PORTOMASO DEVELOPMENT BĦALA 
ŻONA SPEĊJALI IMSEMMIJA ġ L.S.246.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 246.06
ORDNI DWAR PORTOMASO DEVELOPMENT 
BĦALA ŻONA SPEĊJALI IMSEMMIJA
3 ta’ Awissu, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 137 ta’ l-1999.
Titolu.
Development bħala Żona Speċjali Msemmija.
Tismija ta’ Żona 
Speċjali.
L.S.246.02
2. Portomaso Development sitwat fuq plot ta’ art fi Spinola,
San Ġiljan f’Malta, murija delineata bil-blu fi pjanta markata bħala
Dokument B annessa ma’ kuntratt fl-atti ta’ l-Assistent Nutar tal-
Gvern Dott. Anthony Attard b’Att Numru 83 tad-19 ta’ Mejju, 1964
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ bħala ż-Żona Speċjali) huwa
b’dan imsemmi bħala Żona Speċjali Msemmija għall-finijiet tar-
Regolamenti dwar Tismija ta’ Żoni Speċjali dwar Proprjetà
Immobbli.
Persuni mhux 
residenti li 
għalihom jgħodd 
dan l-Ordni.
Kap. 246.
3. (1) Dan l-Ordni jgħodd għal persuni mhux residenti li
jaqgħu taħt it-tifsira fil-paragrafu (a) tat-tifsira ta’ "persuna mhux
residenti" fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Akkwist ta’ Proprjetà
Immobbli minn Persuni mhux Residenti (hawnhekk iżjed ’il
quddiem f’dan l-Ordni msemmi bħala "l-Att") u għal persuni mhux
residenti li jaqgħu taħt il-paragrafu (b) tat-tifsira msemmija iżda
biss sakemm ebda kapital azzjonali jew interess f’dak il-korp ta’
persuni ma jinħareġ jew jiġi trasferit b’konsenja lil portatur:
Kap. 233.
Iżda l-interess jew il-kapital azzjonali f’enti bħal dik jista’
jinżamm u jiġi reġistrat f’isem persuna li tidher għal persuna li tkun
residenti f’Malta, sakemm dik il-persuna li tidher għal persuna
tikseb permess taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru jista’ iqis
li jkun xieraq li joħroġ skond l-artikolu 17(2) ta’ l-Att dwar il-
Kontroll fuq il-Kambju.
Kap. 233.
Kap. 364.
(2) Meta l-persuna mhux residenti tkun korp ta’ persuni kif
imfisser fis-subartikolu (1), tkun kondizzjoni tal-permess li kull
kapital azzjonali jew interess f’dak il-korp ma jkunx trasferibbli lil
xi persuna inter vivos mingħajr il-permess miktub tal-Ministru u
meta l-kapital azzjonali jew interess ikun f’idejn persuna li tidher
għal persuna għandu jinkiseb permess ġdid taħt l-Att dwar il-
Kontroll fuq il-Kambju qabel ma jsir it-trasferiment ta’ kull kapital
azzjonali jew interess fil-korp ta’ persuni f’interessi benefiċi ġodda
u dik il-bidla f’interessi benefiċi għandha titqies bħala trasferiment
tal-kapital azzjonali reġistrat jew interess għall- finijiet ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, u għandha tħallas
lill-Ministru dak l-ammont li jkun dowt bħala taxxa tħat l-imsemmi
Att minkejja kull haġa oħra li tinsab f’dak l-Att.
(3) Għall-finijiet tal-permess imsemmi fis-subartikolu (2),
għandha ssir applikazzjoni f’isem il-persuna li dwarha jkun maħsub
li jsir dak it-trasferiment, fejn jingħataw dawk id-dettalji jew
dokumenti ohra li għandhom x’jaqsmu ma’ dik il-persuna bħalma
jgħoddu dwar l-azzjonisti oriġinali kif preskritt taħt dan l-Ordni.
Dak il-permess għandu jingħata biss mal-ħlas tad-dritt imsemmi fl-
2 L.S.246.06 ħ
PORTOMASO DEVELOPMENT BĦALA 
ŻONA SPEĊJALI IMSEMMIJA
artikolu 7.
Proprjetà  immobbli 
li dwarha jgħodd 
dan l-Ordni.
4. (1) Dan l-Ordni jgħodd għall-proprjetà  immobbli indikata
fuq il-pjanta imsemmija fl-artikolu 2.
(2) Kull unit residenzjali jew kwalunkwe proprjetà  immobbli
oħra li tagħmel sehem mill-proprjetà  msemmija tista’ tiġi
akkwistata jew trasferita b’kull titolu iżda ma tista’ tiġi akkwistata,
trasferita jew miżmuma taħt ebda skema ta’ time share jew kull
sistema simili oħra li tirrigwarda multi-proprjetà .
Applikazzjoni. 5. (1) Applikazzjoni għall-akkwist minn persuna mhux
residenti ta’ proprjetà  immobbli fiż-żona speċjali jew għat-
trasferiment ta’ kapital azzjonali f’korp ta’ persuni li jkollhom dik
il-proprjetà  għandha ssir skond il-formula murija fl-Iskeda u
għandu jkun fiha dawk il-partikolarijiet u jkollha mehmuża magħha
dawk id-dokumenti li hemm preskritti fil-formula msemmija.
(2) L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru dwar iktar minn unit
wiehed ta’ proprjetà  immobbli fiż-żona speċjali, iżda dritt separat
hekk kif stabbilit fl-artikolu 3(3) għandu jithallas dwar kull unit
partikolari.
Użu permissibbli 
bil-liġi.
6. (1) Il-proprjetà  immobbli li dwarha japplika dan l-Ordni
tista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, tintuża
b’kull mod permissibbli.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma għandhomx
jitqiesu li jeżentaw minn provvediment ta’ liġi li jeħtieġ permess
għal bidla fid-destinazzjoni ta’ l-użu ta’ art, għall-prattika ta’ xi
sengħa jew professjoni, jew b’mod ġenerali sabiex jintagħmel xi
użu partikolari mill-proprjetà  immobbli.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu meta
l-proprjetà  immobbli tintuża b’mod residenzjali (sew jekk dak l-
użu huwa wieħed għal żmien twil jew qasir) din tista’ tintuża’ biss
mis-sid, mill-ħbieb jew mill-familja tiegħu, u meta s-sid jkun korp
ta’ persuni mill-azzjonisti, diretturi jew impjegati tas-soċjetà , u
tista’ tinkera lil terzi.
Drittijiet. 7. Id-drittijiet li jitħallsu taħt dan l-Ordni huma ta’ Lm100
għal kull unit akkwistat minn persuna mhux residenti msemmija fl-
artikolu 3(1).
PORTOMASO DEVELOPMENT BĦALA 
ŻONA SPEĊJALI IMSEMMIJA ġ L.S.246.06 3
SKEDA
(Artikolu 5)
A APPLIKAZZJONI LILL-MINISTRU RESPONSABBLI GĦALL-FINANZI 
MINN KORP TA’ PERSUNI SABIEX JAKKWISTAW PROPRJETÀ  IMMOBBLI 
F’MALTA SKOND L-ATT DWAR L-AKKWIST TA’ PROPRJETÀ  IMMOBBLI 
MINN PERSUNI MHUX RESIDENTI (KAP. 246)
 Regolamenti dwar ismija ta’ Żoni Speċjali dwar Proprjetà  Immobbli.
Ordni dwar Portomaso Development bħala Żona Speċjali Msemmija.
TAQSIMA I
A. Partikolaritajiet ta’ min japplika skond l-artikolu 2(b) ta’ l-Att dwar l-
Akkwist ta’ Proprjetà  Immobbli minn Persuni mhux Residenti, (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ l-Att).
1. Isem il-korp, assoċjazzjoni, awtorità  jew enti oħra li qegħda tapplika:
..........................................................
2. Jekk min japplika huwiex korporat jew le: ....................
3. F’liema post jew taħt liema liġijiet nazzjonali min japplika huwa
kostitwit, magħmul, stabbilit, inkorporat jew reġistrat:
................................................................
4. Jekk min japplika għandux il-post ta’ residenza jew negozju prinċipali
barra minn Malta: ............................
5. (a) Lista ta’ l-azzjonisti kollha li tindika l-għadd ta’ azzjonijiet
miżmuma minn kull wieħed minnhom, iċ-ċittadinanza ta’ kull
azzjonist u l-post ta’ residenza tiegħu; u
(b) Meta l-azzjonist ikun korp, assoċjazzjoni, awtorità  eċċ., il-
partikolaritajiet kollha li għandhom x’jaqsmu miegħu skond (a) fuq
imsemmija:
..............................................................................
(Tista’ tinthemeż lista separata ma’ l-applikazzjoni debitament iffirmata
u datata minn min japplika, u nota f’dan is-sens li ssir fl-ispazju t’hawn
fuq).
6. Jekk minn japplika huwiex b’xi mod dirrettament jew indirettament
kontrollat minn persuna mhux residenti waħda jew iktar minn waħda kif
imfisser bl-Att:
.....................................................................................
(Għandhom jingħataw partikolaritajiet sħaħ kif meħtieġ).
B. Partikolaritajiet ta’ proprjetà  immobbli li għandha tiġi akkwistata minn
persuni mhux residenti.
1. Deskrizzjoni dettaljata ta’ proprjetà  immobbli magħdud it-tip ta’
proprjetà , il-lokalità  fejn tinsab u partikolaritajiet oħra meħtieġa biex din
tiġi identifikata, u l-qies tal-proprjetà  f’rnetri kwadri:
.....................................................................................
.....................................................................................
.....................................................................................
4 L.S.246.06 ħ
PORTOMASO DEVELOPMENT BĦALA 
ŻONA SPEĊJALI IMSEMMIJA
2. Il-prezz jew konsiderazzjoni oħra mħallsa: ...................
3. Jekk għall-iżvilupp, dettalji ta’ l-istima tax-xogħlijiet u ż-żmien maħsub
għat-temm ta’ l-iżvilupp: ...................
.....................................................................................
4. Taħt liema titolu għandha tiġi akkwistata l-proprjetà  immobbli:
....................................................................
(Min japplika għandu jissottometti kopja, jekk ikun il-każ, ta’ dokumenti
li għandhom x’jaqsmu ma’ l-akkwist tal-proprjetà ).
5. Skop li għalih tkun ser tiġi akkwistata l-proprjetà  immobbli:
....................................................................
6. Mnejn ġejjin il-fondi għall-akkwist ta’ proprjetà  immobbli:
....................................................................
7. Partikolaritajiet oħra: ...................................................
.....................................................................................
.....................................................................................
Ċ. Partikolaritajiet tal-persuna li l-proprjetà  immobbli tkun qegħda tiġi
akkwistata mingħandha.
1. Isem: ...........................................................................
2. Indirizz: .......................................................................
D. Dettalji ta’ kull proprjetà  immobbli f ‘alta li min japplika diġà  għandu jew
hu sid tagħha f’Malta b’kull titolu li jkun: ............
.....................................................................................
.....................................................................................
Jien qiegħed b’dan hawn niddikjara li l-partikolaritajiet imsemmija qabel huma
veri u korretti u li hu maħsub li l-proprjetà  immobbli tintuża għall-għan imsemmi
hawn qabel.
Data ...................................  .......................................
Firma ta’ min japplika
NOTA: Min japplika huwa avżat li kull tagħrif mogħti fl-applikazzjoni li fuq
jinħareġ il-permess mill-Ministru, li jkun skorrett jew li jqarraq, jirrendi fost
affarijiet oħra kif maħsubin fl-Att, kull kuntratt, testment jew att relattiv null u bla
effett.
TAQSIMA II
Għall-użu uffiċjali biss.
B
APPLIKAZZJONI LILL-MINISTRU RESPONSABBLI GĦALL-FINANZI MINN 
INDIVIDWU SABIEX JAKKWISTA PROPRJETÀ  IMMOBBLI F’MALTA 
SKOND L-ATT DWAR L-AKKWIST TA’ PROPRJETÀ  IMMOBBLI MINN 
PERSUNI MHUX RESIDENTI (KAP. 246)
Regolamenti dwar Tismija ta’ Żoni Speċjali dwar Proprjetà  Immobbli.
Ordni dwar Portomaso Development bħala Żona Speċjali Msemmija
PORTOMASO DEVELOPMENT BĦALA 
ŻONA SPEĊJALI IMSEMMIJA ġ L.S.246.06 5
TAQSIMA I
A. Partikolaritajiet ta’ min japplika:
1. Isem u kunjom: ............................................................
2. Post u Data tat-Twelid: ................................................
3. Isem il-ġenituri: ...........................................................
4. Professjoni jew sengħa: ...............................................
5. Ċittadinanza: ...............................................................
6. Post ta’ residenza: ........................................................
.....................................................................................
7. Post ta’ residenza ordinarja jekk mhux bħal dak muri qabel:
..........................................................................
.....................................................................................
B. Partikolaritajiet tal-proprjetà  immobbli li tkun ser tiġi akkwistata minn
persuna mhux residenti:
1  Deskrizzjoni dettaljata tal-proprjetà  immobbli (i) tip ta’ proprjetà ,
lokalità  fejn tinsab, irjieħat (meta jenħtieġ) u partikolaritajiet oħra
sabiex tiġi identifikata u (ii) daqs tal-proprjetà  billi tingħata l-area kollha
ta’ l-art f’metri kwadri, dettalji dwar bini li jkun hemm, u kull ma jkun
hemm installat, (iii) jekk il-proprjetà  hijiex ta’ importanza storika jew
jekk tkunx tinstab f’żona storika:
.....................................................................................
.....................................................................................
.....................................................................................
.....................................................................................
.....................................................................................
2. Il-prezz jew konsiderazzjoni oħra mħallsa: ...................
3. Jekk għall-iżvilupp, dettalji ta’ l-istima tax-xogħlijiet u ż-żmien maħsub
għat-temm ta’ l-iżvilupp:
.....................................................................................
.....................................................................................
4. Taħt liema titolu għandha tiġi akkwistata l-proprjetà  immobbli:
....................................................................
(Min japplika għandu jissottometti kopja, jekk ikun il-każ, ta’ dokumenti
li għandhom x’jaqsmu ma’ l-akkwist tal-proprjetà ).
5. Skop li għalih tkun ser tiġi akkwistata l-proprjetà  immobbli:
....................................................................
6. Mnejn ġejjin il-fondi għall-akkwist ta’ proprjetà  immobbli:
....................................................................
7. Partikolaritajiet oħra: ...................................................
Ċ. Partikolaritajiet tal-persuna jew korp ta’ persuni li l-proprjetà  immobbli tkun
qegħda tiġi akkwistata mingħandhom:
6 L.S.246.06 ħ
PORTOMASO DEVELOPMENT BĦALA 
ŻONA SPEĊJALI IMSEMMIJA
l. Isem: ...........................................................................
2. Indirizz: .......................................................................
.....................................................................................
3. Ċittadinanza jew fil-każ ta’ korp ta’ persuni, jekk humiex "residenti"
skond l-Att.
.....................................................................................
D. Partikolaritajiet dwar il-proprjetà  immobbli li min japplika diġà  jkun sid
tagħha jew li għandu:
1. Dettalji ta’ kull proprjetà  immobbli f’Malta li min japplika diġà  jkun
sidha jew ikollu taħt kull titolu li jkun:
............................................................................
.....................................................................................
2. Dettalji ta’ kull proprjetà  immobbli f’Malta li l-familja ta’ min japplika
diġà  tkun sidha jew ikollha taħt kull titolu li jkun:
................................................................
.....................................................................................
3. Dettalji ta’ kull proprjetà  immobbli f’Malta li min japplika jew xi
membru tal-familja tiegħu jkunu neħħew matul l-aħħar għaxar snin:
...............................
.....................................................................................
Jien qiegħed b’dan hawn niddikjara li l-partikolaritajiet huma veri u korretti.
Data ............................... .......................................
Firma ta’ min japplika/Prokuratur
jew Mandatarju tiegħu
NOTA: Min japplika huwa avżat li kull tagħrif mogħti fl-applikazzjoni li fuqu
jinħareġ il-permess mill-Ministru, li jkun skorret jew li jqarraq, jirrendi fost
affarijiet oħra kif maħsubin fl-Att, kull kuntratt, testment jew att relattiv null u bla
effett.
TAQSIMA II
Għall-użu uffiċjali biss.
