BEJGĦ TA’ BOLLI TAL-PUSTAĠĠ ġ L.S.254.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 254.01
REGOLI DWAR IL-BEJGĦ TA’ BOLLI
TAL-PUSTAĠĠ
18 ta’ Awissu, 1924
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 215 ta’ l-1924, kif emendata bl-
Avviż Legali 35 ta’ l-1985.
Titolu.
Bolli tal-Pustaġġ.
Bejgħ ta’ bolli tal-
pustaġġ, eċċ.
2. Il-bejgħ ta’ bolli tal-pustaġġ, inviloppi, kartolini u karti
għat-tgeżwir isir minn bejjiegħa ta’ bolli liċenzjati.
Ħlas minn qabel ta’ 
pustaġġ.
3. Il-ħlas minn qabel ta’ pustaġġ fuq oġġetti mpustati f’Malta
għandu jsir permezz ta’ bolli ta’ Malta, lima jistgħux ikunu
imperfetti jew imħassrin. Bolli risaltati jew stampati maqtugħin
minn inviloppi, kartolini jew karti tat-tgeżwir jistgħu jintużaw
bħala bolli adeżivi għall-ħlas tal-pustaġġ basta ma jkunux
imperfetti, mqatta’ jew imħassrin b’xi mod ikun li jkun. Bolli
risaltati maqtugħin minn inviloppi reġistrati u li juru id-dritt għar-
registrazzjoni jistgħu jintużaw fuq kull pakk reġistrat iżda mhux
fuq pakki ordinarji. Il-bolli jitqiesu bħala mħassrin meta jkunu
mmarkati fuq il-wiċċ tagħhom b’xi kitba, b’xi stampat jew bi
karattri stampati iżda mhux dawk li jkollhom l-inizjali, bil-
perforazzjonijiet, ta’ ditti kummerċjali.
Manifattura u 
bejgħ ta’ bolli ta’ 
pustaġġ, eċċ.
4. Il-manifattura u l-bejgħ ta’ bolli ta’ pustaġġ, kartolini
inviloppi għall-posta, inviloppi reġistrati u karti għat-tgeżwir ta’
gazzetti huma riservati f’idejn il-Gvern.
