UNURI, GĦOTJIET U DEKORAZJONIJIET ġ L.S.251.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 251.01
REGOLI DWAR UNURI, GĦOTJIET U 
DEKORAZJONIJIET
10 ta’ Lulju, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 105 ta’ l-1990, kif emendat bl-Avviżi Legali 178 ta’ l-
1994 u 162 ta’ l-1995.
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Titolu.
u Dekorazzjonijiet.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 251.
"il-Kanċillier" tfisser il-Kanċillier tax-Xirka u ta’ l-Ordni
stabbilit bl-Att;
"ir-Reġistratur" tfisser ir-Reġistratur tax-Xirka u ta’ l-Ordni
stabbilit b’dawn ir-Regoli;
u espressjonijiet li jinsabu wkoll fl-Att għandhom l-istess tifsir kif
għandhom fl-Att.
Kanċillier.
(a) jirreġistra l-proċedimenti mportanti kollha dwar ix-
Xirka u dwar l-Ordni u jniżżel dawk il-proċedimenti
f’kotba miżmumin għal hekk;
(b) jieħu ħsieb li kull ħatra fix-Xirka u fl-Ordni u kull
temm ta’ kull ħatra bħal dik jiġu pubblikati fil-
Gazzetta;
(ċ) fuq id-direttivi tal-Kap tax-Xirka u ta’ l-Ordni,
jorganizza l-investituri u funzjonijiet oħra tax-Xirka u
ta’ l-Ordni.
Registratur.
Reġistratur tax-Xirka u ta’ l-Ordni li għandu, bla ħsara għas-setgħat
mogħtija lill-Kanċillier bl-artikolu 21 ta’ l-Att -
(a) ikun responsabbli għat-tmexxija tal-korrispondenza
kollha li għandha x’taqsam max-Xirka, u ma’ l-Ordni,
barra minn korrispondenza li ssir direttament bejn il-
Prim Ministru jew il-Ministri u l-President, u li
jagħmel dawk ir-reġistrazzjonijiet dwarha li jidhirlu
meħtieġa;
(b) jiżgura li jkunu mħarsa sewwa d-dokumenti kollha
dwar ix-Xirka u l-Ordni;
(ċ) iżomm ir-reġistrazzjonijiet tal-Midalji tar-Repubblika
kollha mogħtija skond l-Att; u
(d) iżomm reġistrazzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjonijiet
kollha mogħtija skond l-artikolu 29 ta’ l-Att.
2 L.S.251.01 ħ UNURI, GĦOTJIET U DEKORAZJONIJIET
Segretarju tal-
Kabinett.
5. Is-Segretarju tal-Kabinett għandu -
(a) jieħu ħsieb li kull għotja ta’ Midalja tar-Repubblika u
kull revoka ta’ xi għotja bħal dik jiġu pubblikati fil-
Gazzetta; u
(b) jieħu ħsieb li l-awtorizzazzjonijiet kollha mogħtija
skond l-artikolu 29 ta’ l-Att jiġu pubblikati fil-
Gazzetta.
INSINJA, MIDALJI U ŻIGARELLI
Insinja. 6. L-Insinja tax-Xirka tkun magħmula minn -
(a) Stilla ta’ fuq is-Sider fl-għamla ta’ xemx b’ħafna raġġi
ta’ dijametru ta’ 89mm u jkollha sitta u ħamsin ponta.
Fin-nofs u ibbuzzata hemm rappreżentata gardjola
Maltija fuq sfond ta’ enamel ikħal lewn is-sema, u dan
kollu jkun qiegħed f’bordura ovali ta’ enamel abjad
bil-motto u l-isem tax-Xirka, "Għall-ġid tal-Maltin" u
"Ġieħ ir-Repubblika" miktuba bid-deheb. Iċ-ċentru
sħiħ ovali jinsab f’parti f’bordura ta’ weraq taż-żebbuġ
ta’ enamel aħdar u mrikkeb fuqu hemm bies bi
ġwenħajh miftuħin u qed iżomm skroll b’difrejh li
fuqu hemm miktub "1975";
(b) Badge tax-Xarpa li hija versjoni mkabbra taċ-ċentru
ta’ l-Istilla ta’ fuq is-Sider tal-kejl b’kollox ta’ madwar
102mm b’70mm;
(ċ) Xarpa, wiesgħa 102mm, li fiha strixxa ħamra wiesgħa,
wiesgħa 90mm, bejn strixxi bojod dojoq tal-kejl ta’
6mm, hekk li kollox ikollu effett moire. Meta l-Insinja
tkun milbusa minn mara ix-xarpa tkun wiesgħa
63.5mm.
Insinja.
Emendat:
A.L. 178 ta’ l-
1994;
A.L. 162 ta’ l-
1995.
7. L-Insinja ta’ l-Ordni tkun magħmula minn -
(1) Għal Kumpannji ta’ l-Unur
(a) Stilla ta’ fuq is-Sider bir-raġġi tal-fidda, ta’
dijametru ta’ 80mm, b’Salib ta’ Malta tal-fidda
miksija bid-deheb u ta’ l-enamel sovraimpost,
ta’ dijametru ta’ 70mm, li fuqu jkun hemm
sovraimposta tarka ta’ l-enamel li turi
rappreżentazzjoni araldika tal-Bandiera
Nazzjonali ta’ Malta, imrikkba fuqha kuruna
murali tal-fidda miksija bid-deheb b’ħames
turretti, imdawra b’girlanda taż-żebbuġ u tal-
palm ta’ enamel aħdar marbuta fit-tarf t’isfel
b’żigarella ta’ enamel abjad b’wara aħmar; u
(b) Badge tax-Xarpa b’disinn simili iżda mingħajr
ir-raġġi fuq wara, ta’ dijametru ta’ 70mm,
imdendla ma’ xarpa wiesgħa 102mm magħmula
minn strixxa ċentrali ħamra bejn żewġ strixxi
koħol kollha fi proporzjonijiet indaqs b’effett
moire. Meta l-Insinja tkun milbusa minn mara
ix-xarpa tkun wiesgħa 63.5mm:
Iżda l-membri onorarji f’dan il-grad li jkunu
Kapijiet ta’ l-Istat tal-pajjiżi rispettivi tagħhom fil-
UNURI, GĦOTJIET U DEKORAZJONIJIET ġ L.S.251.01 3
waqt tal-ħatra tagħhom ikollhom id-dritt ukoll jilbsu l-
Badge tax-Xarpa imdendla minn Kullar ta’ 1000mm
tul u 24.5mm wisgħa, li tkun tikkonsisti f’żewġ
ġiżirani tal-fidda miksija bid-deheb wiesgħa 4.5mm
miżmuma flimkien b’ħames diski tal-enamel bojod u
ħomor ta’ dijametru ta’ 25mm, li jalternaw ma’ ħamest
Islaleb ta’ Malta tal-enamel bojod ta’ dijametru ta’
26.5mm u ħames diski tal-enamel suwed ta’ 25mm
dijametru b’kuruni murali b’ħames turretti tal-fidda
miksija bid-deheb ta’ tul ta’ 24mm fuqhom; friegħi
taż-żebbuġa u tal-palma tal-enamel ħodor, waħda fuq
kull naħa tad-diski tal-enamel bojod u ħomor u taċ-
ċrieki tal-fidda miksija bid-deheb.
(2) Għall-Kumpannji
(a) Stilla ta’ fuq is-Sider, ta’ dijametru ta’ 70mm,
simili għal dik ta’ Kumpann ta’ l-Unur, iżda
mingħajr ir-raġġi fuq wara; u
(b) Badge ta’ l-Għonq simili fid-disinn għall-Istilla
ta’ fuq is-Sider iżda ta’ dijametru ta’ 57mm,
imdendla ma’ żigarella ta’ l-għonq simili għax-
Xarpa tal-Kumpannji ta’ l-Unur iżda wiesgħa
18mm. Meta tkun milbusa minn mara żigarella
ta’ 32mm tkun imfassla għamla ta’ ċoff bid-
dniedel:
Iżda l-insinja għall-mernbri onorarji f’din il-
kategorija għandha tkun tikkonsisti fil-Badge ta’ l-
Għonq kemm-il darba l-Istilla ta’ fuq is-Sider flimkien
mal-Badge ta’ l-Għonq ma tingħatax b’turija ta’
distinzjoni ulterjuri.
(3) Għall-Uffiċjali
Badge ta’ fuq is-Sider simili għall-Badge ta’ l-
Għonq tal-Kumpannji iżda ta’ dijametru ta’
45mm, imdendla ma’ żigarella simili għax-
Xarpa tal-Kumpannji ta’ l-Unur iżda wiesgħa
38mm. Meta tkun milbusa minn mara ż-żigarella
tkun imfassla għamla ta’ ċoff bid-dniedel.
(4) Għall-Membri
Badge ta’ fuq is-Sider simili għal dik ta’ l-
Uffiċjali iżda bis-Salib ta’ Malta tal-fidda
minflok enamel.
Midalja għall-
Qlubija.
8. Il-Midalja għall-Qlubija hija f’għamla ta’ midalja tal-fidda
ta’ dijametru ta’ 40mm. Fil-faċċata hemm ibbuzzata l-Arma ta’
Malta sovraimposta fuq rappreżentazzjoni tar-raġġi tax-xemx. Fuq
wara hemm ibbuzzata, u mdawra b’girlanda, rappreżentazzjoni
ġeografika tal-Gżejjer Maltin li taħtha hemm l-iskrizzjoni "Għall-
Qlubija", kollox sovraimpost fuq rappreżentazzjoni tar-raġġi tax-
xemx. Kollox imdendel minn virga għamla ta’ skroll li juri ibbuzzat
is-sena tat-twaqqif "1975". Il-midalja hi mdendla ma’ żigarella
wiesgħa 32mm nofsha ħamra u nofsha bajda, b’effett moire. Meta
milbusa minn mara ż-żigarella tkun imfassla għamla ta’ ċoff bid-
dniedel.
4 L.S.251.01 ħ UNURI, GĦOTJIET U DEKORAZJONIJIET
Midalja għall-Qadi 
tar-Repubblika.
9. Il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika hija f’għamla ta’
stilla b’ħames ponot ta’ enamel abjad ta’ dijametru ta’ 41mm,
b’raġġi skanalati jew ċanfrinati fil-ħames angoli u l-ponta li tkun l-
aktar ’il fuq ta’ l-istilla jkollha d-data 1975 bid-deheb. Fil-faċċata
hemm ibbuzzata l-Arma ta’ Malta. In-naħa ta’ wara tal-midalja
fiha, imdawra b’girlanda, rappreżentazzjoni ġeografika tal-Gżejjer
Maltin u l-iskrizzjoni "Għall-Qadi tar-Repubblika" ibbuzzati. Il-
midalja hi mdendla ma żigarella wiesgħa 32mm u hi nofsha bajda u
nofsha ħamra, b’effett moire. Meta milbusa minn mara ż-żigarella
tkun imfassla għamla ta’ ċoff bid-dniedel.
Regoli speċifiċi. 10. Regoli dwar id-disinn u l-għoti ta’ Midalji ta’ Tifkira
Nazzjonali għandhom isiru għal kull okkażjoni li fiha tkun trid tiġi
mfakkra ġrajja.
Midalja għal 
Servizz Twil u 
Effiċjenti.
11. II-Midalja għal Servizz Twil u Effiċjenti tkun tonda, tal-
cupro-nickel, u ta’ dijametru ta’ 36mm, ikollha fuq il-faċċata l-
Arma ta’ Malta ibbuzzata u fuq wara jkollha ibbuzzat is-Salib ta’
Malta ġewwa girlanda tar-rand imdawra bil-kliem "Għal Servizz
Twil u Effiċjenti"; kollox imdendel minn virga. Il-midalja hi
mdendla ma’ żigarella wiesgħa 32mm kif ġej:
(1) Għall-Forzi Armati ta’ Malta ħames partijiet indaqs, l-
ewwel waħda ħamra u t-tieni kaħla, it-tielet subdiviża
f’aħmar, ikħal u aħmar, ir-raba’ kaħla u l-ħames
ħamra;
(2) Għall-Korp tal-Pulizija ħames partijiet indaqs, l-ewwel
waħda bajda u t-tieni kaħla, it-tielet subdiviża f’abjad,
ikħal u abjad, ir-raba’ kaħla u l-ħames bajda;
(3) Għall-uffiċjali li jservu fil-Korp tal-Ħabs ta’ Malta
ħames partijiet indaqs, l-ewwel waħda griża u t-tieni
kaħla, it-tielet subdiviża fi griż, ikħal u griż, ir-raba’
kaħla u l-ħames griża;
(4) Il-clasps, meta jingħataw, jintehmżu maż-żigarella, u
jkunu fl-għamla ta’ virga lixxa tal-cupro-nickel għolja
5mm b’kuruna murali fiċ-ċentru.
SERVIZZ KWALIFIKANTI GĦALL-MIDALJI GĦAL SERVIZZ 
TWIL U EFFIĊJENTI
Servizz 
kwalifikanti.
12. (1) Il-Midalji għal Servizz Twil u Effiċjenti, għandhom
jingħataw lill-membri kollha li jservu fil-Forzi Armati ta Malta, fil-
Korp tal-Pulizija u fil-Korp tal-Ħabs ta Malta li jkunu għamlu
b’kollox 18-il sena ta’ servizz effiċjenti b’karattru u kondotta
impekkabbli matul iż-żmien kollu.
(2) Il-clasps għandhom jingħataw wara total addizzjonali ta’ 7
snin oħra u mbagħad 5 snin oħra ta servizz effiċjenti b’karattru u
kondotta impekkabbli matul iż-żmien kollu.
(3) Servizz f’xi wieħed mill-korpi dixxiplinati ta’ hawn fuq
magħdud dak li qabel kien il-Korp Territorjali ta’ Malta, kif ukoll
dak li qabel kien il-Korp tal-Pulizija ta’ l-Ammiraljat, il-Korp tad-
Difiża Ċivili u kull korp dixxiplinat ieħor assorbit minn xi wieħed
mill-korpi mniżżla fl-artikolu 16(4) ta’ l-Att għandu jkun
ikkunsidrat bħala servizz kwalifikanti.
(4) L-uffiċjali li jikkmandaw il-korpi dixxiplinati għandhom
UNURI, GĦOTJIET U DEKORAZJONIJIET ġ L.S.251.01 5
jirrakomandaw biss lil dawk li matul is-servizz kollu tagħhom
ikunu ppruvaw lilhom infushom b’kull mod denji ta’ din id-
distinzjoni.
ILBIES TA’ L-INSINJA, MIDALJI U ŻIGARELLI
Kif tintlibes l-
Insinja.
Emendat:
A.L. 162 ta’ l-
1995.
13. (1) L-Istilel ta’ fuq is-Sider ta’ l-Insinja tax-Xirka u ta’ l-
Ordni jintlibsu mehmużin fuq in-naħa tax-xellug tal-ġlekk jew l-
ilbies ta’ fuq. Ix-Xarpa tintlibes minn fuq l-ispalla tal-lemin u
sserraħ fuq il-ġenb tax-xellug; u l-Badge tax-Xarpa tintlibes
imdendla mix-Xarpa.
(2) Il-Badge ta’ l-Għonq ta’ l-Ordni tintlibes imdendla minn
żigarella madwar l-għonq.
(3) Il-Midalji jintlibsu fuq is-sider tax-xellug.
(4) Iż-żigarelli jistgħu jintlibsu mingħajr l-Insinja jew Midalji
f’okkażjonijiet xierqa. Dawn ikunu l-istess bħaż-żigarelli preskritti 
għall-Insinja jew Midalji, iżda madwar 10mm fit-tul.
(5) F’okkażjonijiet xierqa -
(a) Minjaturi ta’ l-Insinja jew Midalji jistgħu jintlibsu u
dawn ikollhom dijametru ta’ madwar 18mm, biż-
żigarella wiesgħa 16mm;
(b) Badges tal-bavru li jiddinotaw l-Insinja jistgħu
jintlibsu kif ġej:
(i) Membri tax-Xirka: gardjola Maltija tal-fidda fuq
rożetta, ta’ dijametru ta’ 10mm, magħmula minn
drapp aħmar b’żewġ linji bojod irqaq jaqsmu l-
aħmar;
(ii) Kumpannji ta’ l-Unur, Kumpannji u Uffiċjali ta’
l-Ordni: Salib ta’ Malta abjad ta’ l-enamel fuq
bordura tal-fidda miksija bid-deheb fuq rożetta,
ta’ dijametru ta’ 10mm, magħmula minn drapp
ikħal b’żewġ linji ħomor irqaq jaqsmu l-ikħal;
(iii) Membri ta’ l-Ordni: rożetta, ta’ dijametru ta’
10mm magħmula minn drapp ikħal b’żewġ linji
ħomor irqaq jaqsmu l-ikħal;
(ċ) Clip tal-bavru li tiddinota l-Midalja għall-Qadi tar-
Repubblika tista’ tintlibes u din ikollha kejl ta’
madwar 15mm tul u 2mm wisa’, magħmula mid-drapp
f’żewġ strixxi orizzontali ndaqs, waħda bajda u l-oħra
ħamra, il-bajda fuq il-ħamra.
Protokoll ta’ ilbies.
Sostitwit:
A.L. 178 ta’ l-
1994.
14. (1) L-Insinja tax-Xirka u ta’ l-Ordni u l-midalji ta’ ilbies
jintlibsu f’din l-ordni li ġejja -
(a) Insinja ta’ Kumpann ta’ l-Unur ta’ l-Ordni
(b) Insinja tax-Xirka
(ċ) Insinja ta’ Kumpann ta’ l-Ordni
(d) Insinja ta’ Uffiċjal ta’ l-Ordni
(e) Insinja ta’ Membru ta’ l-Ordni
(f) Midalja għall-Qlubija
6 L.S.251.01 ħ UNURI, GĦOTJIET U DEKORAZJONIJIET
(g) Midalja għall-Qadi tar-Repubblika
(h) Midalji ta’ Tifkira Nazzjonali
(i) Midalji għal Servizz Twil u Effiċjenti.
(2) Ċittadin Malti ma għandux, f’Malta, jilbes l-insinja ta’ xi
ordni jew xi dekorazzjoni ta’ xi pajjiż li ma jkunx Malta, ukoll jekk
dik l-insinja jew dekorazzjoni tkun rikonoxxuta skond l-artikolu 29
ta’ l-Att, kemm-il darba ma jilbisx dik l-insinja jew id-dekorazzjoni
wara l-insinja jew wara kull midalja mogħtija taħt l-Att:
Iżda ċittadin Malti li jattendi għall-funzjoni uffiċjali tal-
Kap ta’ Stat barrani jew Ordni Sovran, jew tal-Kap tal-Gvern ta’
Stat barrani jew ta’ Ordni Sovran, jew tar-rappreżentant ta’ Stat
barrani jew Ordni Sovran akkreditat għal Malta, fejn soltu jintlibsu
insinji ta’ ordnijiet u dekorazzjonijiet, jista’ bħala wiri ta’ kortesija
għal min ikun stiednu jagħti preċedenza lill-insinji ta’ ordnijiet jew
dekorazzjonijiet ta’ dak l-Istat jew l-Ordni Sovran.
INVESTITURI U PREŻENTAZZJONIJIET
Investitura. 15. (1) Ħatriet fix-Xirka u ħatriet fl-Ordni jew
promozzjonijiet fl-Ordni, kif ukoll għotjiet ta’ Midalji, bl-
eċċezzjoni tal-Midalji għal Servizz Twil u Effiċjenti, għandhom
normalment isiru mill-President f’ċerimonja formali ta’ investitura.
(2) Il-President jista’, iżda, fuq il-parir tal-Prim Ministru,
jiddelega Ministru jew ir-rappreżentant diplomatiku prinċipali ta’
Malta f’pajjiż barrani biex jagħmel il-ħatra, promozzjoni jew
għotja f’ismu.
(3) Meta l-President jippreżenta l-Insinja jew Midalja dan
għandu jindirizza lil min jirċeviha b’dan il-mod:
"F’isem il-Gvern u l-poplu, nagħtik -
jew l-Insinja tax-Xirka ta’ Ġieħ ir-Repubblika.
jew l-Insinja ta’ ............. (jissemma’ l-grad xieraq) ta’
l-Ordni Nazzjonali tal-Meritu.
jew il-Midalja għall- ............. (skond liema forma tkun
xierqa)
jew il-Midalja ta’ Tifkira Nazzjonali biex tfakkar
................." skond il-forma xierqa.
(4) Meta l-Insinja jew il-Midalja tkun qed tingħata fisem il-
President, min jirċeviha għandu jiġi ndirizzat b’dan il-mod:
"F’isem il-President ta’ Malta, u f’isem il-Gvern u l-
poplu ta’ Malta, nagħtik -
jew l-Insinja tax-Xirka ta’ Ġieħ ir-Repubblika.
jew l-Insinja ta’ ................ (jissemma l-grad xieraq)
ta’ l-Ordni Nazzjonali tal-Meritu.
jew il-Midalja għall- ................. (skond liema forma
tkun xierqa)
jew il-Midalja ta’ Tifkira Nazzjonali biex tfakkar
...................... " skond il-forma xierqa.
(5) Flimkien ma’ l-Insinja għandu jiġi ppreżentat lil min
UNURI, GĦOTJIET U DEKORAZJONIJIET ġ L.S.251.01 7
jirċeviha d-dokument tal-ħatra jew promozzjoni, iffirmat,
kontrosenjat u ssiġillat kif provdut fl-artikolu 25 ta’ l-Att.
(6) Kull meta l-parir lill-President għall-ħatra ta’ persuna
bħala msieħeb tax-Xirka jew ta’ l-Ordni jkun fih, jew ikollu
miegħu, motivazzjoni dwar dik il-persuna, dik il-motivazzjoni
għandha tinqara mill-Kanċillier (jew minn dik il-persuna l-oħra li
tkun xierqa fiċ-ċirkostanzi) minnufih qabel l-għoti ta’ l-Insinja. Il-
motivazzjoni tiġi wkoll reġistrata fir-reġistru miżmum għal hekk.
(7) Flimkien mal-Midalja għall-Qlubija għandha tiġi
ppreżentata lil min jirċeviha motivazzjoni dwar l-aġir ta’ qlubija.
Dik il-motivazzjoni għandha tinqara minnufih qabel ma tiġi
preżentata l-Midalja. Fil-każ ta’ Midalji oħra għandu jiġi
ppreżentat ċertifikat xieraq.
Midalji għal 
servizz.
16. (1) Il-Midalji għal Servizz Twil u Effiċjenti għandhom
normalment jiġu preżentati mill-Ministru responsabbli għall-korp
dixxiplinat partikolari.
(2) L-uffiċjal li jikkmanda l-korp jista’, iżda, jiġi delegat mill-
Ministru biex jirrappreżentah.
TEMM TA’ SĦUBIJA U REVOKA TA’ GĦOTJIET
Mozzjoni għal 
temm ta’ sħubija.
17. (1) Mozzjoni għal Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati
għat-temm ta’ sħubija jew għar-revoka ta’ l-għoti ta’ midalja skond
l-artikolu 23(1)(ċ) ta’ l-Att għandha tagħti r-raġunijiet li fuqhom
tkun ibbażata dik il-mozzjoni.
L.S.Kost.02
Deputati, jingħata awiż ta’ mozzjoni hekk kif imsemmi fis-
subregola (1), l-Iskrivan tal-Kamra għandu, mingħajr dewmien,
jibgħat kopja tal-mozzjoni lill-Membri tal-Kamra, u jieħu ħsieb li
tiġi notifikata kopja oħra lill-persuna msemmija fll-mozzjoni.
Kap. 113.
(3) Meta l-persuna msemmija fil-mozzjoni tkun toqgħod
f’Malta, in-notifika ta’ kopja tal-mozzjoni għandha ssir hekk kif
provdut fl-artikolu 5(3) ta’ l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-
Setgħat tal-Kamra tad-Deputati; u meta l-persuna msemmija fil-
mozzjoni tkun toqgħod barra minn Malta, in-notifika għandha ssir
billi tintbagħat ittra mibgħuta bil-posta reġistrata fl-indirizz privat
jew uffiċjali tagħha l-aħħar magħruf u l-kopja titqies li ġiet
notifikata kif imiss fil-jum li jiġi minnufih wara dak li soltu tiġi
riċevuta ittra fil-kors ordinarju tal-posta; u fil-prova ta’ dik in-
notifika jkun biżżejjed li jiġi ppruvat li l-ittra li kien fiha kopja tal-
mozzjoni kienet ġiet indirizzata u impustata sewwa.
(4) Ir-Riżoluzzjoni ma titressaqx quddiem il-Kamra qabel ma
jingħata żmien biżżejjed lill-persuna msemmija fil-mozzjoni biex
tħejji d-difiża tagħha u tidher quddiem il-Kamra; iżda fil-każ ta’
persuna li toqgħod f’Malta, sebat ijiem jitqiesu li huma biżżejjed
għall-għanijiet imsemmija qabel.
(5) Il-persuna msemmija fil-mozzjoni tingħata opportunità  li
tidher quddiem il-Kamra u li tiddefendi lilha nnifisha; tista’ wkoll
tkun mgħejjuna minn avukat jew minn ħabib.
(6) Jekk ir-Riżoluzzjoni tgħaddi, l-Iskrivan għandu jibgħat
kopja tagħha lill-President li għandu ma’ dan itemm il-ħatra, jew
8 L.S.251.01 ħ UNURI, GĦOTJIET U DEKORAZJONIJIET
jirrevoka l-għotja, skond il-każ, bil-mezz ta’ dokument li jġib is-
siġill tax-Xirka jew ta’ l-Ordni skond kif ikun xieraq, u għandu
jieħu ħsieb li jingħata avviż ta’ dan lill-persuna msemmija fih.
(7) Mat-temm ta’ ħatra jew mar-revoka ta’ għotja kif imsemmi
qabel, il-Kanċillier jew is-Segretarju tal-Kabinett, skond il-każ,
għandu jieħu ħsieb li jsiru r-reġistrazzjonijiet xierqa fir-reġistri u
jippubblika n-notifikazzjoni ta’ dak it-temm jew ta’ dik ir-revoka
fil-Gazzetta.
UNURI U DEKORAZZJONIJIET BARRANIN
Talba għall-
awtorità .
18. Talba għall-awtorità  bil-miktub tal-President meħtieġa bl-
artikolu 29 ta’ l-Att għandha ssir bil-miktub u għandha tiġi riferita
lill-Kanċillier. Għandu jkun fiha l-partikolaritajiet rilevanti kollha
ta’ l-unur, għotja, dekorazzjoni, sħubija jew kariga li tkun se
tingħata u tal-persuna li lilha tkun se tingħata, u għandha tkun
iffirmata mir-rappreżentat diplomatiku prinċipali ta’ l-Istat jew l-
Ordni Sovran li jkun qed jitlob l-awtorità  tal-President jew minn
dak l-uffiċjal l-ieħor ta’ dak l-Istat jew Ordni li jkun awtorizzat
b’mod speċjali għal hekk.
SIĠILLI TAX-XIRKA U TA’ L-ORDNI
Siġilli tax-Xirka u 
ta’ l-Ordni.
19. (1) Is-Siġill tax-Xirka jkun siġill tond li jikkonsisti
f’rappreżentazzjoni ta’ gardjola Maltija f’bordura li fiha l-kliem
"ĠIEĦ IR-REPUBBLIKA - MALTA".
(2) Is-Siġill ta’ l-Ordni jkun magħmul minn siġill tond li
jikkonsisti f’rappreżentazzjoni tal-Badge tax-Xarpa ta’ Kumpann
ta’ l-Ordni kif deskritta fir-regola 7(1)(b), f’bordura li fiha l-kliem
"VIRTUTE ET CONSTANTIA - MALTA".
Jeddijiet speċjali.
Miżjud:
A.K. 178 ta’ l-
1994.
20. (1) Il-Kap ta’ l-Ordni jkollu d-dritt jilbes il-Badge tax-
Xarpa ta’ Kumpann ta’ l-Unur imdendla minn Kullar kif deskritt
fir-regola 7(1)(b).
(2) Il-Kanċillier ta’ l-Ordni jkollu d-dritt jilbes bħala
dekorazzjoni l-Badge ta’ l-Għonq ta’ Kumpann ta’ l-Ordni.
(3) Ir-Reġistratur ta’ l-Ordni jkollu d-dritt jilbes bħala
dekorazzjoni l-Badge ta’ fuq is-Sider ta’ Uffiċjal ta’ l-Ordni.
(4) Il-Kanċillier u r-Reġistratur ta’ l-Ordni jkollhom id-dritt
ukoll li jilbsu l-Badge tal-bavru li jiddinota l-Insinja ta’ Uffiċjal ta’
l-Ordni.
