VALUR TA’ IMMOBBLI FL-AKKWIST TA’ PROPRJETÀ  
IMMOBBLI MINN PERSUNI MHUX RESIDENTI ġ L.S.246.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 246.04
ORDNI DWAR VALUR TA’ IMMOBBLI FL-
AKKWIST TA’ PROPRJETÀ  IMMOBBLI MINN 
PERSUNI MHUX RESIDENTI
1 ta’ Jannar, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 98 ta’ l-1999.
Titolu.
Immobbli fl-Akkwist ta’ Proprjetà  Immobbli minn Persuni mhux
Residenti
Iffssar ta’ valur.
Kap. 246.
2. Għall-fini tal-paragrafu (b) tal-proviso li hemm mas-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 5 ta’ l-Att dwar l-Akkwist ta’
Proprjetà  Immobbli minn Persuni mhux Residenti, il-valur tal-
proprjetà  immobbli indikat fil-paragrafu msemmi u li dwarha l-
Ministru ma għandux iżomm il-permess tiegħu qiegħed jiġi
stabbilit bħala Lm30,000 fil-każ ta’ appartament u Lm50,000 fil-
każ ta’ kull proprjetà  oħra.
Għall-fini ta’ dan l-Ordni "appartament" tfisser residenza
ta’ sular wieħed, li tissejjah b’liema mod tissejjaħ, fi blokk
vertikali ta’ mill-inqas żewġ oqsma residenzjali li jkunu sovrastanti
għal xulxin u li jkunu mibnija fuq sit komuni.
