi ma’ dik il-pool ikunu siġillati
b’mod li għal kollox ma jgħaddix ilma minnhom, u jkunu konformi
ma’ dawn ir-regolamenti.
Użu ta’ ilma baħar.
Emendat:
A.L. 171 ta’ l-
1998;
A.L. 108 ta’ l-
1999.
6. (1) Swimming pool li tkun tinsab iktar minn mitt metru ’l
bogħod mill-baħar m’għandux ikun fiha, timtela, jinbidlilha jew
jiżdidilha xi ilma ieħor li ma jkunx ilma ħelu miġbur bħala ilma tal-
wiċċ jew meħud mill-provvista pubblika:
Iżda l-Korporazzjoni tista’ tagħti eżenzjoni mid-
disposizzjoni ta’ dan ir-regolament jew minn xi parti minnu lil kull
persuna li, qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti, kellha
permess li tuża swimming pool bl-ilma baħar u din l-eżenzjoni
tibqa’ tgħodd għall-perjodu ta’ erba’ snin mill-bidu fis-seħħ dawn
ir-regolamenti.
(2) Swimming pool li tkun qiegħda f’distanza ta’ mhux iktar
minn mitt metru ’l bogħod mill-baħar tista’ timtela jew jiżdidilha
ilma baħar jekk jitħarsu l-ħtiġiet tar-regolament 9.
Drittijiet li jitħallsu 
għall-ħruġ jew 
tiġdid ta’ liċenza.
7. (1) Qabel ma jinħareġ jew jiġġedded permess jew liċenza
taħt dawn ir-regolamenti, l-applikant għandu jħallas lill-
Korporazzjoni dritt kif muri fl-Iskeda:
Iżda, fejn, qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti,
liċenza kienet maħruġa sabiex swimming pool timtela bl-ilma
baħar, id-dritt muri fl-imsemmija Skeda jkun dovut biss wara li
jkunu għaddew erba’ snin mid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dawn ir-
regolamenti.
(2) Kull liċenzja maħruġa taħt dawn ir-regolamenti tagħlaq fl-
aħħar jum tax-xahar ta’ Diċembru tas-sena li għalija dik il-liċenzja
tkun tirreferi.
(3) Ikun id-dmir tal-persuna li topera s-swimming pool li
tapplika għat-tiġdid tal-liċenza minn sena għal sena u li tħallas il-
pagament relattiv fiż-żmien dovut.
Pools mingħajr 
liċenza.
8. Meta swimming pool tkun ġiet kostruwita mingħajr
permess u/jew tkun qiegħda tintuża jew tiġi operata mingħajr
liċenza, dak il-permess u/jew dik il-liċenza jitqiesu li kienu jseħħu
mid-data li l-Korporazzjoni tindika fuq dak il-permess jew liċenza
jekk il-pagament relattiv isir fi żmien tletin jum minn meta dan
jintalab mill-Korporazzjoni u jkun imsieħeb b’pagament ieħor li
KONTROLL TA’ SWIMMING POOLS ġ L.S.244.01 3
jkun daqs terz (1/3) tal-pagament relattiv.
Tbattil ta’ ilma 
baħar minn pools.
9. Ebda ilma baħar, jew sustanza meħuda minnu,
m'għandhom jitbattlu minn xi swimming pool ħlief permezz ta'
kanen li jkunu magħmulin minn materjal li minnu ma jgħaddix ilma
u li jkunu jwasslu direttament sal-baħar.
Spezzjonijiet.
jispezzjonaw jew iġegħlu li tiġi spezzjonata, mingħajr ebda avviż
bil-quddiem, kull swimming pool bil-għan li jaraw jekk id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att, ta’ l-Att dwar il-Korporazzjoni għas-
Servizzi ta’ l-Ilma, u ta’ dawn ir-regolamenti ikunux qegħdin jiġu
mħarsin.
Tħassir ta’ 
permessi.
11. Meta l-Ministru jkun sodisfatt li xi wahda mid-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti ma tkunx qed tiġi mħarsa,
hu jista’, bla ħsara għat-teħid ta’ proċedimenti kriminali taħt l-
artikolu 5 ta’ l-Att, iħassar kull permess jew liċenza mogħtija
minnu jew mill-Korporazzjoni taħt dawn ir-regolamenti.
Permessi eċċ. taħt 
xi liġi oħra.
12. II-ħruġ ta’ permess jew liċenza skond ir-regolamenti 3, 4 u
5 ma jeħlisx lil min ikollu permess jew liċenza bħal dawk mill-
obbligu li jikseb kull permess jew liċenza oħra li jistgħu ikunu
meħtieġa taħt xi liġi oħra.
Spezzjonijiet u 
analiżi.
13. (1) Is-sid jew sidien ta’ swimming pool għandhom iħallsu
kull spiża magħmula mill-Korporazzjoni biex isiru l-ispezzjonijiet
u l-analiżi kollha meħtieġa minn kull persuna minnha awtorizzata
għaldaqstant sabiex jiġu stabbiliti:
(a) il-kwalità  ta’ l-ilma fis-swimming pool;
(b) illi s-swimming pool, it-tagħmir u x-xogħol tal-kanen
tagħha, il-ġwiebi (jekk ikun hemm) u s-sumps
konnessi ma’ dik il-pool ikunu għal kollox siġillati
b’mod li ma jgħaddix ilma minnhom u konformi ma’
dawn ir-regolamenti;
(ċ) kull fatt ieħor li jista’ jkun meħtieġ li jiġi stabbilit
sabiex jiġi assigurat li s-swimming pool tkun mibnija u
qiegħda titħaddem skond dawn ir-regolamenti.
(2) Dawk l-ispezzjonijiet u l-analiżi għandhom isiru kull meta
l-Korporazzjoni jidhrilha li jkunu meħtieġa.
4 L.S.244.01 ħ KONTROLL TA’ SWIMMING POOLS
Drittijiet li għandhom jitħallsu minn applikant lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-
Ilma għall-ħruġ jew tiġdid ta’ permess sabiex tinbena jew għal liċenza sabiex 
titħaddem jew tintuża swimming pool.
Sostitwita:
A.L. 108 ta’ l-1999. SKEDA
(Regolament 7)
Għal swimming pool użata biss u esklużivament
mill-applikant u l-familja tiegħu -
(i) bl-ilma ħelu ............................................. Lm1 kull m3 li tesa
(ii) bl-ilma baħar skond ir-regolament 6(2) .... Lm25
Għal swimming pool użata biss u esklużivament
minn soċjetà  filantropika ............................................ xejn
Għal kull swimming pool oħra -
(a) użata bl-ilma ħelu .................................... Lml.50 kull m3 li tesa: 
B’dan, iżda, li d-dritt m’għandux jeċċedi
l-Lm 1,000;
(b) użata bl-ilma baħar skond ir-regolament
6(2) ......................................................... Lm150.
