MIDALJA GĦALL-ĦAMSA U SEBGĦIN 
ANNIVERSARJU MIR-RE-INTRODUZZJONI 
TA’ GVERN RESPONSABBLI F’MALTA ġ L.S.251.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 251.04
REGOLI DWAR IL-MIDALJA
GĦALL-ĦAMSA U SEBGĦIN ANNIVERSARJU 
MIR-RE-INTRODUZZJONI TA’ GVERN 
RESPONSABBLI F’MALTA
14 ta’ Mejju, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 89 ta’ l-1996.
Titolu.
Ħamsa u Sebgbin Anniversarju mir-Re-introduzzjoni ta’ Gvern
Responsabbli f’Malta.
Ħruġ ta’ Midalja.
Midalja għall-Ħamsa u Sebgħin Anniversarju mir-Re-introduzzjoni
ta’ Gvern Responsabbli f’Malta" (hawn aktar ’il quddiem f’dawn
ir-regoli msejħa "il-Midalja") li għandha tingħata skond dawn ir-
regoli.
(2) L-għoti tal-Midalja jkun b’effett mis-7 ta’ Ġunju, 1996.
Insinja.
djametru ta’ 36mm, turi fil-faċċata rappreżentazzjoni ta’ l-Arma ta’
Malta u fuq wara s-sena "1921" fiċ-ċentru mdawra b’girlanda
weraq tal-balluta marbuta minn fuq u minn isfel kif ukoll fin-nofs
taż-żewġ naħiet u dan kollu mdawwar bil-kliem "RE-
INTRODUZZJONI TA’ GVERN RESPONSABBLI * IL-ĦAMSA
U SEBGĦIN ANNIVERSARJU * 1996 *" kollox ibbuzzat; kollox
imdendel minn virga li jkollha ibbuzzat fergħa taż-żebbuġ u werqa
tal-palm magħqudin fiċ-ċentru.
(2) Isem min jirċievi l-Midalja għandu jitnaqqax fuq xifer il-
Midalja.
(3) Il-Midalja tiddendel minn żigarella wiesgħa 32mm ta’
kulur aħdar b’żewġ strixxi dojoq vertikali fin-nofs, abjad u aħmar,
kull wieħed 3mm wiesgħa; kollox b’effett moire.
(4) F’okkażjonijiet xierqa tista’ tintlibes miniature ta’ l-
insinja, li jkollha l-kejl approssimattiv ta’ 18mm f’djametru,
b’żigarella wiesgħa 16mm.
Għotja.
1996 u li f’xi żmien mill-1 ta’ Novembru, 1921 kien, jew ikun,
membru tas-Senat, ta’ l-Assemblea Leġislattiva jew tal-Kamra tad-
Deputati:
Iżda kull min fis-7 ta’ Ġunju, 1996 ikun Membru tal-
Kamra tad-Deputati għandu jiġi biss ippreżentat bil-Midalja
ġaladarba jtemm milli jibqa’ Membru.
Preżentazzjoni.
(a) mill-President ta’ Malta; jew
(b) minn Kummissarju Għoli jew Ambaxxatur hekk
awtorizzati li jagħmlu l-preżentazzjoni f’isem il-
2 ġ L.S.251.04
MIDALJA GĦALL-ĦAMSA U SEBGĦIN 
ANNIVERSARJU MIR-RE-INTRODUZZJONI 
TA’ GVERN RESPONSABBLI F’MALTA
President; jew
(ċ) minn persuna oħra li tiġi inkarigata mill-President fuq
il-parir tal-Prim Ministru li tagħti l-Midalja f’isem il-
President.
(2) Meta l-Midalji jiġu preżentati mill-President, hu għandu
jindirizza lil min jirċevihom b’dan il-mod:
"F’isem il-Gvern u l-poplu, nagħtik il-Midalja
Nazzjonali li Tikkommemora l-Ħamsa u Sebgħin
Anniversarju mir-Re-introduzzjoni ta’ Gvern
Responsabbli fl-1921".
(3) Ir-rappreżentant tal-President għandu jindirizza lil min
jirċievi I-midalja b’dan il-mod:
"F’isem il-President ta’ Malta, u f’isem il-Gvern u l-
Poplu ta’ Malta, nagħtik il-Midalja Nazzjonali li
Tikkommemora l-Ħamsa u Sebgħin Anniversarju mir-
Re-introduzzjoni ta’ Gvern Responsabbli fl-1921.".
Revoka.
L.S.251.01
Kap. 251.
6. Ir-revoka ta’ l-għoti tal-Midalja għandu jiġi regolat bid-
disposizzjonijiet tar-regola 17 tar-Regoli dwar Unuri, Għotjiet u
Dekorazzjonijiet u ta’ l-artikoli 23 u 24 ta’ l-Att dwar Ġieh ir-
Repubblika.
