TISMIJA TA’ ŻONI SPEĊJALI DWAR 
PROPRJETÀ  IMMOBBLI ġ L.S.246.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 246.02
REGOLAMENTI DWAR TISMIJA TA’ ŻONI 
SPEĊJALI DWAR PROPRJETÀ  IMMOBBLI
2 ta’ April, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 48 ta’ l-1993.
Titolu.
Tismija ta’ Żoni Speċjali dwar Proprjetà  Immobbli.
Tismija ta’ Żoni 
Speċjali.
2. (1) II-Ministru jista’ b’Ordni jsemmi żona f’Malta bħala
Żona Speċjali Msemmija għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti. 
(2) Żona Speċjali Msemmija għandha tiġi definita jew billi ssir
riferenza għall-borduri stabbiliti fl-Ordni jew billi ssir riferenza
għal pjanta jew mappa li tkun tinsab jew li tissemma fl-Ordni.
Kondizzjonijiet 
għat-trasferiment 
ta’ immobbli 
f’Żoni Speċjali 
Msemmija.
3. F’kull Ordni magħmul skond ir-regolament 2, il-Ministru
għandu jistabbilixxi dan li ġej: 
(a) il-kategorija ta’ persuni mhux residenti li l-Ordni
jgħodd għalihom;
(b) il-kategorija ta’ proprjetà  immobbli li tkun tinsab fiż-
Żona Speċjali Msemmija li l-Ordni jgħodd għaliha;
(ċ) il-kondizzjonijiet li taħthom proprjetà  immobbli fiż-
Żona Speċjali Msemmija tkun tista’ tiġi trasferita lil
persuni mhux residenti, u tiġi akkwistata minnhom,
magħdud kull użu li jista’ jsir minn dik il-proprjetà
immobbli u l-kondizzjonijiet li tahthom jista’ jsir kull
użu bħal dak;
(d) l-għamla ta’ l-applikazzjoni u d-dokumenti li
għandhom jiġu ppreżentati ma’ kull applikazzjoni li
ssir minn persuna mhux residenti sabiex takkwista
proprjetà  immobbli fiż-Żona Speċjali Msemmija;
(e) it-titolu li taħtu dik il-proprjetà  immobbli tista’ jew ma
tistax tiġi akkwistata minn persuna mhux residenti;
(f) l-użu li jista’ jsir minn dik il-proprjetà  immobbli minn
min ikun qed jakkwistaha; u
(g) id-drittijiet li għandhom jitħallsu għall-ħruġ ta’
permess mill-Ministru għall-akkwist ta’ proprjetà
immobbli minn persuna mhux residenti fiż-Żona
Speċjali Msemmija.
Il-Ministru ma 
għandux iżomm il-
permess għall-
akkwist.
4. Malli min japplika jħallas id-dritt preskritt, il-Ministru ma
għandux iżomm il-permess tiegħu għall-akkwist minn persuna
mhux residenti ta’ proprjetà  mmobbli li tkun tinsab f’Żona Speċjali
Msemmija meta kemm il-proprjetà  immobbli kemm il-persuni
mhux residenti jkunu t-tnejn jaqgħu taħt il-kategoriji rispettivi
indikati fl-Ordni li jkollu x’jaqsam ma’ dik iż-Żona Speċjali
Msemmija, u l-applikazzjoni tkun akkumpanjata mid-dokumenti u
kull tagħrif ieħor stabbilit fl-Ordni, u f’kull każ bħal dak il-permess
għandu jitqies li jkun ingħata taħt il-kondizzjonijiet (magħdudin il-
kondizzjomjiet dwar l-użu) li jistgħu jissemmew fl-Ordni.
2 L.S.246.02 ħ
TISMIJA TA’ ŻONI SPEĊJALI DWAR 
PROPRJETÀ  IMMOBBLI
Kondizzjonijiet 
speċjali.
5. Kull Ordni magħmul mill-Ministru bis-saħħa ta' dawn ir-
regolamenti jista' jippreskrivi illi:
(a) l-immobbli fiż-Żoni Speċjali Msemmija jew iż-żoni
pubbliċi jew komuni jew l-utilitajiet fiż-Żona Speċjali
Msemmija, għandhom jitmexxew minn dik is-soċjetà
ammmistrattiva li tkun tikkonforma ruħha ma’ dawk
il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti fl-Ordni u
bir-rikonoxximent tal-Ministru għal dak il-għan; u,
jew
(b) il-proprjetà  tista’ biss tinkera lil terzi permezz ta’ dik
is-soċjetà  ta’ kiri jew amministrazzjoni li tkun
tikkonforma ma’ dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu
stabbiliti fl-Ordni u bir-rikonoxximent tal-Ministru
għal dak il-għan.
Restrizzjonijiet.  6. Il-Ministru jista’ biss isemmi żona bħala Żona Speċjali
Msemmija meta huwa jkun sodisfatt li jkun fl-interess pubbliku li
jagħmel dan għaliex il-proprjetà  immobbli li tkun tinsab fiż-żona
tkun tagħmel sehem minn proġett jew proġetti li jkollhom l-għan li
jkattru l-industrija tat-turiżmu jew il-potenzjal ta’ Malta bħala
ċentru internazzjonali għan-negozju, kummerċ jew servizzi.
