MIDALJA GĦALL-ĦAMSIN ANNIVERSARJU 
TAL-GEORGE CROSS TA’ MALTA ġ L.S.251.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 251.02
REGOLI DWAR IL-MIDALJA GĦALL-ĦAMSIN 
ANNIVERSARJU TAL-GEORGE CROSS TA’ 
MALTA
17 ta’ Jannar, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 8 ta’ l-1992, kif emendat bl-Avviż Legali 35 ta’ l-
1994.
Titolu.
Ħamsin Anniversarju tal-George Cross ta’ Malta.
Ħruġ ta’ Midalja.
Midalja għall-Ħamsin Anniversarju tal-George Cross ta’ Malta"
(hawn aktar ’il quddiem f’dawn ir-Regoli msejħa "il-Midalja") li
għandfia tingħata skond dawn ir-Regoli.
(2) L-għoti tal-Midalja jkun b’effett mill-15 ta’ April, 1992.
Insinja.
nickel u ta’ djametru ta’ 36mm, turi fil-faċċata rappreżentazzjoni ta
l-Arma ta’ Malta u s-sena "1992" taħtha, u fuq wara l-George Cross
Brittaniku fiċ-ċentru mdawwar bil-kliem "BĦALA XHIEDA TA’
EROIŻMU U DEDIKAZZJONI" u "TO BEAR WITNESS TO
HEROISM AND DEVOTION" separati b’salib ta’ Malta fin-naħa
ta’ fuq u d-data "1992" fin-naħa ta’ isfel, kollox ibbuzzat; kollox
imdendel minn virga li jkollha ibbuzzat fergħa taż-żebbuġ u werqa
tal-palm magħqudin fiċ-ċentru.
(2) Il-MidaIja hi mdendla minn żigarella wiesgħa 32mm ta’
kulur ikħal b’żewġ strixxi dojoq vertikali fin-nofs, abjad u aħmar,
kull wieħed 3mm wiesgħa; kollox b’effett moire.
(3) F’okkażjonijiet xierqa tista’ tintlibes miniature ta’ l-
insinja, li jkollha l-kejl approssimattiv ta’ 18mm f’djametru,
b’zigarella wiesgħa 16mm.
Eliġibilità.
Emendat:
A.L. 35 ta’ l-1994.
4. (1) Eliġibilità  għall-Midalja hi ristretta għal:
(a) Dawk kollha li kienu membri bl-uniformi tal-Forzi
Armati Allejati u membri tal-Flotta Merkantili li, f’xi
żmien matul il-perjodu ta’ kwalifika, servew:
(i) f’Malta; jew
(ii) f’operazzjonijiet bl-ajru jew fil-baħar fil-
Mediterran in konnessloni mad-difiża ta’,
għajnuna lil, jew biex jissuplixxu lil, Malta,
inkluża l-parteċipazzjoni f’convoys jew l-iskorta
tagħhom; jew
(iii) f’operazzjonijiet organizzati minn Malta kontra
l-forzi ta’ l-Assi;
(b) Pajżani li, f’xi żmien matul il-perjodu ta’ kwalifika
kienu f’Malta f’xi waħda minn dawn il-kategoriji li
ġejjin:
(i) membri tal-Forza tal-Pulizija ta’ Malta u Special
2 L.S.251.02 ħ
MIDALJA GĦALL-ĦAMSIN ANNIVERSARJU 
TAL-GEORGE CROSS TA’ MALTA
Constables;
(ii) Malta Dockyard Police jew impjegati fit-Tarzna
ta’ Malta li servew fid-Dockyard Defence
Battery;
(iii) Infermiera fil-Voluntary Aid Detachment, fir-
Red Cross u fis-St. John Ambulance, li servew
fl-isptarijiet navali, militari u ċivili;
(iv) Personnel tal-Malta Civil Defence (Air Raid
Precaution);
(v) Malta Auxiliary Corps;
(vi) Malta Volunteer Defence Force jew il-Home
Guard;
(vii) Il-Forzi tal-Brigada għat-Tifi tan-Nar; u
(viii) District  Commissioners, Regional  Protection
Officers u Protection Officers; u
(ċ) The Scout Association ta’ Malta għal servizz mogħti
matul il-perjodu ta’ kwalifika.
(2) Persuni li jidhrilhom li huma eliġibbli għal għoti tal-
Midalja għandhom jimlew il-formula uffiċjali ta’ applikazzjoni kif
tidher fl-Iskeda, u jirritornaw din, ċertifikata kif imiss mill-
organizzazzjoni partikolari li kien jappartjenu għaliha jew dik l-
awtorità  li għandha l-atti ta’ dik l-organizzazzjoni, liċ-Chairman
tal-Kumitat tan-Nomini, Midalja għall-Ħamsin Anniversarju tal-
George Cross ta’ Malta, Uffiċċju tal-Prim Ministru, Berġa ta’
Kastilja, Valletta, Malta, mhux aktar mill-15 ta’ April, 1994;
Iżda ċittadini Maltin li jaqgħu taħt is-subregola (1)(b)
jistgħu minflok dik iċ-ċertifikazzjoni jipproduċu ċ-ċertifikat ta’
ħelsien mill-organizzazzjoni relattiva.
(3) Il-Midalja ma tistax tingħata wara l-mewt.
Perjodu ta’ 
kwalifika.
5. Il-perjodu ta' kwalifika għall-għoti tal-Midalja għandu jkun
il-perjodu bejn l-10 ta' Ġunju, 1940 u t-8 ta' Settembru, 1943, iż-
żewġ dati inklużi.
Preżentazzjoni. 6. (1) Il-Midalja tiġi ppreżentata:
(a) mill-President ta’ Malta; jew
(b) minn Kummissarju Għoli, Ambaxxatur, rappreżentant
diplomatiku jew konsulari ieħor (inkluż rappreżentant
Onorarju) ta’ Malta, jew kull persuna oħra hekk
awtorizzata, li tagħmel il-preżentazzjoni f’isem il-
President:
Iżda, meta ma jkunx konvenjenti jew prattiku li l-Midalja
tiġi ppreżentata personalment, il-midalja tista tintbagħat b’posta
reġistrata jew b’dawk il-mezzi l-oħra li jistgħu jitqiesu xierqa.
(2) Meta l-Midalji jiġu preżentati mill-President, hu għandu
jindirizza lil min jirċeviha b’dan il-mod:
"F’isem il-Gvern u l-poplu, nagħtik il-Midalja
Nazzjonali li Tikkommemora l-Ħamsin Anniversarju
ta’ l-għoti tal-George Cross lil Malta".
MIDALJA GĦALL-ĦAMSIN ANNIVERSARJU 
TAL-GEORGE CROSS TA’ MALTA ġ L.S.251.02 3
(3) Ir-rappreżentant tal-President għandu jindirizza lil min
jirċievi l-midalja b’dan il-mod:
"F’isem il-President ta’ Malta, u f’isem il-Gvern u l-
Poplu ta’ Malta nagħtik il-Midalja Nazzjonali li
Tikkommemora l-Ħamsin Anniversarju mill-għoti tal-
George Cross lil Malta".
Revoka.
L.S.251.01
7. Ir-revoka ta’ l-għoti tal-Midalja għandu jiġi regolat bid-
disposizzjonijiet tar-regola 17 tar-Regoli dwar Unuri, Għotijiet u
Dekorazzjonijiet u ta’ l-artikoli 23 u 24 ta’ l-Att dwar Ġieh ir-
Repubblika.
4 L.S.251.02 ħ
MIDALJA GĦALL-ĦAMSIN ANNIVERSARJU 
TAL-GEORGE CROSS TA’ MALTA
SKEDA
(Regola 4)
