INSINJA TAL-KARIGA TA’ SINDKI ġ L.S.251.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 251.03
REGOLI DWAR L-INSINJA TAL-KARIGA
TA’ SINDKI
26 ta’ Novembru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 160 ta’ l-1993.
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Titolu.
Kariga ta’ Sindki.
Tifsir.
tehtieġx xort’oħra -
Kap. 251.
Kap. 363.
"belt kapitali jew bliet kapitali ta’ qabel" tfisser l-ewwel tliet
lokalitajiet elenkati fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar
Kunsilli Lokali;
"bliet" tfisser l-ewwel ħdax-il lokalità  elenkati fl-Ewwel Skeda li
tinsab ma’ l-Att dwar Kunsilli Lokali;
"lokalità " tfisser kull area b’konfini stabbilita kif imsemmi fit-
Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar Kunsilli Lokali;
"Segretarju" tfisser il-persuna li tokkupa l-kariga ta’ segretarju
ta’ Kunsill Lokali skond l-Att dwar Kunsilli Lokali;
"Sindku" tfisser is-Sindku ta’ Kunsill elett skond l-artikolu 25 ta’
l-Att dwar Kunsilli Lokali;
"stemma" tfisser l-istemma mogħtija lil kull lokalità  skond l-
artikolu 74 ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali;
u espressjonijiet li jinsabu wkoll fl-Att jew fl-Att dwar Kunsilli
Lokali għandhom l-istess tifsir bħalma għandhom fl-Atti rispettivi.
INSINJA
Insinja.
għandha tkun tikkonsisti f’midalji kif ġej:
(1) Għal Sindki tal-belt kapitali jew tal-bliet kapitali ta’
qabel -
Badge ta’ l-Għonq fl-għamla ta’ girlanda ovali ta’
weraq tal-ballut tal-fidda miksija bid-deheb marbutin
fuq u isfel kif ukoll fin-nofs taż-żewġ naħat, tal-kejl
ta’ 57mm minn fuq għal isfel, li jkollha sovraimpost
fuqha l-istemma u l-kuruna murali rispettivi tal-fidda
miksija bid-deheb u bl-enamel tal-belt kapitali jew
bliet kapitali ta’ qabel. Il-Badge ta’ l-Għonq għandha
tkun imdendla ma’ żigarella sewda wiesgħa 18mm li
jkollha effett moire .
(2) Għal Sindki ta’ ibliet oħra -
Badge ta’ l-Għonq fl-għamla ta’ girlanda ovali ta’
weraq tal-ballut tal-fidda miksija bid-deheb marbutin
2 L.S.251.03 ħ INSINJA TAL-KARIGA TA’ SINDKI
fuq u isfel kif ukoll fin-nofs taż-żewġ naħat, tal-kejl
ta’ 57mm minn fuq għal isfel, li jkollha sovraimpost
fuqha l-istemma u l-kuruna murali rispettivi tal-fidda
miksija bid-deheb u bl-enamel tal-belt. Il-Badge ta’ l-
Għonq għandha tkun imdendla ma’ żigarella sewda
wiesgħa 18mm li jkollha effett moire .
(3) Għal Sindki tal-lokalitajiet l-oħra -
Badge ta’ l-Għonq fl-għamla ta’ girlanda ovali ta’
weraq tal-ballut tal-fidda miksija bid-deheb marbutin
fuq u isfel kif ukoll fin-nofs taż-żewġ naħat, tal-kejl
ta’ 57mm minn fuq għal isfel, li jkollha sovraimpost
fuqha l-istemma rispettiva tal-fidda miksija bid-deheb
u bl-enamel tal-lokalità . Il-Badge ta’ l-Għonq għandha
tkun imdendla ma’ żigarella ħamra wiesgħa 18mm li
jkollha effett moire .
ILBIES TA’ L-INSINJA
Ilbies ta’ l-insinja. 4. (1) Il-Badge ta’ l-Għonq ta’ Sindku tintlibes imdendla
maż-żigarella madwar l-għonq:
Iżda meta s-Sindku ta’ Lokalità  tkun mara, il-Badge ta’ l-
Għonq tista’ tintlibes fuq in-naħa tax-xellug ta’ ilbiesha biż-
żigarella magħmula f’għamla ta’ ċoff bix-xniexel.
(2) Il-Badges ta’ l-Għonq jintlibsu kulmeta jkun xieraq izda
ġewwa l-lokalità  tas-Sindku rispettiv biss:
Iżda dik il-Badge ta’ l-Għonq tista’ tintlibes f’lokalitajiet
oħra kulmeta jkun hemm stedina għal dak l-effett mis-Sindku ta’
dik il-lokalità  jew lokalitajiet oħra:
Iżda wkoll dik il-Badge ta’ l-Għonq tista’ tintlibes ukoll
f’okkażjonijiet Statali jew okkażjonijiet Nazzjonali fejn dik l-
insinja tkun preskritta:
Iżda wkoll dik il-Badge ta’ l-Għonq tista’ tintlibes ukoll
f’pajjiżi oħra kulmeta jkun hemm stedina għal dak l-effett mis-
Sindku tal-belt jew raħal fejn tkun ser issir dik il-funzjoni.
Badges tal-bavru. 5. F’okkażjonijiet xierqa jistgħu jintlibsu badges tal-bavru li
jiddinotaw l-insinja kif ġej:
(1) Sindki tal-belt kapitali jew tal-bliet kapitali ta’ qabel:
kuruna murali tal-fidda miksija bid-deheb, simili għal
dik ta’ fuq l-istemma, fuq rożetta ta’ dijametru ta’
10mm, magħmula minn drapp iswed;
(2) Sindki ta’ ibliet oħra: kuruna murali tal-fidda miksija
bid-deheb, simili għal dik ta’ fuq l-istemma, fuq
rożetta ta’ dijametru ta’ 10mm, magħmula minn drapp
iswed;
(3) Sindki tal-lokalitajiet l-oħra: tarka tal-fidda miksija
bid-deheb fuq rożetta ta’ dijametru ta’ 10mm,
magħmula minn drapp aħmar.
PROTEZZJONI TA’ L-INSINJA
Proprjetà  ta’ l-
insinja.
6. (1) L-insinja għandha tibqa’ l-proprjetà  tal-Kunsill Lokali
rispettiv u, tul iż-żmien tal-kariga, tkun fdata taħt il-ħarsien tas-
INSINJA TAL-KARIGA TA’ SINDKI ġ L.S.251.03 3
Sindku.
(2) Mat-tmiem taż-żmien tal-kariga s-Segretarju jkun
responsabbli għall-egħmil ta’ l-arranġamenti meħtieġa biex dik l-
insinja tiġi mogħtija lura mis-Sindku.
L-insinja, eċċ., 
għandha tintlibes 
minn persuni 
awtorizzati.
7. L-insinja tal-kariga ta’ Sindku, kif ukoll il-badges tal-
bavru li jiddinotaw dik l-insinja, jistgħu jintlibsu biss minn persuni
li jkunu jokkupaw l-kariga ta’ Sindku, u dak is-Sindku jista’ jilbes
biss l-insinja xierqa stabbilita b’dawn ir-Regoli.
