FORT CHAMBRAY BĦALA ŻONA SPEĊJALI IMSEMMIJA ġ L.S.246.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 246.03
ORDNI DWAR FORT CHAMBRAY BĦALA ŻONA 
SPEĊJALI IMSEMMIJA
17 ta’ Settembru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 124 ta’ l-1993.
Titolu.
bħala Żona Speċjali Msemmija.
Tismija ta’ Żona 
Speċjali.
L.S.246.02
2. Fort Chambray fil-limiti ta’ Għajnsielem fil-Gżira ta’
Għawdex, muri delineat bl-aħmar fi pjanta markata bħala
Dokument X insinwata fl-atti tan-Nutar Pubbliku fid-Dipartiment
ta’ l-Artijiet Dott. Vincent Miceli b’Att Numru 121 tat-13 ta’ April,
1993 (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ bħala ż-Żona Speċjali)
huwa b’dan imsemmi bħala Zona Speċjali Msemmija għall-finijiet
tar-Regolamenti dwar Tismija ta’ Zoni Speċjali dwar Proprjetà
Immobbli.
Persuni mhux 
residenti li 
għalihom jgħodd 
dan l-Ordni.
Kap. 246.
3. (1) Dan l-Ordni jgħodd għal persuni mhux residenti li
jaqgħu taħt it-tifsira fil-paragrafu (a) tat-tifsira ta’ "persuna mhux
residenti" fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Akkwist ta’ Proprjetà
Immobbli minn Persuni mhux Residenti (hawnhekk iżjed ’il
quddiem f’dan l-Ordni msemmi bħala "l-Att") u għal persuni mhux
residenti li jaqgħu taħt il-paragrafu (b) tat-tifsira msemmija iżda
biss sakemm ebda kapital azzjonali jew interess f’dak il-korp ta’
persuni ma jinħareġ jew jiġi trasferit b’konsenja lil portatur:
Kap. 233.
Iżda l-interess jew il-kapital azzjonali f’enti bħal dik jista’
jinżamm u jiġi reġistrat f’isem persuna li tidher għal persuna li tkun
residenti f’Malta, sakemm dik il-persuna li tidher għal persuna
tikseb permess taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru jista’ jqis
li jkun xieraq li joħroġ skond l-artikolu 17(2) ta’ l-Att dwar il-
Kontroll fuq il-Kambju.
Kap. 233.
Kap. 364.
(2) Meta l-persuna mhux residenti tkun korp ta’ persuni kif
imfisser fis-subartikolu (1), tkun kondizzjoni tal-permess li kull
kapital azzjonali jew interess f’dak il-korp ma jkunx trasferibbli lil
xi persuna inter vivos mingħajr il-permess miktub tal-Ministru u
meta l-kapital azzjonali jew interess ikun f’idejn persuna li tidher
għal persuna għandu jinkiseb permess ġdid taħt l-Att dwar il-
Kontroll fuq il-Kambju qabel ma jsir it-trasferiment ta’ kull kapital
azzjonali jew interess fil-korp ta’ persuni f’interessi benefiċi ġodda
u dik il-bidla f’interessi benefiċi għandha titqies bħala trasferiment
tal-kapital azzjonali reġistrat jew interess għall-finijiet ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.
(3) Għall-finijiet tal-permess imsemmi fis-subartikolu (2),
għandha ssir applikazzjoni f’isem il-persuna li dwarha jkun maħsub
li jsir dak it-trasfenment, fejn jingħataw dawk id-dettalji jew
dokumenti oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ dik il-persuna bħalma
jgħoddu dwar l-azzjonisti oriġinali kif preskritt taħt dan l-Ordni.
Dak il-perrmess għandu jingħata biss mal-ħlas tad-dritt imsemmi
fl-artikolu 7.
2 L.S.246.03 ħ FORT CHAMBRAY BĦALA ŻONA SPEĊJALI IMSEMMIJA
Proprjetà  
immobbli li 
dwarha jgħodd l-
Ordni.
4. (1) Dan l-Ordni jgħodd għall-proprjetà  immobbli indikata
fuq il-pjanta imsemmija fl-artikolu 2.
(2) Kull unit residenzjali jew il-Lukanda li tagħmel sehem
mill-proprjetà  msemmija tista’ tiġi akkwistata jew trasferita b’kull
titolu iżda ma titsta tiġi akkwistata, trasferita jew miżmuma taħt
ebda skema ta’ time share jew kull sistema simili oħra li
tirrigwarda multi-proprjetà .
Applikazzjoni. 5. (1) Applikazzjoni għall-akkwist minn persuna mhux
residenti ta’ proprjetà  immobbli fiż-żona speċjali jew għat-
trasferiment ta’ kapital azzjonali f’korp ta’ persuni li jkollhom dik
il-proprjetà , għandha ssir skond il-formula murija fl-Ewwel Skeda
u għandu jkun fiha dawk il-partikolaritajiet u jkollha mehmuża
magħha dawk id-dokumenti li hemm preskritti fil-formula
msemmija.
(2) L-applikazzjonijiet jistgħu isiru dwar iktar minn unit
wieħed ta’ proprjetà  immobbli fiż-żona speċjali, iżda dritt separat
hekk kif stabbilit fl-artikolu 3(3) għandu jitħallas dwar kull unit
partikolari.
Użu permissibbli. 6. (1) Il-proprjetà  immobbli li dwarha japplika dan l-Ordni
tista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, tintuża
b’kull mod permissibbli bil-liġi.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma għandhomx
jitqiesu li jeżentaw minn provvediment ta’ liġi li jeħtieġ permess
għal bidla fid-destinazzjorli ta’ l-użu ta’ art, għall-prattika ta’ xi
sengħa jew professjoni, jew b’mod ġenerali sabiex jintagħmel xi
użu partikolari mill-proprjetà  immobbli.
L.S.246.02
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu meta
l-proprjetà  immobbli tintuża b’mod residenzjali (sew jekk dak l-
użu huwa wieħed għal żmien twil sew qasir) din tista’ tintuża’ biss
mis-sid, mill-ħbieb jew mill-familja tiegħu, u meta s-sid jkun korp
ta’ persuni mill-azzjonisti, diretturi jew impjegati tas-soċjetà , u
tista’ biss tinkera sabiex terzi joqogħdu fiha permezz tas-servizz ta’
Fort Chambray Management Limited li qegħda b’dan tissemma’
bħala l-kumpannija li tikri għall-finijiet tar-regolament 5(b) tar-
Regolamenti dwar Tismija ta’ Żoni Speċjali dwar Proprjetà
Immobbli.
L.S.246.02
(4) Min jinħariġlu permess biex jakkwista proprjetà  immobbli
li dwarha jgħodd dan l-Ordni għandu jagħmel ftehim ma’ Fort
Chambray Management Limited, sabiex jipprovdi għall-ħwejjeġ
stipulati fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Ordni, u l-imsemmija
soċjetà  qegħda b’dan tissemma’ bħala s-soċjetà  amministrattiva
għall-finijiet tar-regolament 5(a) tar-Regolamenti dwar Tismija ta’
Żoni Speċjali dwar Proprjetà  Immobbli.
(5) Il-Ministru jista’ permezz ta’ Ordni ieħor isemmi
soċjetajiet oħra li jieħdu ħsieb il-kiri u jew li jamministraw minflok
jew b’żieda mas-soċjetajiet imsemmija taħt is-subartikoli (3) u (4),
u l-kiri permezz ta’ soċjetà  hekk imsemmija u ftehim ma’ soċjetà
hekk imsemmija għandu jitqies li hu kiri permezz tas-soċjetà
msemmija fis-subartikolu (3) u ftehim mas-soċjetà  msemmija fis-
subartikolu (4) rispettivament.
FORT CHAMBRAY BĦALA ŻONA SPEĊJALI IMSEMMIJA ġ L.S.246.03 3
(6) Kull restrizzjoni dwar l-użu ta’ xi parti miż-żona
msemmija fil-kuntratt fl-atti tan-Nutar Pubbliku fid-Dipartiment ta’
l-Artijiet Dott. Vincent Miceli b’Att Numru 121 tat-13 ta’ April,
1993 għandha titqies bħala wkoll imqegħda b’dan l-Ordni u
għandha tkun tgħodd indipendentement minn kull bidla fil-
kondizzjonijiet stipulati fil-kuntratt imsemmi li jista’ jintagħmel
mill-partijiet li għandhom interess.
Drittijiet.
għal kull unit akkwistat minn persuna mhux residenti msemmija fl-
artikolu 3(1).
4 L.S.246.03 ħ FORT CHAMBRAY BĦALA ŻONA SPEĊJALI IMSEMMIJA
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 5)
A APPLIKAZZJONI LILL-MINISTRU RESPONSABBLI GĦALL-FINANZI 
MINN KORP TA’ PERSUNI SABIEX JAKKWISTAW PROPRJETÀ  IMMOBBLI 
F’MALTA SKOND L-ATT DWAR L-AKKWIST TA’ PROPRJETÀ  IMMOBBLI 
MINN PERSUNI MHUX RESIDENTI (KAP. 246)
 Regolamenti dwar ismija ta’ Żoni Speċjali dwar Proprjetà  Immobbli.
Ordni dwar Fort Chambray bħala Żona Speċjali Msemmija.
TAQSIMA I
A. Partikolaritajiet ta’ min japplika skond l-artikolu 2(b) ta’ l-Att dwar l-
Akkwist ta’ Proprjetà  Immobbli minn Persuni mhux Residenti, (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ l-Att).
1. Isem il-korp, assoċjazzjoni, awtorità  jew enti oħra li qegħda tapplika:
...............................................................................................................
2. Jekk min japplika huwiex korporat jew le: ..............................................
3. F’liema post jew taħt liema liġijiet nazzjonali min japplika huwa
kostitwit, magħmul, stabbilit, inkorporat jew reġistrat:
...............................................................................................................
4. Jekk min japplika għandux il-post ta’ residenza jew negozju prinċipali
barra minn Malta: ...................................................................................
5. (a) Lista ta’ l-azzjonisti kollha li tindika l-għadd ta’ azzjonijiet
miżmuma minn kull wieħed minnhom, iċ-ċittadinanza ta’ kull
azzjonist u l-post ta’ residenza tiegħu; u
(b) Meta l-azzjonist ikun korp, assoċjazzjoni, awtorità  eċċ., il-
partikolaritajiet kollha li għandhom x’jaqsmu miegħu skond (a) fuq
imsemmija:
...............................................................................................................
(Tista’ tinthemeż lista separata ma’ l-applikazzjoni debitament iffirmata
u datata minn min japplika, u nota f’dan is-sens li ssir fl-ispazju t’hawn
fuq).
6. Jekk minn japplika huwiex b’xi mod dirrettament jew indirettament
kontrollat minn persuna mhux residenti waħda jew iktar minn waħda kif
imfisser bl-Att:
...............................................................................................................
(Għandhom jingħataw partikolaritajiet sħaħ kif meħtieġ).
B. Partikolaritajiet ta’ proprjetà  immobbli li għandha tiġi akkwistata minn
persuni mhux residenti.
1. Deskrizzjoni dettaljata ta’ proprjetà  immobbli magħdud it-tip ta’
proprjetà , il-lokalità  fejn tinsab u partikolaritajiet oħra meħtieġa biex din
tiġi identifikata, u l-qies tal-proprjetà  f’metri kwadri:
...............................................................................................................
...............................................................................................................
...............................................................................................................
FORT CHAMBRAY BĦALA ŻONA SPEĊJALI IMSEMMIJA ġ L.S.246.03 5
2. Il-prezz jew konsiderazzjoni oħra mħallsa: .............................................
3. Jekk għall-iżvilupp, dettalji ta’ l-istima tax-xogħlijiet u ż-żmien maħsub
għat-temm ta’ l-iżvilupp: ........................................................................
...............................................................................................................
4. Taħt liema titolu għandha tiġi akkwistata l-proprjetà  immobbli:
...............................................................................................................
(Min japplika għandu jissottometti kopja, jekk ikun il-każ, ta’ dokumenti
li għandhom x’jaqsmu ma’ l-akkwist tal-proprjetà ).
5. Skop li għalih tkun ser tiġi akkwistata l-proprjetà  immobbli:
...............................................................................................................
6. Mnejn ġejjin il-fondi għall-akkwist ta’ proprjetà  immobbli:
...............................................................................................................
7. Partikolaritajiet oħra: .............................................................................

Ċ. Partikolaritajiet tal-persuna li l-proprjetà  immobbli tkun qegħda tiġi
akkwistata mingħandha.
1. Isem: .....................................................................................................
2. Indirizz: .................................................................................................
D. Dettalji ta’ kull proprjetà  immobbli f’Malta li min japplika diġà  għandu jew
hu sid tagħha f’Malta b’kull titolu li jkun: ................................................................
...............................................................................................................
...............................................................................................................
Jien qiegħed b’dan hawn niddikjara li l-partikolaritajiet imsemmija qabel huma
veri u korretti u li hu maħsub li l-proprjetà  immobbli tintuża għall-għan imsemmi
hawn qabel.
Data ...................................  .......................................
Firma ta’ min japplika
NOTA: Min japplika huwa avżat li kull tagħrif mogħti fl-applikazzjoni li fuq
jinħareġ il-permess mill-Ministru, li jkun skorrett jew li jqarraq, jirrendi fost
affarijiet oħra kif maħsubin fl-Att, kull kuntratt, testment jew att relattiv null u bla
effett.
TAQSIMA II
Għall-użu uffiċjali biss.
B
APPLIKAZZJONI LILL-MINISTRU RESPONSABBLI GĦALL-FINANZI MINN 
INDIVIDWU SABIEX JAKKWISTA PROPRJETÀ  IMMOBBLI F’MALTA 
SKOND L-ATT DWAR L-AKKWIST TA’ PROPRJETÀ  IMMOBBLI MINN 
PERSUNI MHUX RESIDENTI (KAP. 246)
Regolamenti dwar Tismija ta’ Żoni Speċjali dwar Proprjetà  Immobbli.
Ordni dwar Fort Chambray bħala Żona Speċjali Msemmija
6 L.S.246.03 ħ FORT CHAMBRAY BĦALA ŻONA SPEĊJALI IMSEMMIJA
TAQSIMA I
A. Partikolaritajiet ta’ min japplika:
1. Isem u kunjom: ......................................................................................
2. Post u Data tat-Twelid: ...........................................................................
3. Isem il-ġenituri: .....................................................................................
4. Professjoni jew sengħa: ..........................................................................
5. Ċittadinanza: ..........................................................................................
6. Post ta’ residenza: ..................................................................................
...............................................................................................................
7. Post ta’ residenza ordinarja jekk mhux bħal dak muri qabel:
...............................................................................................................
...............................................................................................................
B. Partikolaritajiet tal-proprjetà  immobbli li tkun ser tiġi akkwistata minn
persuna mhux residenti:
1  Deskrizzjoni dettaljata tal-proprjetà  immobbli (i) tip ta’ proprjetà ,
lokalità  fejn tinsab, irjieħat (meta jenħtieġ) u partikolaritajiet oħra
sabiex tiġi identifikata u (ii) daqs tal-proprjetà  billi tingħata l-area kollha
ta’ l-art f’metri kwadri, dettalji dwar bini li jkun hemm, u kull ma jkun
hemm installat, (iii) jekk il-proprjetà  hijiex ta’ importanza storika jew
jekk tkunx tinstab f’żona storika:
...............................................................................................................
...............................................................................................................
...............................................................................................................
...............................................................................................................
...............................................................................................................
2. Il-prezz jew konsiderazzjoni oħra mħallsa: .............................................
3. Jekk għall-iżvilupp, dettalji ta’ l-istima tax-xogħlijiet u ż-żmien maħsub
għat-temm ta’ l-iżvilupp:
...............................................................................................................
...............................................................................................................
4. Taħt liema titolu għandha tiġi akkwistata l-proprjetà  immobbli:
...............................................................................................................
(Min japplika għandu jissottometti kopja, jekk ikun il-każ, ta’ dokumenti
li għandhom x’jaqsmu ma’ l-akkwist tal-proprjetà ).
5. Skop li għalih tkun ser tiġi akkwistata l-proprjetà  immobbli:
...............................................................................................................
6. Mnejn ġejjin il-fondi għall-akkwist ta’ proprjetà  immobbli:
...............................................................................................................
7. Partikolaritajiet oħra: .............................................................................
Ċ. Partikolaritajiet tal-persuna jew korp ta’ persuni li l-proprjetà  immobbli tkun
FORT CHAMBRAY BĦALA ŻONA SPEĊJALI IMSEMMIJA ġ L.S.246.03 7
qegħda tiġi akkwistata mingħandhom:
l. Isem: .....................................................................................................
2. Indirizz: .................................................................................................
...............................................................................................................
3. Ċittadinanza jew fil-każ ta’ korp ta’ persuni, jekk humiex "residenti"
skond l-Att.
...............................................................................................................
D. Partikolaritajiet dwar il-proprjetà  immobbli li min japplika diġà  jkun sid
tagħha jew li għandu:
1. Dettalji ta’ kull proprjetà  immobbli f’Malta li min japplika diġà  jkun
sidha jew ikollu taħt kull titolu li jkun: ...................................................
...............................................................................................................
2. Dettalji ta’ kull proprjetà  immobbli f’Malta li l-familja ta’ min japplika
diġà  tkun sidha jew ikollha taħt kull titolu li jkun:
...............................................................................................................
...............................................................................................................
...............................................................................................................
3. Dettalji ta’ kull proprjetà  immobbli f’Malta li min japplika jew xi
membru tal-familja tiegħu jkunu neħħew matul l-aħħar għaxar snin:
...............................................................................................................
...............................................................................................................
Jiena qiegħed b’dan hawn niddikjara li l-partikolaritajiet huma veri u
korretti.
Data ............................... .......................................
Firma ta’ min japplika/Prokuratur
jew Mandatarju tiegħu
NOTA: Min japplika huwa avżat li kull tagħrif mogħti fl-applikazzjoni li fuqu
jinħareġ il-permess mill-Ministru, li jkun skorret jew li jqarraq, jirrendi fost
affarijiet oħra kif maħsubin fl-Att, kull kuntratt, testment jew att relattiv null u bla
effett.
TAQSIMA II
Għall-użu uffiċjali biss.
8 L.S.246.03 ħ FORT CHAMBRAY BĦALA ŻONA SPEĊJALI IMSEMMIJA
IT-TIENI SKEDA
(Artikolu 6)
Dawn il-ħwejjeġ li ġejjin għandhom jingħadu f’kull kuntratt amministrattiv
li jsir bejn is-soċjetà  amministrattiva msemmija fl-artikolu 6 u x-xerrej ta’ unit
residenzjali.
1. Id-dritt dovut għall-amministrazzjoni, il-mod kif jinħadem u meta xi parti
minn dak id-dritt tkun tinkludi xi drittijiet fissi, ir-regoli li jirregolaw żidiet ma’
dawk id-drittijiet.
2. Is-servizzi li jkunu qegħdin jiġu offerti mis-soċjetà  amministrattiva għad-
dritt dovut għall-amnunistrazzjoni, li għandhom jinkludu:
(a) il-manutenzjoni tal-parti ta’ barra tal-unit residenzjali;
(b) il-manutenzjoni u ż-żamma fi stat tajjeb ta’ toroq u żoni komuni, ta’ l-
utilitajiet tal-elettriku, ilma u telefon u dħul fil-unit;
(ċ) arranġamenti li jirrigwardaw is-sigurtà ;
(d) il-ġbir u t-tneħħija taż-żibel;
(e) faċilitajiet ta’ riċezzjoni tat-televiżjoni sal-unit li ma jkunux jinkludu l-
ħlas għall-kirja u, jew l-użu fejn dan japplika.
3. Id-dritt ta’ viżjoni ta’ kull sid ta’ unit residenzjali jew ta’ rappreżentant ta’
Assoċjazzjoni ta’ Sidien, jekk ikun hemm tali assoċjazzjoni, tal-kontijiet ta’ infieq u
spejjeż oħra li joħorġu mid-dritt dovut għall-amministrazzjoni u dawk il-
kondizzjonijiet oħra li jgħoddu għal dak id-dritt ta’ viżjoni.
4. Kull projbizzjoni li tgħodd għas-sid jew għall-utenti tal-proprjetà .
5. Il-metodu ta’ emenda tal-pattijiet tal-kuntratt ta’ amministrazzjoni u jekk
dawk l-emendi jistgħux japplikaw b’mod retrospettiv jew le.
6. Iż-żmien tal-kuntratt, id-drittijiet ta’ terminazzjoni tiegħu u kull penali li
tista’ tiġi applikata u, jekk inhu l-każ, id-data ta’ reviżjoni tal-kondizzjonijiet tal-
kuntratt.
7. Il-metodu ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim, jekk ikun hemm metodu bħal dan.
8. Kull regola oħra obbligatorja li tkun torbot lil kull xerrej fil-futur ta’ unit
residenzjali, minbarra dawk il-kondizzjonijiet imsemmija fil-kuntratt pubbliku tat-13
ta’ April, 1993 li permezz tiegħu Fort Chambray Limited akkwista Fort Chambray
jew kull kuntratt pubbliku sussegwenti li jkun jgħodd għall-unit speċifiku jew kull
liġi oħra li tgħodd jew regolament li jgħodd.