POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 254.07
REGOLAMENTI DWAR POSTA LOKALI
28 ta’ Ottubru, 1985
L-AVVIŻ LEGALI 35 ta’ l-1985, kif emendat bl-Avviżi Legali 74 ta’ l-
1987, 73 u 95 ta’ l-1988, 11, 56, 71 u 104 ta’ l-1989, 86 ta’ l-1990, 74,
146, 159 u 178 ta’ l-1991, 38 ta’ l-1992, 14, 27, 70, 139, 167, 174 u 183 ta’
l-1993, 38 u 72 ta’ l-1995, 14 u 148 ta’ l-1997, u 229 ta’ l-2002.
Titolu.
Posta Lokali.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"appartament" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu
19(6) ta’ l-Att;
Kap. 254.
"oġġetti għall-użu ta’ l-għomja" għandha l-istess tifsir kif mogħti
lilha bir-regolament 51;
"aġent awtorizzat" tfisser persuna awtorizzata kif imiss minn
detentur ta’ kaxxa skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti biex tiġbor posta minn kaxxa privata ta’ kunsinna
reġistrata f’isem dak id-detentur ta’ kaxxa;
"detentur ta’ kaxxa" tfisser persuna li f’isimha kaxxa privata ta’
kunsinna tkun reġistrata mill-Postmaster General;
"munita" tfisser munita (sew jekk kurrenti sew jekk le), ħlief
bħal dik li tkun użata jew maħsuba biex tintuża għal għanijiet ta’
ornament;
"makna ta’ affrankament" tfisser makna biex tagħmel impressi li
juru l-valur ta’ pustaġġ imħallas bil-quddiem fuq oġġetti postali;
"strixxa ta’ l-impressa" tfisser it-tikketta mwaħħla ma’ oġġett
postali u li turi fuqha mpressa magħmula b’makna ta’ affrankament
li turi l-valur ta’ pustaġġ imħallas bil-quddiem;
"detentur ta’ liċenza" tfisser persuna li jkollha liċenza maħruġa
mill-Postmaster General jew biex tuża makna ta’ affrankament,
jew biex tbiegħ bolli jew biex tħaddem Servizz ta’ Risposta
Kummerċjali skond id-disposizzjoni rispettiva ta’ dawn ir-
regolamenti;
"gazzetta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bir-regolament
46;
"sid" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 19(6) ta’
l-Att;
"karti tal-flus" tinkludi:
(a) karti tal-flus ta’ bank jew karti ta’ flus kurrenti, li
jkunu kurrenti f’Malta jew x’imkien ieħor;
(b) money orders u postal orders;
2 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
(ċ) bolli mhux imħassra li jkunu jistgbu jinkisbu għal użu
kurrenti f’Malta jew x’imkien ieħor;
(d) treasury bills, kambjalijiet, promissory notes,
ċekkijiet, noti ta’ kreditu li jagħtu l-jedd lid-detentur
għal flus jew oġġetti, u kull ordnijiet jew
awtorizzazzjonijiet għall-ħlas ta’ flus, sew jekk dawn
ikunu negozjabbli sew jekk le;
(e) bonds u kupuni li għandhom x’jaqsmu magħhom, u
garanziji oħra għal flus, sew jekk ikunu negozjabbli
sew jekk le; u
(f) kupuni, vouchers, tokens, kartolini, bolli jew
dokumenti simili, li jistgħu jinbidlu (waħedhom jew
ma’ xi dokumenti oħra bħal dawn) fi flus, oġġetti jew
servizz;
"bolla" tfisser kull bolla maħruġa taħt l-Att biex turi l-pustaġġ
jew drittijiet jew flus oħra mħallsa dwar oġġetti postali, u tinkludi
bolli adeżivi u bolli stampati, riżaltati, impressi jew indikati
xort’oħra fuq xi invilopp, kartolina, kopertina, kartolina postali jew
oġġett ieħor;
"formula postali" tfisser formula mahruġa mill-Postmaster
General jew taħt l-awtorità  tiegħu;
"preskritt" tfisser preskritt b’dawn ir-regolamenti;
"karti stampati" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bir-
regolament 44(1);
"kaxxa privata ta’ kunsinna" tfisser kaxxa mqiegħda f’Uffiċċju
tal-Posta u li fiha jitqegħdu oġġetti postali, barra mmn pakki,
indirizzati lil detentur ta’ kaxxa sabiex jinġabru minn dak id-
detentur ta’ kaxxa jew mill-aġent awtorizzat tiegħu;
"kaxxa privata għall-impustar" tfisser kaxxa, approvata mill-
Postmaster General, u mqiegħda f’postijiet tan-negozju, f’lukandi
jew f’postijiet oħra, li fiha jistgħu jkunu mpustati oġġetti postali,
barra minn ittri reġistrati u pakki;
"fornitur" tfisser u tinkludi persuna awtorizzata mill-Gvern biex
timporta makni ta’ affrankament postali tax-xorta u l-għamla
approvati mill-Postmaster General.
Applikazzjoni. 3. Dawn ir-regolamenti, ħlief kif provdut xort’oħra,
japplikaw biss għal oġġetti postali u pakki mpustati f’Malta biex
jiġu kunsinnati f’xi post f’Malta.
Ħinijiet tax-
xogħol.
4. Il-ħinijiet tax-xogħol fl-Uffiċċju Ġenerali tal-Posta, fl-
Uffiċċju tal-Pakki tal-Posta u fil-Fergħat ta’ l-Uffiċċju tal-Posta u
l-Kamra Ċentrali tal-Posta jkunu dawk speċifikati fis-Sitt Skeda.
Rati ta’ pustaġġ. 5. Għandhom jinġabru u jitħallsu fuq l-oġġetti postali
speċifikati fl-ewwel kolonna ta’ l-Ewwel Skeda, ir-rati ta’ pustaġġ
speċifikati relattivament għalihom fit-tieni kolonna tagħha.
POSTA TA’ ITTRI
Posta ta’ ittri. 6. Għall-fini tar-regolamenti minn 7 sa 122, it-tnejn inklużi,
oġġett postali tfisser u tinkludi, kemm-il darba ma jkunx speċifikat
xort’oħra, kull oġġett postali barra minn pakk.
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 3
Mod ta’ indirizz.
Emendat:
A.L. 178 ta’ l-
1991.
7. (1) Kull oġġett postali għandu jkun indirizzat b’mod li
jinqara, u l-indirizz, sew jekk miktub bl-idejn jew stampat, għandu
jkun parallel mat-tul ta’ l-invilopp jew tal-kartolina, u jitħalla
spazju biżżejjed fuq l-indirizz għall-bolli u għat-timbru tal-posta.
(2) Kull oġġett postali indirizzat lokalment jista’ jinkludi
kodiċi postali, li jiġi indikat mill-Postmaster General minn żmien
għal żmien fuq in-notice board ta’ l-Uffiċċju Ġenerali tal-Posta fil-
Belt Valletta, li jinkiteb minnufih wara l-belt jew raħal ta’ l-
indirizz:
Iżda għalkemm dawk l-oġġetti postali indirizzati lokalment
li ma jkunux jinkludu dak il-kodiċi postali xorta waħda jiġu
kunsinnati, dawk l-oġġetti jistgħu jiddewmu biex jiġu proċessati.
(3) Oġġetti postali, ħlief meta jkunu reġistrati, jistgħu jiġu
ndirizzati lil "l-okkupant" (jew isem ieħor bħal dan) f’kull post fejn
ikun hemm kunsinna minn pustier.
(4) Indirizzi telegrafiċi m’humiex aċċettabbli.
(5) Ma għandu jinkiteb, jiġi stampat jew imqiegħed xejn fuq
in-naħa ta’ l-indirizz ta’ l-oġġett postali li x’aktarx itellef il-
proċessar tiegħu minn uffiċjali ta’ l-Uffiċċju tal-Posta.
Twaħħil ta’ bolli.
bil-quddiem ta’ rati ta’ pustaġġ u ta’ drittijiet postali għandhom
jitwaħħlu jew jiġu stampati, skond il-każ, fuq in-naħa ta’ l-indirizz
ta’ l-oġġett postali fir-rokna ta’ fuq in-naħa tal-lemin.
Inviloppi wżati 
mhux aċċettati biex 
jintbagħtu bil-
posta.
9. Oġġett postali ma jiġix aċċettat biex jintbagħat bil-posta
jekk ikun magħluq f’invilopp, kopertina jew qoxra li jkollha fuqha
bolli kanċellati, jew marki tal-posta jew sinjali oħra li juru li qabel
għaddiet bil-posta, ħlief meta dak l-oġġett postali jkun intbagħat
lura kif provdut f’dawn ir-regolamenti.
Ċerti kartolini 
għandhom 
jingħalqu.
10. Kartolini tal-varjetajiet magħrufa bħala "tinselled" u
"beaded" u kartolini b’dekorazzjonijiet pearling, ma jiġux aċċettati
biex jintbagħtu bil-posta kemm-il darba ma jkunux magħluqa
f’invilopp.
Inviloppi bil-
panew (window).
11. Inviloppi b’panew trasparenti jistgħu jintużaw kemm-il
darba -
(a) il-panew ikun parallel mat-tul ta’ l-invilopp;
(b) il-panew ikun mhux inqas minn 40 mm mix-xifer ta’
fuq ta’ l-invilopp u mhux inqas minn 15 mm mix-xfar
tax-xellug u tal-lemin u ta’ isfel ta’ l-invilopp;
(ċ) il-panew ma jkunx imdawwar b’bordura jew faxxa
ikkulurita;
(d) ebda kitba jew stampar ħlief l-indirizz ma jista’
jintwera minn ġol-panew, u l-indirizz għandu jkun
jidher minn ġol-panew b’mod li jinqara tajjeb; u
(e) dak li jkun hemm fl-invilopp ikun hekk mitwi li ma
jkunx jista’ jiċċaqlaq fl-invilopp, u b’hekk jitgħatta l-
indirizz.
Inviloppi 
trasparenti.
12. Oġġetti postali (barra minn karti stampati) f’inviloppi li
jkunu trasparenti għal kollox (ukoll jekk titwaħħal fuqhom tikketta
4 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
ta’ l-indirizz) u inviloppi li jkollhom panew miftuħ jew iktar minn
panew wieħed ma jkunux aċċettabbli biex jintbagħtu bil-posta.
Projbizzjonijiet. 13. (1) Ma jista’ jiġi mpustat, jew mibgħut jew mogħti biex
jintbagħat bil-posta, jew jitqassam bil-posta - 
(a) ebda oggett postali li jkun fih xi sustanza esplożiva,
fjammabbli, perikoluża, maħmuġa, li tagħmel deni jew
ħsara; jew
(b) ebda ogġett postali li jkun fih xi strument li jaqta’ jew
xi oġġett jew ħaġa hekk li tista’ tqiegħed fil-perikolu
lil xi persuna jew li tista’ ttebba’ jew tagħmel ħsara lil
xi ogġett postali ieħor waqt it-traġitt bil-posta; jew
(ċ) ebda oġgett postali li jkun sedizzjuż hekk kif imfisser
f’xi legislazzjoni dwar is-sedizzjoni; jew
(d) ebda oġġett postali ta’ xi xorta, tkun li tkun, jew ta’ xi
għamla li b’xi mod tkun ta’ theddid, offensiva jew
libelluża; jew
Kap. 9.
(e) ebda ogġett postali ta’ liema xorta jew għamla, tkun li
tkun, li jkun pornografiku jew oxxen, skond
regolamenti magħmula taħt l-artikolu 222A tal-Kodiċi
Kriminali; jew
(f) ebda oġġett postali li jkun fih xi kreatura ħajja barra
minn kreatura aċċettata mill-Postmaster General bħala
li tista’ tintbagħat bil-posta; jew
(g) ebda oggett postali li jkun fih xi proposta, ċirkolari
jew biljett dwar lotteriji barra minn lotteriji
organizzati jew permessi mill-Gvern; jew
(h) ebda oġġett postali li jkun fih xi imitazzjoni ta’ karti
ta’ flus jew ta’ noti bankarji jew ta’ xi dokumenti foloz
imsemmija fl-artikoli 174 u 175 tal-Kodiċi Kriminali;
jew
(i) ebda oġġett postali li jkun fih jew li jkollu fuqu xi
bolla fittizzja, li ma tkunx bolla fittizzja awtorizzata li
ssir minn jew taħt ir-regolamenti ta’ l-Uffiċċju tal-
Posta, jew xi mpressa falza ta’ makna tat-timbri jew
ta’ affrankament użata taħt id-direzzjoni jew bil-
permess tal-Postmaster General jew xi falsifikazzjoni
ta’ xi impressa oħra awtorizzata b’dawn ir-regolamenti
wżata biex turi l-ħlas ta’ pustaġġ jew ta’ drittijiet; jew
(j) ebda oġġett postali li jkollu fuqu, jew fuq il-qoxra
tiegħu, xi kliem, ittri jew marki li jintużaw mingħajr
awtorità , iżda li juru jew jiftiehmu, jew jistgħu b’mod
raġonevoli jwasslu biex min jirċevih jaħseb, li l-oġġett
postali jkun mibgħut fuq Servizz tal-Gvern; jew
(k) ebda oġġett postali ta’ dak id-daqs, għamla jew kulur,
jew hekk magħmul għal traġitt bil-posta li x’aktarx,
fil-fehma tal-Postmaster General jimbarazza lill-
uffiċjali ta’ l-Ufiċċju tal-Posta li jimmaniġgaw l-
ogġett postali; jew
(l) ebda oġġett postali li jkollu xi ħaġa miktuba, stampata
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 5
jew impressa fuqu jew imwaħħla miegħu li, jew għax
għandha mnejn ma tħallix il-qari faċli u ta’ malajr ta’
l-indirizz fuq l-oġgett postali jew għax tkun qrib
b’mod inkonvenjenti tal-bolla jew bolli wżati fil-ħlas
tal-pustaġg, jew b’xi mod ieħor, tkun minnha nnifisha,
jew bil-mod li tkun miktuba, stampata, impressa jew
imwaħħla, x’aktarx, fil-fehma tal-Postmaster General,
timbarazza lill-uffiċjali ta’ l-Uffiċċju tal-Posta li
jimmaniġġaw l-oġġett postali; jew
(m) ebda oġġett postali li fuqu l-ħlas ta’ pustaġġ jew ta’
drittijiet jidher li jkun muri b’xi bolla jew impressa li
tkun ġiet użata qabel biex turi ħlas ta’ pustaġġ jew
drittijiet fuq xi oġġett postali ieħor; jew
(n) ebda oġġett postali li juri iktar minn indirizz wieħed
fuq in-naħa ta’ l-indirizz ta’ l-oġġett; jew
(o) ebda oġġett postali li jkun fih xi sustanza narkotika
jew psikotropika jew xi droga jew mediċina oħra
kemm-il darba t-traġitt tiegħu bil-posta ma jkunx
awtorizzat b’xi liġi jew regolament jew taħthom.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (1)(g) dwar
lotteriji organizzati jew permessi mill-Gvern, il-Postmaster
General jista’ jirrifjuta li jgħaddi kull oġġett postali dwar xi
lotterija bħal dik jekk dak l-oġġett ma jkunx skond istruzzjonijiet
maħruġa dwaru minn awtorità  kompetenti u komunikati lill-
Postmaster General; u f’kull każ bħal dan jista’ jibgħatu lura lil
min ikun bagħtu jew xort’oħra jagħmel bih kif jidhirlu xieraq.
(3) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, "lotterija" tinkludi kull
skema għal tqassim ta’ premjijiet li taħtha min jirċevihom jew in-
numru jew il-valur tal-premjijiet jiddependi fuq ġrajja mhux ċerta
fil-futur jew fuq dawk il-ġrajjiet flimkien.
Oġġetti postali 
għal persuni 
differenti.
14. (1) Ma jista’ jiġi mpustat jew mibgħut jew mogħti biex
jintbagħat bil-posta, jew jitqassam bil-posta ebda oġġett postali li
jikkonsisti fi, jew li jkun fih, żewġ oġġetti postali jew iktar
indirizzati lil persuni differenti b’indirizzi differenti ħlief bi ħlas
kif provdut f’dan ir-regolament.
(2) Meta xi oġġett postali bħal dak jiġi mpustat, mibgħut jew
mogħti biex jintbagħat bil-posta, l-oġġetti postali kollha li jkun
hemm fih jintbagħtu bil-posta mal-ħlas bil-quddiem tal-pustaġġ
relattiv dwar kull oġġett postali separat u jekk il-pustaġġ ma
jitħallasx hekk bil-quddiem l-oġġett postall jitqies bħala li ma
tħallasx pustaġġ dwaru jew ma jkunx tħallas biżżejjed.
Oġġett postali li 
jkun fih oġġetti 
differenti.
15. Meta oġġett postali jikkonsisti fi, jew ikun fih żewġ oġġetti
jew iktar li jekk mibgħuta għal rashom iħallsu rati ta’ pustaġġ
differenti, l-oġġett postali jintbagħat bl-ogħla rata minnhom, u jekk
il-pustaġġ ma jitħallasx bil-quddiem bl-ogħla rata l-oġġett postali
jitqies bħala oġġett postali li fuqu l-ħlas bil-quddiem ma kienx
biżżejjed.
Korrispondenza 
magħluqa.
16. Oġġett postali li jkollu x-xejra ta’ korrispondenza attwali
jew personali jew li jkollu jew ikun fih xi ħaġa ta’ dik ix-xejra, jew
li jkun magħluq meta jiġi spezzjonat, ma jintbagħatx ħlief bħala
6 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
ittra; u kull oġġett postali bħal dak li jkollu pustaġġ inqas minn dak
meħtieġ għal ittra jitqies bħala oġġett postali li fuqu l-ħlas bil-
quddiem ma kienx biżżejjed.
Ippakkjar u 
pustaġġ.
17. Kull oġġett postali għandu jkun magħmul u magħluq b’dak
il-mod li fil-fehma tal-Postmaster General ikun maħsub li tiġi
evitata ħsara lil xi oġġett postali jew pakk ieħor waqt it-traġitt, jew
lil xi reċipjent li dan jinġarr fih, jew korriment lil xi uffiċjal ta’ l-
Uffiċċju tal-Posta jew lil xi persuna oħra li tista’ timmaniġġa dak l-
oġġett postali. Fil-każ ta’ dik il-ħsara jew dak il-korriment min
jibgħatu jista’ jeħel li jħallas lill-Postmaster General dak il-
kumpens xieraq li dan ta’ l-aħħar jista’ jistabbilixxi.
Daqs u piż. 18. Ħlief kif il-Postmaster General jista’ jippermetti b’mod
ġenerali jew f’xi każ partikolari, ebda oġġett postali ma jista’ jiġi
mpustat, mibgħut jew ikkunsinnat bil-posta kemm-il darba ma
jkunx jaqbel għal kollox mal-limiti ta’ daqs u piż speċifikati fit-
Tieni Skeda.
Ħlas bil-quddiem 
ta’ pustaġġ u 
drittijiet.
19. (1) Ħlief kif xort’oħra provdut f’dawn ir-regolamenti, jew
kif il-Postmaster General jista’ jordna, il-pustaġġ u d-drittijiet li
għandhom jitħallsu fuq kull oġġett postali u d-drittijiet li għandhom
jitħallsu dwar faċilitajiet postali jridu jitħallsu bil-quddiem.
(2) Id-disposizzjonjiet ta’ dan ir-regolament ma japplikawx
għall-pustaġġ li jitħallas fuq oġġetti postali kummerċjali bir-
risposta u għall-pustaġġ u drittijiet li għandhom jitħallsu fuq
oġġetti postali li dwarhom il-Postmaster General ikun għamel
ftehim ma’ min jibgħathom għall-għoti ta’ faċilitajiet bi kreditu.
Mod ta’ ħlas bil-
quddiem.
20. Il-ħlas bil-quddiem ta’ pustaġg u drittijiet li għandhom
jitħallsu taħt dawn ir-regolamenti jiġu murija -
(a) b’bolli adeżivi; jew
(b) b’impressi ta’ makni ta’ affrankament imħaddma taħt
il-kontroll u d-direzzjoni, jew bil-permess tal-
Postmaster General; jew
(ċ) bl-użu ta’ invilopp, qoxra, kartolina jew ta’ forma oħra
postali, li jkunu ttimbrati, maħruġa mill-Postmaster
General; jew
(d) bl-użu ta’ bolli stampati maqtugħa minn jew xort’oħra
mneħħija minn invilopp, kartolina postali, kopertina,
ittra jew forma oħra postali, maħruġa mill-Postmaster
General; jew
(e) b’dak il-mod l-ieħor li l-Postmaster  General jista’
jippermetti minn żmien għal żmien.
Bejjiegħa ta’ bolli 
u liċenzi.
21. Il-bolli jinbiegħu mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Posta fil-Belt
Valletta, minn kull Fergħa ta’ l-Uffiċċju tal-Posta, minn Sub-
Uffiċċji tal-Posta u minn dawk il-ħwienet jew postijiet ta’ negozju
li jkollhom liċenza maħruġa mill-Postmaster General għall-bejgħ
ta’ bolli:
Iżda l-bejgħ ta’ bolli barra minn Malta jista’ jsir minn
aġenti maħtura għal hekk taħt dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li
l-Postmaster General jista’ jidhirlu xierqa.
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 7
Xiri ta’ 
kwantitajiet mhux 
tas-soltu.
22. (1) Meta l-kwantità  ta’ bolli li tkun se tinxtara tkun ikbar
minn dik li normalment tinxtara minn fuq il-bank ta’ l-Uffiċċju tal-
Posta, jew meta skond kondizzjonijiet oħra ikun hekk meħtieġ il-
Postmaster General jista’ jitlob li ssir talba miktuba bil-quddiem
għal dan ix-xiri, liema talba għandu jkun fiha l-partikolaritajiet
dwar il-kwantitajiet u d-denominazzjonijiet meħtieġa.
(2) Il-Postmaster General jista’, f’kull żmien, b’ordni li
jitwaħħal fuq it-tabella ta’ l-avviżi ta’ l-Uffiċċju Ġenerali tal-Posta,
tal-Fergħat ta’ l-Uffiċċju tal-Posta u tas-Sub-Uffiċċji tal-Posta u
pubblikat fil-Gazzetta, jeħtieġ talba miktuba bil-quddiem għax-xiri
ta’ kull bolli ’il fuq mill-ammont speċifikat f’dak l-ordni; l-
imsemmi ordni jista’ wkoll jispeċifika ż-żmien li fih għandha ssir
dik it-talba.
Riżerva ta’ ħażna.
disposizzjonijiet tar-regolament 22, il-Postmaster General jista’
jagħti lill-aġenti maħtura skond ir-regolament 21, u jirriżerva għall-
bejgħ fuq il-bank ta’ l-Uffiċċju Ġenerali tal-Posta, fil-Fergħat ta’ l-
Uffiċċju tal-Posta, fis-Sub-Uffiċċji tal-Posta jew f’kull post ieħor
maħtur minnu għal dan l-għan, dik il-ħażna ta’ bolli li jidhirlu
meħtieġa sabiex tintlaħaq it-talba normali ta’ klijenti għal
kwantitajiet żgħar.
L-ikbar kwantità  li 
tista’ tinbiegħ.
24. Il-Postmaster General jista’ jistabbilixxi l-ikbar kwantità
ta’ kull denominazzjoni ta’ bolli li tista’ tinbiegħ lil xi persuna
waħda f’ħin wieħed.
Tnaqqis ta’ 
kwantitajiet.
25. Meta ma jkunx possibbli li jilqa’ t-talbiet mitluba kollha li
jsiru skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 22, il-Postmaster
General jista’ jnaqqas il-kwantitajiet mitluba f’xi talba bħal dik bi
proporzjon skond il-ħażna li jkun hemm għal dak l-għan.
Il-ħarġa kurrenti 
ordinarja tista’ tiġi 
rtirata.
26. Matul dak iż-żmien meta jkun hemm għall-bejgħ xi bolla
kommemorattiva, il-Postmaster General jista’ jordna li jiġu rtirati
mill-bejgħ fuq il-bank f’kull Uffiċċju tal-Posta jew f’kull Sub-
Uffiċċju tal-Posta dawk il-bolli ta’ ħarġa kurrenti definittiva li
jkunu ta’ l-istess denominazzjoni bhall-bolla jew bolli
kommemorattivi:
Iżda l-bejgħ ta’ dawk il-bolli kurrenti definittivi jista’
jitħalla għal għanijiet filateliċi.
Perijodu ta’ bejgħ 
ta’ ħarġiet 
kommemorattivi.
27. Kemm-il darba ma jispiċċawx qabel, il-bolli
kommemorattivi jibqgħu għall-bejgħ għal dak il-perijodu li jkun
ġie avżat qabel fil-Gazzetta:
Iżda l-Postmaster General jista’, wara li jgħaddi dak il-
perijodu, ikompli jipprovdi bolli li dwarhom ikun irċieva talba
miktuba qabel l-egħluq ta’ dak il-perijodu.
Drittijiet filateliċi.
provvista ta’ bolli u stationery postali mill-Bureau Filateliku ta’ l-
Uffiċċju Ġenerali tal-Posta, id-drittijiet speċifikati fit-Tielet Skeda.
Bolli mhux validi.
ta’ drittijiet xi bolli mutilati, xi bolli ta’ postage due, jew bolli ta’
xi pajjiż barra minn Malta, lanqas ma għandhom dawk il-bolli jiġu
aċċettati bħala validi għall-ħlas bil-quddiem jew parti mill-ħlas bil-
quddiem ta’ pustaġġ.
8 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
Pustaġġ mhux 
imħallas jew 
imħallas inqas.
30. Oġġett postali mpustat mingħajr il-ħlas bil-quddiem tal-
pustaġġ jew b’pustaġġ imħallas inqas, jitħallas fuqu d-doppju tal-
pustaġġ nieqes u kkonsenjat lill-indirizzat li jkollu jħallas l-
imsemmi ħlas meta jaċċetta l-oġġett postali; u fil-każ li l-oġġett
postali jiġi rifjutat mill-indirizzat jew il-kunsinna ta’ l-oġġett
postali ma tistax issir, l-oġġett postali għandu jintbagħat lura lil
min ikun bagħtu li jkollu jħallas il-ħlas imsemmi qabel.
Eżenzjoni minn 
pustaġġ.
Emendat:
A.L. 183 ta’ l-
1993.
31. (1) Oġġetti postali mibgħuta fuq servizz tal-Gvern
għandhom ikollhom indikazzjoni ta’ l-organizzazzjoni minn fejn
ikunu ġejjin, u l-ħlas ta’ pustaġġ għandu jsir b’dik il-manjiera u
suġġett għal kwalunkwe skonti u kundizzjonijiet kif mod ieħor
provdut f’dawn ir-regolamenti u kif il-Postmaster General jista’
minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
(2) Ebda ħlas bil-quddiem ta’ pustaġġ ma jsir fuq oġġetti
postali li huma eżentati speċifikament mill-ħlas ta’ pustaġġ b’liġi
apposta.
(3) Min jibgħat oġġett postali li jista’ jintbagħat bil-posta
mingħajr ħlas ma jkunx eżentat mill-ħlas tad-dritt preskritt għal
reġistrazzjoni u drittijiet postali oħra li jkollhom jitħallsu fuq dak l-
oġġett postall.
Impustar bi 
kwantitajiet.
Emendat:
A.L. 56 ta’ l-1989.
32. Meta n-numru ta’ oġġetti postali li jridu jiġu mpustati minn
persuna waħda jkun mija jew iktar, u dawk l-oġġetti jingħataw
f’Uffiċċju tal-Posta, il-ħlas bil-quddiem ta’ pustaġġ jista’ jsir bi
flus, f’liema każ għandha tinħareġ riċevuta li turi d-data ta’ l-
impustar, ir-rata ta’ pustaġġ fuq kull oġġett u l-ammont imħallas:
Iżda jekk dawk l-oġġetti postali jingħataw inqas minn
siegħa qabel il-ħin ta’ l-egħluq tal-posta dawn jistgħu jiddewmu
jekk biex jintbagħtu jkun hemm dewmien fit-trasmissjoni regolari
ta’ oġġetti postali oħra. Min jibgħat dawn l-oġġetti jista’ jevita dan
id-dewmien billi qabel jagħmel fl-ordni dawk l-oġġetti postali
skond il-lokalitajiet u billi jqiegħdhom b’mod li n-naħat ta’ l-
indirizz iħarsu l-istess naħa.
Mod ta’ mpustar. 33. Ħlief kif provdut xort’oħra b’dawn ir-regolamenti jew
taħthom jew kif awtorizzat mill-Postmaster General, ittri u oġġetti
oħra postali jiġu mpustati f’kaxxi ta’ l-ittri ta’ l-uffiċċju tal-posta
provduti għal hekk, ħlief li -
(a) ittri li jkun fihom noti bankarji, muniti jew oġġetti
oħra ta’ valur għandhom jiġu reġistrati fuq il-bank fl-
Uffiċċju tal-Posta;
(b) pakketti kbar li ma jistgħux jintefgħu f’dawn il-kaxxi
ta’ l-ittri ta’ l-Uffiċċju tal-Posta għandhom jingħataw
f’Uffiċċju tal-Posta; u
(ċ) pakki jiġu mpustati kit provdut fir-regolament 123.
Proprjetà  ta’ 
oġġetti postali.
34. Ħlief kif provdut xort’oħra fl-Att jew f’dawn ir-
regolamenti, oġġett postali jibqa’ proprjetà  ta’ min jibgħatu
sakemm jiġi kunsinnat lis-sid leġittimu tiegħu.
Irtir mill-posta 
minn min jibgħat 
oġġett postali.
35. (1) Meta min jibaħat oġġett postali japplika biex jirtirah
qabel dan jiġi kunsinnat lill-indirizzat, il-Postmaster General
għandu, jekk jidhirlu li r-raġunijiet għall-irtir ikunu sodisfaċenti,
jagħti d-direttiva meħtieġa.
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 9
(2) Persuna li tagħmel applikazzjoni biex tirtira oġġett postali
għandha, meta tagħmel l-applikazzjoni, tħallas id-dritt għal rikjesta
għal tfittxija stabbilit fit-Tielet Skeda.
(3) Id-dritt imħallas skond is-subregolament ta’ qabel ma
jingħatax lura lill-applikant jekk l-oġġett postali ma jinstabx jew
jekk dan wara ma jiġix irtirat mill-imsemmi applikant.
(4) Id-dritt ta’ pustaġġ ta’ reġistrazzjoni, jekk ikun hemm,
imħallas fuq oġġett postali li jiġi rtirat skond dan ir-regolament ma
jingħatax lura; iżda jekk il-bolli mwaħħla ma’ xi oġġett postali bħal
dak ma jkunux ġew imħassra b’timbru tal-posta uffiċjali meta dan
jinstab, l-oġġett postali jingħata lura bil-bolli mhux imħassrin.
Kunsinna.
muri fuq in-naħa ta’ l-indirizz ta’ l-imsemmi oġġett postali.
(2) Bla ħsara u bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet tar-
regolament 37, il-kunsinna lill-indirizzat titqies li tkun saret meta l-
oġġett postali jitqiegħed fil-kaxxa ta’ l-ittri xierqa jew mgħoddija
minn fetħa maqtugħa għal hekk, jew meta titqiegħed fil-kaxxa għal
kunsinna privata mikrija mill-indirizzat.
(3) Meta l-indirizzat ikun alloġġat jew residenti f’lukanda,
lodging house, klabb, sptar, istituzzjoni jew post tax-xogħol, oġġett
postali jitqies li jkun ġie kunsinnat lill-indirizzat jekk jiġi kunsinnat
lill-persuna li bħala sid jew manager tal-post kif imsemmi jew
bħala aġent jew impjegat ta’ xi post bħal dak, jitqies li hu
responsabbli sabiex jirċievi oġġetti postali:
Iżda jekk l-oġġett postali hekk meqjus li ġie kunsinnat ma
jintalabx jew ma jintbagħtx lill-indirizzat fi żmien xahar, il-persuna
responsabbli għal jew inkarigata mil-lukanda, lodging house,
klabb, sptar, istituzzjoni jew post tax-xogħol għandha fin-nuqqas
ta’ istruzzjoniliet kuntrarji ta’ l-indirizzat, tagħti lura minnufih l-
oġġett postali lill-Postmaster General li għandu jiddisponi minn
dak l-oġġett postali kif provdut f’dawn ir-regolamenti:
Iżda wkoll oġġett postali indirizzat lil persuna għand
persuna oħra għandu, fin-nuqqas ta’ istruzzjonijiet bil-miktub
kuntrarji ta’ l-indirizzat, jiġi kunsinnat fl-indirizz tal-persuna li
lilha għandu jkun indirizzat.
Postijiet jkunu 
mgħammra 
b’kaxxi ta’ l-ittri, 
eċċ.
Emendat:
A.L. 11 ta’ l-1989.
37. (1) L-appartamenti kollha għandhom ikunu provduti mis-
sidien rispettivi tagħhom b’kaxxi ta’ l-ittri separati bis-sokra,
waħda għal kull wieħed mill-appartamenti.
(2) Kull kaxxa ta’ l-ittri bħal dik għandu jkollha n-numru ta’ l-
appartament li għalih tirriferi u l-isem ta’ l-okkupant ta’ l-
appartament relattiv.
(3) Il-kaxxi ta’ l-ittri separati għandhom jitwaħħlu fl-intrata
jew fil-kuridur ħdejn il-bieb prinċipali ta’ l-entratura komuni jew
f’post fil-pjan terren li jidher sewwa u li tidħol għalih bla xkiel.
(4) Il-bini kollu, barra minn appartamenti, li jkollu l-intrata
prinċipali tiegħu iktar minn 4.5 metri ’l bogħod mill-grada jew
minn aċċess ieħor għat-triq, għandu jkollu kaxxi ta’ l-ittri b’sokra u
aċċessibbli direttament mit-triq.
(5) Il-postijiet l-oħrajn kollha għandhom ikunu mgħammra bi
10 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
slot għall-ittri li tintlahaq mill-ewwel mit-triq:
Iżda l-Postmaster General jista’ f’ċirkostanzi speċjali, bil-
miktub, jeżenta persuni milli jikkonformaw ruħhom mad-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subregolament.
(6) Oġġett postali, barra minn oġġett postali reġistrat jew
assikurat, jitqies li jkun ġie kunsinnat kif imiss meta dak l-oġġett
postali jitqiegħed f’kaxxa ta’ l-ittri li għandha tiġi provduta taħt
dan ir-regolament li turi l-istess isem u/jew l-indirizz kif muri fuq
l-oġġett postali.
(7) Il-Postmaster General jista’ jirrifjuta li jikkunsinna xi
oġġett postali meta l-bini li għalih ikun indirizzat ma jkunx provdut
b’kaxxa ta’ l-ittri kif meħtieġ mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan ir-regolament jew il-kaxxa ta’ l-ittri provduta tkun hekk li l-
oġġett postali ma jkunx jista’ jitqiegħed fil-kaxxa minn fetħa fil-
kaxxa li tkun xierqa għal hekk; u f’kull każ bħal dan il-Postmaster
General jista’ jibgħat lura l-oġġett postali lil min jibagħtu taħt
dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa, jew xort’oħra jiddisponi
minnu kif jidhirlu xieraq.
Poste Restante. 38. (1) Oġġett postali jista’ jiġi ndirizzat lill-Uffiċċju tal-
Posta sabiex jinġabar, kemm-il darba dan ikun markat b’mod li
jidher tajjeb Poste Restante jew "Għandu Jinġabar".
(2) Kull oġġett postali markat Poste Restante jew "Għandu
Jinġabar" għandu juri l-isem sħiħ ta’ l-indirizzat. L-użu ta’ l-
inizjali, figuri, ismijiet fittizji jew assunti, jew marki konvenzjonali
ta’ xi xorta minflok l-isem ta’ l-indirizzat mhux permess, u kull
oġġett postali hekk indirizzat jitqies ll ma jkunx indirizzat biżżejjed
u għandu jintbagħat lill-Uffiċċju ta’ l-Ittri Mejta għal disponiment.
(3) Ħlief kif il-Postmaster General jista’ xort’oħra jordna is-
servizz ta’ Poste Restante jkun provdut biss lil -
(a) vjaġġaturi, turisti u stranġieri li ma jkollhomx post fiss
ta’ abitazzjoni; jew
(b) persuni li jirrisjedu f’area li ma tkunx aċċessibbli għal
kunsinna bil-pustier; jew
(ċ) persuni li fil-fehma tal-Postmaster General ma
jistgħux minħabba raġuni tajba u biżżejjed jirċievu
b’mod konvenjenti l-korrispondenza tagħhom bil-
pustier jew bil-mezz ta’ kaxxa ta’ l-ittri privata.
(4) Il-persuni msemmija fis-subregolamenti ta’ qabel, barra
minn persuni li jirrisjedu f’area li ma tkunx aċċessibbli għall-
pustier, ma jkollhomx jedd li l-korrispondenza tkun kunsinnata
f’uffiċċju tal-posta, jew li tiġi ndirizzata f’uffiċċju tal-posta sabiex
tinġabar, għal perijodu ta’ iktar minn tliet xhur.
(5) Il-Postmaster General jista’ jirrifjuta li jikkunsinna kull
oġġett postali markat Poste Restante jew "Għandu Jinġabar"
kemm-il darba min imur għalih ma jagħtix prova ta’ l-identità
tiegħu u ta’ kull partikolaritajiet oħra li jista’ jkun meħtieġ sabiex
jidentifikawh bħala l-indirizzat veru ta’ l-oġġett postali.
Oġġetti postali 
ndirizzati lil 
persuna mejta.
39. Meta l-Postmaster General ikun sodisfatt li oġġett postali
jkun indirizzat lil persuna mejta, jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu,
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 11
jew-
(a) jikkunsinna jew jikkunsinna f’indirizz ieħor dak l-
oġġett postali fuq talba bil-miktub ta’ -
(i) l-eżekuturi testamentarji ta’ l-indirizzat; jew
(ii) żewġ jew mart l-indirizzat il-mejjet; jew
(iii) il-werrieta ta’ l-indirizzat; jew
(iv) l-amministratur ta’ l-eredità  ta’ l-indirizzat jew
persuna oħra li tmexxi l-amministrazzjoni ta’ dik
l-eredità ; jew
(v) kull persuna oħra nteressata, jew
(b) iżomm dak l-oġġett postali għal perijodu ta’ sitt xhur u
jekk f’dak iż-żmien ma ssir ebda talba bil-miktub minn
xi persuna li bil-liġi għandha jedd li tirċevih jew li
xort’oħra tista’ b’mod xieraq tirċevih, dak l-oġġett
postali jitqies li ma jistax jiġi kunsinnat u jsir minnu
kif provdut f’dawn ir-regolamenti.
Oġġetti postali li 
jkun hemm 
kwistjoni fuqhom.
40. (1)  Meta membru ta’ ditta jew ta’ soċjetà  jew ta’ ditta jew
soċjetà  xolta, jew persuna li tgħid li għandha l-jedd li tirċievi l-
posta ta’ ditta jew soċjetà  jew ta’ ditta jew soċjetà  xolta, jew ta’
sħubija, assoċjazzjoni, istituzzjoni jew korp ieħor, u li jissodisfa
lill-Postmaster General li għandu raġunijiet xierqa għal dik il-
pretensjoni, jagħti avviż lill-Postmaster General biex ma
jikkunsinnax lil xi persuna oħra barra minnu xi oġġett postali
ndirizzat lid-ditta jew soċjetà , jew l-isħubija, assoċjazzjoni,
istituzzjoni jew korp ieħor, il-Postmaster General (kemm-il darba
ma jkunx sodisfatt min kellu l-jedd għall-kunsinna) jista’ jirrifjuta
li jikkunsinna dawk l-oġġetti postali kollha sakemm jintlaħaq
ftehim bejn il-persuni nteressati fil-kunsinna, jew sakemm il-jedd
ta’ wieħed jew ieħor mill-partijiet konċernati biex jirċievi dawk l-
oġġetti postali jiġi deċiż minn awtorità  kompetenti.
(2) Fin-nuqqas ta’ dak il-ftehim jew fin-nuqqas ta’ dik id-
deċiżjoni, l-oġġetti postali għandhom jiġu markati "Fi Kwistjoni" u
jintbagħtu lura lil min ikun bagħthom wara li jgħaddu sebat ijiem,
jew wara dak il-perijodu itwal li jingħata mill-Postmaster General,
mid-data meta jiġu riċevuti mill-Uffiċċju tal-Posta kemm-il darba l-
oġġetti postali ma jkollhomx fuqhom talbiet biex jintbagħtu lura
f’data iktar kmieni.
Kunsinna f’indirizz 
ieħor.
Emendat:
A.L. 139 ta’ l-
1993.
41. (1) Kull oġġett postali, barra minn oġġett tan-negozju bir-
risposta , jista’ jiġi kunsinnat f’indirizz ieħor Ii ma jkunx l-indirizz
oriġinali lill-istess indirizzat jew minn uffiċjal ta’ l-Uffiċċju tal-
Posta jew wara l-kunsinna fl-indirizz oriġinali.
(2) Applikazzjoni lill-Postmaster General għal kunsinna
f’indirizz ieħor ta’ oġġett postali ssir fuq il-formula preskritta
murija fir-Raba’ Skeda.
(3) Applikazzjoni lill-Postmaster General għal kunsinna
f’indirizz ieħor ta’ oġġetti postali għandha tkun iffirmata mill-
persuna jew mill-persuni li lilhom ikunu ndirizzati l-oġġetti postali,
jew mill-persuna li jkollha r-rappreżentanza legali ta’ soċjetà , ditta
jew korp magħqud jew le dwar ogġetti postali ndirizzati lil dik is-
soċjetà , ditta jew korp; jew mill-persuna li jkollha l-awtorità  tal-
12 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
ġenituri fuq, jew il-kustodja legali ta’, tfal taħt l-età  dwar oġġetti
postali ndirizzati lil dawn it tfal taħt l-età ; jew minn persuna
awtorizzata kif imiss minn persuna oħra dwar oġġetti postali
ndirizzati lil dik il-persuna l-oħra.
(4) Ma għandha ssir ebda applikazzjoni għall-kunsinna
f’indirizz ieħor ta’ oġġett postali kemm-il darba l-indirizzat ma
jkunx fil-fatt bidel l-indirizz tiegħu permanentement jew
temporanjament, u jekk dik l-applikazzjoni ssir il-Postmaster
General ma għandux jilqagħha:
Iżda jekk l-indirizz il-ġdid f’talba għall-kunsinna f’indirizz
ieħor huwa dak ta’ kaxxa privata għall-kunsinna f’Uffiċċju Postali,
din id-disposizzjoni ma tapplikax.
(5) Ma għandha ssir ebda applikazzjoni għall-kunsinna
f’indirizz ieħor ta’ oġġetti postali ndirizzati lil guest jew resident
jew impjegat f’lukanda, f’alloġġ, f’każin, fi sptar, f’istituzzjoni jew
f’post tax-xogħol, u jekk issir dik l-applikazzjoni l-Postmaster
General ma għandux jilqagħha.
(6) Oġġett postali li jiġu kunsinnat f’indirizz ieħor fil-jum tal-
kunsinna tiegħu fl-indirizz oriġinali tiegħu jew l-għada (Ħdud u
btajjel pubbliċi oħra ma jingħaddux għal dan il-għan) għandhom
jintbagħtu bil-posta mingħajr ħlas jew pustaġġ dwar dak it-traġitt
jew jekk dan jingħata lil uffiċjal ta’ l-Uffiċċju tal-Posta jew
mitfugħ f’kaxxa ta’ l-ittri ta’ l-Uffiċċju tal-Posta b’indikazzjoni ta’
l-indirizz il-gdid:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan il-subregolament ma
japplikawx jekk qabel ma jiġi kunsinnat f’indirizz ieħor l-oġġett
postali jkun infetaħ jew tbagħbas (barra mis-sostituzzjoni ta’ l-
indirizz il-ġdid) jew jekk l-isem u l-indirizz ta’ l-indirizzat oriġinali
ma jkunx għadu jinqara:
Iżda wkoll jekk l-oġġett postali jiġi kunsinnat f’indirizz
ieħor barra minn Malta u l-ammont ta’ pustaġġ imħallas ma jkunx
biżżejjed għat-traġitt bil-posta bil-baħar għad-destinazzjoni l-
ġdida, dan jiġi ntaxxat u jitqies bħala oġġett postali li fuqu l-ħlas
bil-quddiem ma kienx biżżejjed.
(7) Ma għandhiex issir kunsinna f’indirizz meta l-oġġett
postali li jkollu fuq in-naħa ta’ l-indirizz l-istruzzjonijiet ta’ min
jibagħtu li l-oġġett postali ma għandux jiġi kunsinnat f’indirizz
ieħor, f’liema każ l-oġġett postali għandu jitqies bħala li ma jistax
jiġi kunsinnat.
(8) Applikazzjoni għall-kunsinna f’indirizz ieħor jew tiġdid ta’
applikazzjoni għall-kunsinna f’indirizz ieħor tkun tiswa għal sena u
tiġi applikata wara li jsir il-ħlas bil-quddiem tad-drlttijiet stabbiliti
fit-Tielet Skeda.
(9) Applikazzjoni għal tiġdid tal-perijodu għal kunsinna
f’indirizz ieħor, sew jekk temporanju jew permanenti, għandha ssir
mill-inqas ħmistax-il jum qabel ma tagħlaq id-data ta’ l-ordni għal
kunsinna f’indirizz ieħor eżistenti.
Oġġetti postali 
mhux kunsinnati.
42. Oġġett postali li, fil-fehma tal-Postmaster General, ma
jistax minħabba raġuni valida jiġi kunsinnat lill-indirizzat jew li
jkun ġie miċħud mill-indirizzat jew li jkun ġie kunsinnat kif imiss
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 13
iżda jkun intbagħat lura mhux miftuħ lill-Uffiċċju tal-Posta
b’indikazzjoni li l-indirizzat ikun irrifjuta l-kunsinna jew li ma
jistax jiġi kunsinnat minħabba xi disposizzjoni ta’ l-Att jew ta’
dawn ir-regolamenti, jitqies bħala oġġett postali li ma jistax jiġi
kunsinnat u għandu jsir minnu kif provdut f’dawn ir-regolamenti.
Disponiment ta’ 
oġġetti postali li 
ma jistgħux jiġu 
kunsinnati.
43. (1) Oġġett postali li ma jistax jiġi kunsinnat li jkollu
indirizz ta’ ritorn li jinqara fuq in-naħa ta’ barra għandu jintbagħat
lura mhux miftuħ u kontrosenjat b’mod xieraq f’dak l-indirizz.
(2) Oġġett postali li ma jistax jiġi kunsinnat li ma jkollux
indirizz ta’ ritorn li jinqara fuq in-naħa ta’ barra għandu jinfetaħ
mill-Postmaster General u jekk l-indirizz ta’ min bagħtu jista’ jiġi
aċċertat, għandu mbagħad jintbagħat lura lil min ikun bagħtu taħt
forma uffiċjali:
Iżda jekk dan l-oġġett postali jinstab li jkun fih flus tal-
karti, muniti jew xi oġġetti oħra ta’ valur, ikun obbligu li jiġi
reġistrat għas-spejjeż ta’ min jibgħatu qabel ma jintbagħat lura, u
jekk min jibgħatu jirrifjuta li jħallas id-drittijiet postali li jkollhom
jitħallsu fuq dak l-oġġett postali l-Postmaster General għandu
jagħmel minn dak l-oġġett kif jidhirlu xieraq bla ħsara għall-jedd
tiegħu li jitlob mingħand min ikun bagħtu dawk id-drittijiet postali.
(3) Oġġett postali li ma jistax jiġi kunsinnat, li ma jkollu ebda
indikazzjoni ta’ min bagħtu u li, fil-fehma tal-Postmaster General,
ikun fih oġġetti ta’ valur jew ta’ importanza għandu jiġi reġistrat
fir-reġistru xieraq u għandu, kemm-il darba ma ssirx talba dwaru,
jinżamm fl-Uffiċċju tal-Posta għal perijodu ta’ mhux iżjed minn
sena mill-jum li fih l-oġġett postali jkun hekk ġie reġistrat u wara
jsir minnu b’dak il-mod li l-Postmaster General jidhirlu xieraq.
STAMPAT
Karti stampati.
Emendat:
A.L. 146 ta’ l-
1991;
A.L. 183 ta’ l-
1993.
44. (1) Karti stampati tfisser impressjonijiet jew kopji
prodotti fuq karti, parċmina, kartun jew materjal simili, bil-mezz
ta’ stampar bil-letterpress, inċiżjoni, litografija, fotografija jew xi
proċess mekkaniku ieħor li jingħaraf malajr li soltu jintuża biex
jipproduċi numru ta’ kopji identiċi, u jinkludu ċirkolarijiet
stampati, avviżi prodotti b’imitazzjoni ta’ oriġinal bit-typewriter
b’wieħed mill-imsemmija proċessi mekkaniċi iżda mhux kopji
prodotti bit-typewriter (kopji oriġinali jew bil-carbon), tracings
jew b’timbri ta’ l-idejn.
(2) Kull karta stampata li t-test tagħha jkun ġie modifikat wara
l-istampar jew li jkollha xi marki li jistgħu jagħmluha
korrispondenza titqies li tkun ittra u tkun trasmessa b’rati ta’ ittra:
Iżda manoskritti jew typescripts, b’korrezzjonijiet jew
mingħajrhom, li jkunu maħsuba għal pubblikazzjonijiet jitqiesu li
huma karti stampati:
Iżda wkoll kartolini, inkluż kartolini ta’ awguri u inviti,
iżda esklużi kartolini postali, jitqiesu li huma karti stampati wkoll
jekk ikollhom xi marki li jistgħu jagħmluhom korrispondenza.
(3) Ħlief kif il-Postmaster General jista’ jew b’mod ġenerali
jew f’xi każ partikolari jippermetti, ebda oġġett postali li
jikkonsisti f’karti stampati ma għandu jiġi mpustat, mibgħut jew
kunsinnat bil-posta kemm-il darba dan ma jaqbilx għal kollox mal-
14 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
limiti ta’ daqs u piż speċifikati fit-Tieni Skeda.
(4) Fuq oġġett postali li jikkonsisti f’karti stampati għandu
jkun immarkat f’post fejn jidher sewwa "Stampat" u jkun suġġett
għal eżami fil-posta, u jekk jiġi mpustat mingħajr qoxra ma jkunx
magħluq jew xort’oħra ssirlu xi ħaġa hekk li ma jkunx jista’ jiġi
eżaminat b’mod faċli. Karta stampata bil-qoxra għandha tkun
magħluqa jew, ħlief kif il-Postmaster General jista’ jew b’mod
ġenerali jew f’xi każ partikolari jippermetti, tkun hekk ippakkjata li
l-kontenut ikun jista’ jiġi eżaminat faċilment mingħajr ksur ta’ xi
siġill jew mingħajr tqattigħ ta’ karti jew mingħajr qtugħ ta’ xi
spaga jew mingħajr separazzjoni ta’ xi uċuħ adeżivi.
(5) Karti stampati jistgħu jiġu mpustati, mibgħuta jew
kunsinnati bil-posta taħt qoxra ssiġillata, trasparenti jew opaka
skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-Postmaster General jista’ jitlob lil min jibgħathom
jew lill-indirizzat biex jiftaħ il-ħwejjeġ jew uħud mill-
ħwejjeġ hekk ippakkjati biex il-kontenut ikun
verifikat;
(b) l-indirizz ta’ l-indirizzat, ta’ min jibgħat, u t-timbru li
juri li tħallas il-pustaġġ, jekk imqegħdin taħt il-qoxra
trasparenti jew opaka, għandhom jitqegħdu b’dak il-
mod li jinqara tajjeb minn ġol-qoxra; il-qoxra ta’ barra
għandha tinkludi, fuq in-naħa ta’ l-indirizz, parti
wiesgħa biżżejjed ll fuqha istruzzjonijiet dwar servizz,
kull raġunijiet għal nuqqas ta’ kunsinna, jew, meta
applikabbli, l-indirizz il-ġdid ta’ l-indirizzat, jistgħu
jinkitbu bl-idejn jew jintwerew bil-mezz ta’ tikketta
jew b’xi mod ieħor bħal fuq karta u parti wiesgħa
biżżejjed mill-qoxra fuq in-naħa ta’ l-indirizz għandu
jkollha il-proprjetajiet ta’ karta.
(6) Karti stampati mgeżwra fil-plastika jistgħu jitħallsilhom il-
pustaġġ bil-quddiem ukoll bil-mezz ta’ impressa ta’ makna ta’
affrankament fuq tikketta adeżiva, jew b’xi mod li ma jitħassarx,
fuq il-qoxra nnifisha.
(7) Ebda karta stampata ma għandu jkollha jew ikun fiha xi
komunikazzjoni fis-sens ta’ ittra wkoll jekk dik il-komunikazzjoni
ma tkunx taqa’ taħt it-tifsira ta’ ittra jew tkun xort’oħra permessa
b’dawn ir-regolamenti.
(8) Ma jistgħu jiġu mpustati, mibgħuta jew kunsinnati bil-
posta ebda karti tal-flus bħala karti stampati jew f’oġġett postali li
jkun karti stampati.
(9) Il-Postmaster General jista’ jdewwem li karti stampati jiġu
mibgħuta jew kunsinnati kull meta jidhirlu meħtieġ li hekk jagħmel
sabiex jiġi żgurat li jintbagħtu u jiġu kunsinnati l-pustaġġ ta’ l-ittri.
(10) Karti stampati li ma jkunux skond il-kondizzjonijiet u l-
limitazzjonijiet kollha jew uħud minnhom kif speċifikati fis-
subregolamenti ta’ qabel għandhom jintbagħtu bir-rati ta’ ittri, u,
jekk jiġu mpustati bil-pustaġġ imħallas bil-quddiem bir-rati ta’
karti stampati, jitqiesu li ma tħallasx pustaġġ biżżejjed fuqhom.
(11) Meta l-għadd ta’ oġġetti postali li jkunu jikkonsistu f’karti
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 15
stampati impustati f’daqqa jkun jeċċedi l-għadd ta’ għaxart elef
(10,000), il-Postmaster General jista’ jawtorizza li dawk l-oġġetti
postali jintbagħtu b’rata mnaqqsa b’għoxrin fil-mija (20%) tar-rata
għal karti stampati:
Iżda d-disposizzjoni ta’ dan is-subregolament tapplika biss
jekk l-oġġetti postali msemmija jkunu ppreżentati għall-impustar
magħżula skond il-kodiċi postali jew skond il-belt jew raħal indikat
fuq l-indirizz:
Iżda wkoll il-Postmaster  General jista’ jagħti skonti ta’
pustaġġ ta’ mhux aktar minn għoxrin fil-mija (20%) tar-rata ta’
pustaġġ ta’ kategoriji oħra ta’ oġġetti postali jekk dawn ikunu
impustati f’ħin wieħed u jkunu iżjed minn għaxart elef (10,000)
jekk dawn ikunu magħżula skond il-kodiċi postali jew skond il-belt
jew rahal indikat fuq l-indirizz.
(12) Il-Postmaster General jista’ jirrakkomanda lill-Ministru
biex jingħataw skonti oħra fuq rati ta’ pustaġġ għall-kategoriji
kollha ta’ oġġetti postali li jkunu mpustati f’ħin wieħed u li jkunu
iżjed minn mitt elef (100,000) jekk dawn ikunu magħżula skond il-
kodiċi postali jew skond il-belt jew raħal indikat fuq l-indirizz.
Gazzetti.
gazzetti jintbagħtu b’rata speċjali mnaqqsa ta’ pustaġġ meta dawn
ikunu pubblikazzjonijet li jaqgħu taħt it-tifsira ta’ gazzetta, ikunu
reġistrati mar-Reġistratur ta’ l-Istampa u ma’ l-Uffiċċju tal-Posta, u
jkunu markati f’post li jidher tajjeb "Posta ta’ Gazzetti".
Tifsir ta’ gazzetti u 
perjodiċi.
46. Għall-fini ta’ dawn ir-regolamenti, gazzetta tfisser
pubblikazzjoni li tkun stampata u pubblikata f’Malta u tkun
tikkonsisti għal kollox jew f’parti f’aħbarijiet politiċi jew oħrajn
jew f’artikoli dwar dan jew dwar suġġetti kurrenti oħra, b’reklami
jew mingħajrhom u sew jekk stampata għall-bejgħ jew biex tkun
titqassam b’xejn; u tinkludi perijodiku li jkun stampat u pubblikat
f’Malta għat-tixrid ta’ tagħrif ta’ interess pubbliku jew li jkun
dedikat għal-letteraturi, ix-xjenza, l-arti, ir-reliġjon u għal suġġetti
tekniċi jew prattiċi.
Reġistrazzjoni ta’ 
gazzetti ma’ l-
Uffiċċju tal-Posta.
47. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament,
gazzetta għandha, mal-ħlas tad-dritt ta’ reġistrazzjoni speċifikat fit-
Tielet Skeda, tiġi reġistrata ma’ l-Uffiċċju tal-Posta.
(2) Biex tikkwalifika għal reġistrazzjoni ma’ l-Uffiċċju tal-
Posta, gazzetta għandha -
(a) tkun pubblikata f’partijiet jew f’numri f’intervalli
regolari ta’ mhux iktar minn tliet xhur, u kull parti jew
numru jitqies li jkun gazzetta separata;
(b) jkollha t-titolu sħiħ u d-data tal-pubblikazzjoni
stampati n-naħa ta’ fuq ta’ l-ewwel paġna, ikollha kull
paġna numerata konsekuttivament, u t-titolu sħiħ jew
parti minnu u d-data tal-pubblikazzjoni n-naħa ta’ fuq
ta’ kull paġna sussegwenti;
(ċ) tikkonsisti f’folji stampati mingħajr kartuna, drapp,
ġild jew materjal ieħor sostanzjali ta’ legatura; u
(d) toriġina f’Malta.
16 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
(3) Il-Postmaster General għandu jiddeċiedi jekk
pubblikazzjoni tkunx tista’ tiġi reġistrata ma’ l-Uffiċċju tal-Posta
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament u d-deċiżjoni
tiegħu tkun finali.
(4) Gazzetta li, wara li tiġi reġistrata ma’ l-Uffiċċju tal-Posta
ma tibqax reġistrata mar-Reġistratur ta’ l-Istampa jew ma tibqax
gazzetta skond it-tifsira tar-regolament 46, jew li tonqos jew tieqaf
milli tħares jew tissodisfa d-disposizzjonijiet tas-subregolamenti
(1) u (2), ma tibqax hekk reġistrata ma’ l-Uffiċċju tal-Posta.
Kondizzjonijiet 
dwar impustar ta’ 
gazzetti.
48. (1) Kull gazzetta reġistrata tkun suġġetta għal eżami fil-
posta; u jekk tiġi mpustata mingħajr qoxra ma għandhiex tkun
marbuta jew jsirilha xi ħaġa li biha ma tkunx tista’ tiġi eżaminata
b’mod faċli. Il-qoxra jew l-invilopp ta’ gazzetta reġistrata li tkun
mgħottija għandu jkun miftuħ jew (ħlief kif il-Postmaster General
jista’ jippermetti b’mod ġenerali jew f’kull każ partikolari) hekk
magħmul li l-kontenut ikun jista’ jiġi eżaminat b’mod faċli
mingħajr il-ksur ta’ xi siġill jew tqattigħ ta’ xi karta jew mingħajr
qtugħ ta’ xi spaga jew mingħajr ma jiġu separati xi wċuħ.
(2) Ħlief kif il-Postmaster  General jista’ jippermetti jew
b’mod ġenerali jew f’xi każ partikolari, kull gazzetta reġistrata
mpustata f’invilopp jew f’qoxra għandha hekk tintewa u titgħatta li
t-titolu u d-data tal-hruġ ikunu jistgħu jiġu spezzjonati b’mod faċli.
(3) Ebda oġġett li ma jkunx parti minn gazzetta ma għandu jiġi
mpustat fil-gazzetta jew fil-qoxra jew f’invilopp tagħha.
Suppliment ta’ 
gazzetta.
49. (1) Pubblikazzjoni titqies li tkun suppliment ta’ gazzetta u
li tkun parti minnha u tista’ tintbagħat bil-posta bir-rata ta’ pustaġġ
ta’ gazzetta jekk:
(a) tkun stampata fuq karta u tkun għal kollox jew f’parti
materjal tal-qari bħal ta’ gazzetta jew għal kollox jew
f’parti materjal bl-istampi li jillustra artikoli fil-
gazzetta jew f’parti reklami;
(b) tkun magħluqa mal-gazzetta li tagħha tkun suppliment;
u
(ċ) l-intestatura "Suppliment" u d-data u t-titolu tal-
gazzetta li għaliha tkun suppliment ikunu stampati n-
naħa ta’ fuq ta’ kull paġna.
(2) Suppliment għal gazzetta ma għandux ikun iżjed fid-daqs
jew fil-piż mill-gazzetta li għaliha jkun suppliment.
(3) Pubblikazzjoni li l-għan ewlieni tagħha jkun maħsub għal
reklami ma titqiesx li hi suppliment ta’ gazzetta skond it-tifsir ta’
dan ir-regolament u jekk tiġi mpustata mal-gazzetta ma tintbagħatx
bir-rata ta’ gazzetta.
OĠĠETTI GĦALL-GĦOMJA
Oġġetti għall-
għomja.
50. (1) Ma għandu jitħallas ebda pustaġġ fuq oġġetti postali li
jkunu oġġetti għall-użu ta’ l-għomja kemm-il darba -
(a) l-oġġetti postali jkunu mibgħuta minn jew indirizzati
lil persuna għamja jew istituzzjoni jew
organizzazzjoni li tkun magħrufa mill-Postmaster
General bħala istituzzjoni jew organizzazzjoni li taqdi
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 17
lill-għomja;
(b) kull oġġett postali jkun immarkat fuq barra "Oġġetti
għall-Għomja" u jkollu l-isem u l-indirizz ta’ min
jibgħatu;
(ċ) kull oġġett postali jkun impustat jew mingħajr qoxra
jew b’qoxra li tista titneħħa b’mod faċli biex tiġi
eżaminata;
(d) ebda oġġett postali ma jkun fih xi oġġett li ma jkunx
oġġett għall-użu ta’ l-għomja;
(e) ebda oġġett postali ma jkun fih xi komunikazzjoni jew
iskrizzjoni, miktuba jew stampata, barra minn
istruzzjonijiet għall-użu ta’ xi oġġett li jkun fih; u
(f) l-oġġett postali jkun jaqbel mal-limiti ta’ daqs u piż kif
speċifikati fit-Tieni Skeda.
(2) Għall-fini ta’ dan ir-regolament oġġett postali jinkludi
pakk li jkun fih biss oġġetti għall-użu ta’ l-għomja.
Tifsir ta’ oġġetti 
għall-għomja.
51. F’dawn ir-regolamenti, l-espressjoni "oġġetti għall-użu ta’
l-għomja" tfisser - 
(a) kotba u karti (inklużi ittri lil u mingħand persuni
għomja) impressi jew xort’oħra preparati għall-użu ta’
l-għomja;
(b) karti mpustati lil xi persuna sabiex jiġu mpressi jew
preparati;
(ċ) għajnuniet sabiex l-għomja jitgħallmu l-Braille;
(d) plates sabiex tiġi mpressa letteratura għall-għomja;
(e) kull xorta ta’ reġistrazzjoni ta’ kliem għall-użu ta’ l-
għomja; u
(f) mezzi li jgħallmu l-Braille, magħduda għodda,
strumenti ta’ preċiżjoni u logħob (magħdud logħob tal-
karti), u tinkludi kull oġġett ieħor li l-Postmaster
General jidhirlu li hu oġġett għall-użu ta’ l-għomja.
KARTOLINI POSTALI
Kartolini postali.
52. (1) Il-kartolini postali għandhom ikunu skond il-limiti ta’
daqs u piż kif speċifikat fit-Tieni Skeda.
(2) Ma għandu jkun hemm ebda kitba jew stampar ħlief l-
indirizz fuq in-naħa tal-lemin tal-kartolina postali fil-parti mħollija
għall-indirizz.
(3) Fuq in-naħa tax-xellug tal-kartolina postali fil-parti
mħollija għall-indirizz jistgħu jinkitbu biss messaġġi u formuli li
soltu jintużaw bħala kortesija mfissra f’mhux iżjed minn ħames
kelmiet jew ħames inizjali.
(4) Il-kartolini postali li ma jaqblux ma’ xi wħud jew mal-
kondizzjonijiet kollha speċifikati fis-subregolamenti ta’ qabel
jintbagħtu b’rati ta’ l-ittri, u jekk jiġu mpustati u jitħallsu bil-
quddiem bir-rata tal-kartolini postali, dawn jitqiesu li ma
18 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
jkollhomx pustaġġ imħallas biżżejjed.
(5) Kartolini postali ma jistgħux jiġu reġistrati.
FAĊILITAJIET POSTALI
Ġenerali. 53. (1) Għandhom jinġabru u għandhom jitħallsu għall-
faċilitajiet postali l-ħlasijiet speċifikati fit-Tielet Skeda u l-
imsemmija faċilitajiet ikunu suġġetti għall-kondizzjonijiet u d-
disposizzjonijiet li jinsabu f’dawn ir-regolamenti.
(2) Il-faċilitajiet postali msemmija fit-Tielet Skeda jkunu
provduti mill-Postmaster General f’dawk il-ħinijiet, matul dawk il-
perijodi u f’dawk l-Uffiċċji tal-Posta, f’dawk iċ-ċirkostanzi, jew
b’dawk il-kondizzjonijiet (li ma jkunux inkonsistenti mad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti) kif il-Postmaster
General jista’ minn żmien għal żmien jidhirlu spedjenti.
Ċertifikat ta’ 
impustar.
54. (1) Kull persuna li tixtieq li jkollha dokument li juri li
oġġett postali mhux reġistrat ikun ġie mpustat lil indirizz
partikolari għandha tikkunsinna l-oġġett postali f’Uffiċċju tal-Posta
u jinħareġ ċertifikat ta’ pustaġġ.
(2) Il-ħlas għaċ-ċertifikat kif imsemmi fit-Tielet Skeda
jitħallas bil-mezz ta’ bolli mwaħħlin minn min skond iċ-ċertifikat
ikun qed jimposta.
Servizz ta’ 
Risposta 
Kummerċjali.
55. Il-Postmaster General jista’, jekk persuna tħares il-
kondizzjonijiet stabbiliti fir-regolament 56, jagħti liċenza għal
Servizz ta’ Risposta Kummerċjali u jawtorizza li l-ħlas tal-pustaġġ
fuq oġġetti postali jitħallas minn persuna li ma tkunx dik li qed
tibgħat dawk l-oġġetti postali.
Kondizzjonijiet. 56. (1) Applikazzjoni għall-għoti ta’ liċenza għal Servizz ta’
Risposta Kummerċjali għandha ssir bil-miktub lill-Postmaster
General.
(2) L-applikazzjoni għandu jkollha magħha provi ta’ l-
istampatur tad-disinn komplut propost għall-kartolini, inviloppi,
folders jew tikketti ndirizzati bil-kolla (sew jekk ikollhom disinn
għal reklam sew jekk le) li d-detentur tal-liċenza jkun bi ħsiebu
juża.
(3) Ħlas kif speċifikat fit-Tielet Skeda għandu jitħallas mid-
detentur tal-liċenza b’żieda mal-pustaġġ normali dwar kull oġġett
ta’ Servizz ta’ Risposta Kummerċjali mibgħut lura bil-posta lill-
imsemmi detentur tal-liċenza.
(4) Id-detentur tal-liċenza għandu jħalli depożitu xieraq bil-
quddiem mal-Postmaster General, li ma jkunx inqas minn ħames
liri u mhux iżjed minn mitt lira, sabiex jagħmel tajjeb għall-
ammont tal-ħlasijiet stmat li x’aktarx ikollu jitħallas għal perijodu
xieraq.
(5) Id-disinn tal-kartolini, inviloppi, folders jew tikketti
għandhom ikunu jaqblu mal-forma li ġejja u jkunu stampati bl-
iswed:
(a) kaxxa li jkun fiha n-numru tal-liċenza tkun stampata
f’post li ma jkunx inqas ’il bogħod minn 40 mm min-
naħa ta’ fuq tal-kartolini, inviloppi, folders jew
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 19
tikketti;
(b) l-isem sħiħ u l-indirizz tad-detentur tal-liċenza jkunu
stampati paralleli mat-tul tal-kartolina, invilopp, folder
jew tikketta, taħt il-kaxxa li jkun fiha n-numru tal-
liċenza;
(ċ) il-kliem "Twaħħalx bolli jekk impustat f’Malta,
Għawdex u Kemmuna" għandhom ikunu stampati fir-
rokna ta’ fuq in-naħa tal-lemin;
(d) il-kliem "Pustaġġ jitħallas mid-detentur tal-liċenza"
għandhom ikunu stampati fir-rokna ta’ fuq in-naħa
tax-xellug; iżda isem id-detentur tal-liċenza jista’
jintuża minflok il-kliem "detentur tal-liċenza";
(e) il-wiċċ tal-kartolini, inviloppi, folders jew tikketti
għandu jkollhom żewġ linji b’iswed qawwi li jkunu
vertikali u paralleli ta’ mhux inqas minn 5 mm wisa’,
30 mm tul, u 20 mm imbegħdin; it-tarf ta’ barra tal-
linja fuq in-naħa tal-lemin għandu jkun 10 mm ’il
bogħod mit-tarf tan-naħa tal-lemin tal-kartolina,
invilopp, folder jew tikketta;
(f) il-kartolini għandhom ikunu ta’ materjal ta’ ħxuna ta’
mhux inqas minn 0.25 mm u jkunu skond id-daqsijiet
massimi u minimi tal-kartolini postali kif speċifikat
fit-Tieni Skeda;
(g) l-stampar fuq kartolini, inviloppi, folders jew tikketti
ma jkunx imitazzjoni ta’ kitba bit-typewriter;
(h) tikketti li jeħlu ma jkunux inqas minn 140 mm b’90
mm.
(6) Ħlief kif provdut xort’oħra f’dan ir-regolament, kartolini
ta’ risposta kummerċjali, inviloppi, folders u tikketti jkunu suġġetti
għad-disposizzjonijet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti ħlief li dawk l-
oġġetti ma jistgħux jiġu ndirizzati mill-ġdid wara li jiġu kunsinnati
fl-indirizz tar-Risposta Kummerċjali u, jekk jerġgħu jintbagħtu
għandhom jingħalqu f’qoxra u jitħallas il-pustaġġ mill-ġdid.
Reġistrazzjoni.
regolamenti jista’ jiġi reġistrat kull oġġett postali, barra pakk.
(2) Oġġett postali maħsub biex jintbagħat bil-posta reġistrata
għandu jingħata għar-reġistrazzjoni lil uffiċjal f’Uffiċċju tal-Posta
u dwaru tinkiseb riċevuta uffiċjali.
(3) Id-dritt, kif speċifikat fit-Tielet Skeda, li jitħallas għar-
reġistrazzjoni ta’ oġġett postali għandu jitħallas bil-quddiem
b’bolli mwaħħla fuq l-oġġett postali jew permezz ta’ mpressi ta’
makna ta’ affrankament.
Ippakkjar.
reġistrata għandu jkun miksi b’qoxra b’saħħitha biżżejjed skond il-
kontenut tiegħu u l-kontenut ikun ippakkjat tajjeb biex ma ssirx
ħsara waqt it-traġitt.
(2) Tape adeżiv li jkollu stampat isem min jibgħat oġġett jista’
jintuża sabiex jissiġilla oġġetti kunsinnati għar-reġistrazzjoni, u
jekk jintuża tape adeżiv trasparenti biex jissiġilla dawk l-oġġetti,
20 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
għandu jkun hemm mill-inqas żewġ firem ta’ min jibgħathom taħt
it-tape jew it-tapes.
(3) Oġġetti postali ssiġillati b’tape adeżiv kulurit ma jistgħux
jiġu reġistrati.
(4) Ħlief kif il-Postmaster General jista’ jew b’mod ġenerali
jew f’xi każ partikolari jagħti permess, oġġetti postali li jkollhom
imwaħħla fuqhom tikketti ta’ l-indirizzi ma jistgħux jiġu reġistrati.
Kif isir l-indirizz. 59. L-isem u l-indirizz tal-persuna li lilha jkun indirizzat
oġġett postali reġistrat għandu jkun stampat jew miktub sħiħ u
korrett fuq il-qoxra u ma jistax jinkiteb b’lapes ħlief b’lapes
b’kopjar ta’ linka.
Riċevuta għal 
oġġetti postali 
reġistrati.
60. Mal-kunsinna ta’ oġġett postali reġistrat, l-indirizzat, ir-
rappreżentant tiegħu, jew membru tal-familja għandu, kemm-il
darba ma jkunux ingħataw istruzzjonijiet kuntrarji lill-Postmaster
General minn min ikun mibgħut, jagħti riċevuta bil-miktub għalih
fuq il-formula xierqa; u meta ma tinkisibx dik l-irċevuta, l-oġġett
postali jitqies bħala li ma ġiex kunsinnat.
Avviż dwar 
kunsinna.
61. Min jibgħat oġġett postali reġistrat jista’, waqt li jkun qed
jimpustah, jagħmel arranġamenti biex avviż tal-kunsinna ta’ l-
oġġett postali jintbagħat lilu mal-ħlas tad-dritt speċifikat fit-Tielet
Skeda, liema dritt għandu jitħallas bil-quddiem b’bolli mwaħħla
mal-Card ta’ l-Avviż dwar Kunsinna:
Iżda kull rikjesta, magħmula fi żmien tnax-il xahar mid-
data ta’ l-impustar, dwar x’sar minn oġġett bħal dak tkun eżentata
mid-dritt għal rikjesta kif speċifikat fit-Tielet Skeda.
Direzzjoni mill-
ġdid ta’ oġġetti 
postali reġistrati.
62. Meta oġġett postali reġistrat ikun ġie kunsinnat u nkisbet
riċevuta skond id-disposiżzzjonijiet tar-regolament 60, dan ma
jistax jerġa’ jiġi dirett kif provdut fir-regolament 41(6):
Iżda l-Postmaster  General jista’, f’ċirkostanzi
eċċezzjonali, jidderieġi mill-ġdid l-imsemmi oġġett postali reġistrat
jekk dan jingħata lil xi uffiċjal ta’ l-Uffiċċju tal-Posta mhux iktar
tard mill-jum li jaħbat minnufih wara l-jum tal-kunsinna (Ħdud u
btajjel pubbliċi oħra ma jingħaddux għal dan il-għan).
Impustar mhux 
floku.
63. Jekk xi oġġett postali reġistrat, wara li jiġi kunsinnat,
jintefa’ f’kaxxa ta’ l-ittri għal direzzjoni mill-ġdid dan ikollu
jitħallas fuqu surcharge ta’ rata ta’ pustaġġ waħda u għal dritt ta’
reġistrazzjoni ieħor.
Reġistrazzjoni 
obbligatorja.
64. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolamenti 58 u 59,
jekk xi oġġett postali li jkollu miktub jew impress fuqu jew fuq l-
invilopp jew fuq il-qoxra tiegħu l-kelma "reġistrat", jew xi kelma,
frażi jew marka oħra li tagħti x’tifhem li l-oġġett postali hu
reġistrat jew hu maħsub li jiġi reġistrat, jinsab fil-posta jew jitħalla
f’Uffiċċju tal-Posta, dan għandu jiġi reġistrat.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolamenti 58 u 59, meta
oġġett postali mhux reġistrat jinsab fil-posta li jkollu fih -
(a) xi money order jew postal order mhux ikkrosjat li fuqu
ma jkunx tniżżel isem lil min jista’ jitħallas; jew
(b) xi ċekk jew dividend warrant li ma jkunx ikkrosjat u li
jitħallas lill-portatur; jew
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 21
(ċ) xi security għall-portatur; jew
(d) xi karta bankarja jew ta’ flus, jew munita li tkun ta’
valuta legali f’Malta jew x’imkien ieħor; jew
(e) xi bolli mhux imħassra ta’ valur totali ta’ lira jew
iżjed; jew
(f) xi karti tal-flus kif imsemmi fil-paragrafi (d), (e) u (f)
kif imfissra fir-regolament 2; jew
(g) platinu, deheb jew fidda, kemm maħduma jew le,
ħaġar prezzjuż u oġġetti oħra ta’ valur,
dan għandu jiġi reġistrat.
Surcharge.
obbligatorja għandu jitħallas dwaru dritt ta’ reġistrazzjoni u d-
doppju tal-pustaġġ nieqes, jekk ikun hemm, u jintbagħat lill-
indirizzat jew jintbagħat lura lil min ikun bagħtu, skond il-każ; u
kull ammont ta’ pustaġġ li setgħa tħallas bil-quddiem dwar xi
oġġett postali li jkun iktar mill-pustaġġ ordinarju jitqies bħala ħlas
jew parti mill-ħlas tad-dritt għar-reġistrazzjoni.
(2) Meta oġġett postali li fuqu jkollu dan is-surcharge jingħata
lill-indirizzat jew lil min ikun bagħtu u dan jirrifjuta jew jonqos li
jħallas id-drittijiet li għalihom ikun sar obbligat l-oġġett postali,
dak l-oġġett postali jista’ jsir minnu jew jiġi meħlus b’dak il-mod
kif il-Postmaster General jista’ jidhirlu xieraq bla ħsara għall-jedd
tal-Postmaster General li jiġbor dawk id-drittijiet mingħand min
ikun bagħtu.
Rikjesti u 
kumpens.
66. Rikjesti dwar nuqqas ta’ kunsinna, ħsara jew telf ta’ oġġett
postali, sew jekk reġistrat jew le, għandhom isiru fuq il-formula
preskritta fit-Tmien Skeda skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) ir-rikjesta għandha ssir qabel ma jgħaddu tnax-il xahar
mid-data ta’ l-impustar u għandu jkollu magħha dritt
kif speċifikat fit-Tielet Skeda, liema dritt għandu
jitħallas b’bolli mwaħħla ma’ l-imsemmija formula
preskritta;
(b) ma jitħallas ebda kumpens għal oġġetti postali mhux
reġistrati, barra minn pakki;
(ċ) fil-każ ta’ oġġetti postali reġistrati, ir-rikjesta għandu
jkollha magħha riċevuta uffiċjali tar-reġistrazzjoni
maħruġa fil-ħin ta’ l-impustar.
Ċertifikat għal 
ħsara/telf.
67. L-indirizzat ta’ oġġett postali jista’ jitlob il-ħruġ ta’
ċertifikat meta jiġi stabbilit li l-oġġett postali tkun ġratlu ħsara,
ikun intilef jew ġie distrutt waqt li dan kien fil-kustodja ta’ l-
Uffiċċju tal-Posta; dak iċ-ċertifikat jinħareġ mal-ħlas ta’ dritt kif
preskritt fit-Tielet Skeda.
Responsabbilità  ta’ 
Uffiċċju tal-Posta.
68. (1) Ħlief f’każijiet ta’ telf minħabba force majeure, il-
Postmaster General għandu jħallas indenniz ta’ mhux iktar mill-
ammont stabbilit fit-Tielet Skeda meta jiġi pruvat għas-
sodisfazzjon tiegħu li oġġett postali aċċettat kif imiss għal
reġistrazzjoni jew għal reġistrazzjoni obbligatorja jkun intilef,
ġratlu ħsara jew ġie distrutt fil-waqt li dan kien fil-kustodja ta’ l-
Uffiċċju tal-Posta.
22 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
(2) Id-deċiżjoni tal-Postmaster General fuq il-kwistjonijiet
kollha ta’ kumpens li għandu jitħallas dwar oġġetti postali
reġistrati tkun finali.
MAKNI TA’ AFFRANKAMENT
Liċenza għall-użu 
ta’ makni ta’ 
affrankament.
69. (1) Ebda persuna ma għandha tuża makna ta’
affrankament mingħajr liċenza maħruġa mill-Postmaster General.
(2) Applikazzjoni għal liċenza għall-użu ta’ makna ta’
affrankament għandha ssir bil-miktub mill-fornituri lokali ta’ dawk
il-makni lill-Postmaster General f’isem min ikun se jużaha u jkun
fiha deskrizzjoni ċara tal-makna b’dawk id-dettalji li l-Postmaster
General jista’ jeħtieġ.
(3) Fornituri ta’ makni ta’ affrankament għandhom jibgħatu
lill-Postmaster General mhux inqas minn darba kull sitt xhur, jew
meta xort’oħra meħtieġ mill-Postmaster General, ċertifikat dwar il-
kondizzjoni tajba ta’ dawk il-makni ta’ affrankament mibjugħa
minnhom.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti,
il-Postmaster General jista’ joħroġ dik il-liċenza, iffirmata kif
imiss minnu, kif speċifikata fid-Disa’ Skeda, għal dak iż-żmien u
taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa u jista’ wkoll jeħtieġ
mingħand l-applikant dik il-garanzija li jista’ jistabbilixxi sabiex
jagħmel tajjeb għal kull telf ta’ pustaġġ li jirriżulta minn xi użu
ħażin tal-makna ta’ affrankament.
(5) Il-Postmaster General jista’ f’kull żmien, u meta jagħti
avviż miktub bil-quddiem lid-detentur tal-liċenza, iżid ma’, jibdel
jew iħassar kull kondizzjoni tal-liċenza.
Konnijiet ta’ disinn 
approvat.
70. Kull konn li jkun ser jintuża f’makna ta’ affrankament
għall-egħmil ta’ mpressi li juru l-valur ta’ pustaġġ imħallas bil-
quddiem u l-ittimbrar fuq oġġett postali jkunu ta’ dak id-disinn
approvat mill-Postmaster General u jinkludu dak in-numru ta’
identifikazzjoni jew marki, jew żidiet oħra, kif jista’ jkun meħtieġ
jew jista’ jkun permess mill-Postmaster General.
Makni ta’ 
affrankament 
ikunu ssettjati u 
siġillati mill-
Postmaster 
General.
71. (1) Id-detentur tal-liċenza ma jistax jagħmel użu minn
makna ta’ affrankament kemm-il darba dik il-makna qabel ma
tkunx ġiet issettjata mill-Postmaster General biex turi l-ammont
diġà  mħallas bil-quddiem mid-detentur tal-liċenza u għal dak il-
għan id-detentur tal-liċenza għandu jieħu l-makna ta’ affrankament
f’dak l-Uffiċċju tal-Posta u f’dak il-ħin li jiġi stabbilit mill-
Postmaster General.
(2)  Il-Postmaster General jista’ jissiġilla kull parti ta’ makna
ta’ affrankament qabel ma tintuża minn detentur ta’ liċenza u dak
is-siġill ma għandu b’ebda mod jinkiser jew jitneħħa ħlief mill-
Postmaster General jew taħt l-awtorità  tiegħu.
Tiswija ta’ makni 
ta’ affrankament.
72. Id-detentur tal-liċenza ma għandux jagħmel jew iġiegħel li
jsiru xi tiswijiet lil makna ta’ affrankament mingħajr il-permess
miktub bil-quddiem tal-Postmaster General u skond dawk il-
kondizzjonijiet li jimponi l-Postmaster General.
Spezzjon ta’ makni 
ta’ affrankament.
73. Il-Postmaster General jista’ jispezzjona kull makna ta’
affrankament fil-ħinijiet kollha xierqa mingħajr ma jagħti avviż bil-
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 23
quddiem lid-detentur tal-liċenza.
Ħlas lura ta’ 
mpressi ta’ makni 
ta’ affrankament.
74. (1)  Il-Postmaster General, fuq applikazzjoni bil-miktub
mid-detentur tal-liċenza, għandu jħallas lura bil-mezz ta’ nota ta’
kreditu kull ammont li jirrappreżenta l-valur ta’ mpressi li jkunu
difettużi jew li jkunu saru bi żball jew mqiegħda fuq oġġetti postali
li għal xi raġuni valida ma jkunux ingħataw jew mibgħuta sabiex
igħaddu bil-posta, suġġett għal tnaqqis ta’ ħamsa fil-mija tal-valur
proprju ta’ l-imsemmija mpressi.
(2) Dak il-ħlas lura għandu jsir biss jekk l-applikazzjoni ssir fi
żmien jumejn tax-xogħol mid-data ta’ l-impressa li dwarha jkun
intalab dak il-ħlas lura u dik l-applikazzjoni jkollha sħaħ magħha l-
invilopp, it-tikketta, ir-wrapper, jew qoxra oħra li jkollha l-
impressa, jew is-slippa ta’ l-impressa skond il-każ.
Detentur tal-
liċenza jagħti 
dikjarazzjoni.
75. (1) Id-detentur tal-liċenza għandu jiddepożita fl-Uffiċċju
tal-Posta ndikat fil-liċenza tiegħu l-oġġetti postali kollha li
jkollhom l-impressi magħmula bil-makna ta’ affrankament tiegħu.
(2) Dawk l-oġġetti postali għandu jkollhom magħhom
dikjarazzjoni bil-miktub iffirmata mid-detentur tal-liċenza u li turi
l-qari fuq il-makna ta’ affrankament tiegħu wara li jkunu ttimbrati
dawk l-oġġetti postali.
(3) Id-detentur tal-liċenza għandu fl-ewwel jum tax-xogħol ta’
kull ġimgħa jagħti lill-Postmaster General dikjarazzjoni bil-miktub
li turi l-qari finali kull jum tal-makna ta’ affrankament għall-
ġimgħa ta’ qabel; dik id-dikjarazzjoni tkun fil-forma li l-
Postmaster General jlsta’ jistabbilixxi minn żmien għal żmien.
Oġġetti mpressi 
b’mod mhux 
regolari b’makni 
ta’ affrankament.
76. Kull oġġett postali mpress b’makna ta’ affrankament bi
ksur ta’ dawn ir-regolamenti jew tal-kondizzjonijiet speċifikati fil-
liċcnza u li wara jiġi mpustat jitqies li jkun oġġett postali li fuqu
ma jkunx tħallas pustaġġ u jeħel surcharge skond hekk.
Ġbir ta’ telf ta’ 
flus.
77. Kull telf ta’ flus dovut lill-Gvern minħabba l-użu ħażin ta’
makna ta’ affrankament jew in-nuqqas ta’ dik il-makna li tirreġistra
sewwa l-valur ta’ l-impressi li tkun għamlet jitqies bħala dejn ċivili
dovut mid-detentur tal-liċenza lill-Postmaster General u għandu
jinġabar bħala hekk.
Pieni.
disposizzjonijiet tar-regolamenti 69, 70, 71, 72 u 75, jew li tikser
jew tonqos li tħares xi kondizzjoni ta’ liċenza maħruġa taħt ir-
regolament 69, jew li tfixkel jew tkun responsabbli għat-tfixkil ta’
xi uffiċjal ta’ l-Uffiċċju tal-Posta dwar kull spezzjon kif imsemmi
fir-regolament 73 tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja,
multa ta’ mhux inqas minn żewġ liri u mhux iżjed minn ħamsin
lira:
Iżda ebda ħaġa f’dan ir-regolament ma tolqot it-tħaddim ta’
xi liġi oħra dwar xi għemil jew nuqqas taħt dik il-liġi li jkollha
piena ikbar minn dik imniżżla f’dan ir-regolament jew dwar xi reat
mhux provdut speċifikament għalih f’dan ir-regolament.
Revoka ta’ liċenza.
(a) id-detentur tal-liċenza jikser xi wieħed minn dawn ir-
regolamenti dwar makni ta’ affrankament jew tal-
24 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
kondizzjonijiet tal-liċenza maħruġa taħt ir-regolament
69; jew
(b) jekk il-makna ta’ affrankament li dwarha tkun inħarġet
liċenza titqies mill-Postmaster General li tkun
mekkanikament mhux tajba jew qed tiġi wżata ħażin.
Avviż lil detentur 
ta’ liċenza.
80. Kull avviż jew korrispondenza li l-Postmaster General
jista’ jibgħat lid-detentur ta’ liċenza dwar id-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti dwar makni ta’ affrankament jew dwar il-
liċenza maħruġa għaliha titqies li tkun ġiet notifikata kif imiss lid-
detentur tal-liċenza jekk tiġi kunsinnata bil-posta reġistrata fl-
indirizz tad-detentur tal-liċenza kif jidher fil-liċenza.
SUB-UFFIĊĊJI TAL-POSTA
Twaqqif ta’ Sub-
Uffiċċji tal-Posta.
81. Għandhom jitwaqqfu Sub-Uffiċċji tal-Posta f’dawk il-
lokalitajiet, f’dawk il-postijiet u minn dawk id-dati kif jiġi avżat
minn żmien għal żmien fil-Gazzetta.
Ħinijiet tax-xogħol 
u tmexxija ta’ 
xogħol postali.
82.  Is-Sub-Uffiċċji tal-Posta għandhom jiftħu u jagħlqu fil-
ħinijiet speċifikati fis-Seba’ Skeda.
Tmexxija ta’ 
xogħol postali.
83. Ħlief kif il-Postmaster General jista’ jordna xort’oħra, ix-
xogħol li ġej għandu jsir fis-Sub-Uffiċċji tal-Posta:
(a) bejgħ ta’ bolli u stationery postali;
(b) ħruġ u tisrif ta’ Postal Orders;
(ċ) ħruġ u tisrif ta’ Money Orders;
(d) impustar ta’ pakki;
(e) reġistrażzjoni ta’ oġġetti postali;
(f) tisrif ta’ Dividend Warrants (sa 50 lira sterlina);
(g) ħlas ta’ kontijiet tat-telefon;
(h) ħlas ta’ Postcheques; u
(i) kull xogħol ieħor, li jsir fil-Fergħat ta’ l-Uffiċċju tal-
Posta, li l-Postmaster General jista’ jordna minn
żmien għal żmien.
Tmexxija ta’ Sub-
Uffiċċju tal-Posta.
84. Kull Sub-Uffiċċju tal-Posta jitmexxa minn Sub-
Postmaster.
Ħatra ta’ Sub-
Postmaster.
85. (1)  II-Ministru għandu jaħtar Sub-Postmasters minn fost
kandidati wara sejħa għal applikazzjonijiet li tiġi pubblikata fil-
Gazzetta.
(2) Kull ħatra bħal dik għandha ssir fuq ir-rakkomandazzjoni
ta’ bord ta’ għażla li jinħatar mill-Ministru.
Eliġibbiltà  għal 
ħatra.
86. Ebda persuna ma tkun eliġibbli għal ħatra bħala Sub-
Postmaster jekk ma tkunx - 
(a) ċittadin ta’ Malta;
(b) mhux taħt l-età  ta’ 18-il sena fid-data ta’ l-egħluq ta’ l-
applikazzjonijiet;
(ċ) ta’ karattru morali tajjeb; u
(d) ta’ dak il-livell ta’ edukazzjoni li jkun meqjus
biżżejjed biex tkun tista’ taqdi d-dmirijiet tagħha
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 25
b’mod effiċjenti.
Xorta ta’ ħatra.
tkun temporanja u tista’ tiġi mitmuma jew sospiża mill-Ministru
f’kull żmien. 
Tħollija ta’ ħatra.
mingħajr ma jagħti avviż miktub ta’ sitt xhur bil-quddiem lill-
Postmaster-General.
(2) Jekk Sub-Postmaster jonqos li jħares id-disposizzjoni li
tinsab fis-subregolament ta’ qabel, dan jista’ jitlef favur il-Gvern
il-garanzija msemmija fir-regolament 97.
Kondizzjonijiet tal-
ħatra.
89. Sub-Postmaster ma jkollu dritt għal ebda leave għal mard
jew vaganzi bi spiża għall-Gvern, għal ebda jedd għal ħatra
permanenti, jew għal xi kumpens ikun li jkun għat-telf tal-kariga
jew temm ta’ ħatra.
Provdiment ta’ 
uffiċċju, eċċ.
90. Is-Sub-Postmasters għandhom jipprovdu għas-spejjeż
tagħhom l-uffiċċju, l-għamara, it-tagħmir u l-elettriku għas-
sodisfazzjon tal-Postmaster General.
Impieg ta’ 
assistenti u 
sostituti.
Emendat:
A.L. 167 ta’ l-
1993.
91. (1) Is-Sub-Postmasters imexxu x-xogħol postali kollu
personalment:
Iżda, bil-permess miktub bil-quddiem tal-Postmaster
General, huma jistgħu jimpjegaw assistent wieħed jew iżjed u, fil-
każ ta’ mard jew għal xi raġuni oħra xierqa, sostitut minflokhom.
(2) L-impieg ta’ assistenti u ta’ sostituti għandu jsir għas-
spejjeż tas-Sub-Postmaster b’dawk ir-rati ta’ ħlas u b’dawk il-
kondizzjonijiet ta’ mpieg kif jista’ jiġi preskritt minn żmien għal
żmien taħt xi liġi jew regolament.
(3) Matul in-nuqqas tagħhom mill-post, is-Sub-Postmasters
jibqgħu responsabbli għat-tmexxija tajba tas-Sub-Uffiċċju
tagħhom.
(4) Il-Postmaster General jista’, għal raġuni tajba, jawtorizza
fid-diskrezzjoni tiegħu, li Sub-Uffiċċju tal-Posta jingħalaq għal
perijodu ta’ mhux iżjed minn tnax-il ġurnata ta’ xogħol
konsekuttivi fis-sena. Talba għal dan il-għan għandha ssir bil-
miktub minn Sub-Postmaster u għandha tasal għand il-Postmaster
General mill-inqas tlett ġimgħat qabel l-ewwel ġurnata ta’ għeluq li
tkun qed tiġi proposta.
(5) Meta Sub-Postmaster jonqos, għal kull raġuni oħra li tkun,
li jiftaħ is-Sub-Uffiċċju tal-Posta għat-tmexxija tax-xogħol kif
provdut fis-Seba’ Skeda, il-Postmaster General ikollu l-jedd li
jieħu dawk il-miżuri li jidħirlu meħtieġa, għas-spejjeż tas-Sub-
Postmaster li jkun, sabiex jiżgura li x-xogħol ikompli għaddej.
Obbligi u dmirijiet 
tas-Sub-
Postmasters.
92. Is-Sub-Postmasters, l-assistenti u s-sostituti għandhom,
għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ l-Att, jitqiesu bħala uffiċjali
ta’ l-Uffiċċju tal-Posta, u għandhom iħarsu r-regoli u r-regolamenti
kollha magħmula taħt dak l-Att kif ukoll dawk l-istruzzjonijiet u
direttivi kollha kif jistgħu minn żmien għal żmien jinħarġu mill-
Postmaster General għall-kustodja xierqa ta ħwejjeġ ta’ valur, il-
maniġġ u t-trattament ta’ oġġetti postali, il-ħruġ u t-tisrif ta’ Postal
u Money Orders, il-bejgħ ta’ bolli u stationery postali, ħlas ta’
26 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
Postcheques, it-tisrif ta’ Dividend Warrants, ir-riċeviment ta’
ħlasijiet tat-telefon, u t-tmexxija ta’ kull xogħol ieħor li jsir fis-
Sub-Uffiċċji tal-Posta.
Temm ta’ mpieg 
ta’ assistenti u 
sostituti.
93. Il-Postmaster General ikollu l-jedd li jeħtieġ lil Sub-
Postmasters li jissospendu jew ikeċċu lil kull assistent jew sostitut
li, fil-fehma tiegħu, ma jkunx baqa’ iżjed tajjeb.
Rimunerazzjoni 
fissa u 
kummissjoni.
94. (1) Is-Sub-Postmasters ikollhom jedd għall-ħlas ta’
rimunerazzjoni fissa u kummissjonijiet kif speċifikati fis-Seba’
Skeda.
(2) Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, b’avviż
pubblikat fil-Gazzetta, jibdel jew jemenda l-jedd għal
rimunerazzjoni fissa u r-rati ta’ kummissjoni preskritti fis-Seba’
Skeda:
Iżda, jekk xi tibdil jew emenda bħal dawk jammontaw għal
tnaqqis tar-rimunerazzjoni jew tar-rati ta’ kummissjoni, dawn ma
għandhomx jibdew iseħħu qabel ma jgħaddu ħmistax-il jum mid-
data tal-pubblikazzjoni ta’ l-imsemmi avviż.
Permess biex isir 
xogħol privat.
95. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament
(2), u bla ħsara għall-permess miktub bil-quddiem tal-Postmaster
General, is-Sub-Postmasters ma jkunux ipprojbiti milli jagħmlu
kummerċ jew milli jagħmlu xogħol privat fl-istess fond fejn ikun
qiegħed is-Sub-Uffiċċju tal-Posta, kemm-il darba jkun hemm
akkomodazzjoni separata.
(2) Ebda Sub-Postmaster, l-assistent jew is-sostitut tiegħu ma
jista’ jieħu sehem direttament jew indirettament f’xi wieħed mix-
xorta ta’ xogħlijiet li ġejjin:
(a) kummerċ bankarju jew self ta’ flus;
(b) xogħol li jkollu x’jaqsam ma’ soċjetajiet li jinvolvi
jew li fih ikun permess ir-riċeviment ta’ flus bħala
depożitu;
(ċ) xogħol li jkollu x’jaqsam ma’ kumpannija ta’ konsenja
ta’ pakki jew ma’ xi oħrajn li jġorru pakki;
(d) xogħol ta’ kumpannija jew aġenzija għall-ġbir u
tqassim ta’ aħbarijiet;
(e) xogħol ta’ negozju fil-bolli; u
(f) b’mod ġenerali, xi xogħol li jkun jixbaħ lil dak li
għandu jagħmel is-Sub-Postmaster skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 83.
Projbizzjonijiet. 96. Ebda Sub-Postmaster, l-assistent jew is-sostitut tiegħu ma
jkun jista jkun sid, assolut jew bi sħab, ta’ xi gazzetta, lanqas ma
għandu jieħu sehem f’editjar, stampar jew maniġġ ta’ xi gazzetta
jew jagħmel xi xogħol bħala korrispondent ta’ gazzetta.
Sub-Postmasters 
għandhom jagħtu 
garanzija.
97. Is-Sub-Postmasters għandhom jagħtu garanzija għal dak l-
ammont li minn żmien għal żmien ikun meħtieġ mill-Postmaster
General biex tiġi mħarsa l-proprjetà  tal-Gvern u proprjetà  oħra li
jista’ jkun inkarigat minnha skond dawn ir-regolamenti u għall-
qadi tajjeb tad-dmirijiet tagħhom kif ukoll ta’ kull assistent jew
sostitut li jistgħu jimpjegaw skond id-disposizzjonijiet tar-
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 27
regolament 91.
Taħriġ ta’ Sub-
Postmasters, 
assistenti u 
sostituti.
98. Is-Sub-Postmasters, assistenti u sostituti jistgħu jkunu
meħtieġa li jagħmlu dak iż-żmien ta’ taħriġ kif jista’ jkun meħtieġ
mill-Postmaster General.
Dikjarazzjoni bil-
ġurament.
99. Is-Sub-Postmasters, assistenti u sostituti tagħhom
għandhom jagħmlu d-dikjarazzjoni bil-ġurament imsemmija fl-
artikolu 9 ta’ l-Att.
Kwantitajiet ta’ 
ħażna.
100. Ħażniet ta’ bolli u stationery postali għandhom jinxtraw
mis-Sub-Postmaster għas-spejjeż tiegħu f’dawk il-kwantitajiet li
jaqdu l-ħtiġiet tal-lokalità . Għandhom jinżammu wkoll ħażniet ta’
Postal Orders; dawn għandhom jiġu provduti mill-Postmaster
General fuq bażi ta’ konsenja.
BEJJIEGĦA TAL-BOLLI
Il-Postmaster 
General joħroġ 
liċenzi lil bejjiegħa 
tal-bolli.
101. (1) Il-Postmaster  General għandu joħroġ liċenzi biex
jinbiegħu bolli lil dawk l-applikanti li, fil-fehma tiegħu, huma
persuni xierqa li jagħmluha ta’ bejjiegħa tal-bolli, u taħt dawk il-
pattijiet u l-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
(2) Il-liċenza maħruġa mill-Postmaster General lil bejjiegħa
tal-bolli tkun fil-forma murija fil-Ħames Skeda u f’kull żmien tkun
tista’ tiġi spezzjonata minn uffiċjal ta’ l-Uffiċċju tal-Posta.
(3) Il-Postmaster General ikollu l-jedd li jħassar kull liċenza
mogħtija lil bejjiegħ tal-bolli f’kull żmien u mingħajr ma jagħti
ebda raġuni għad-deċiżjoni tiegħu.
(4) Kull liċenza maħruġa taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-
regolament għandha tingħata lura mill-bejjiegħ tal-bolli lill-
Postmaster General kull meta l-liċenza tiegħu tkun imħassra.
Bejjiegħa tal-bolli 
jbiegħu bolli u 
stationery postali.
102. Il-bejjiegħa tal-bolli għandhom ibiegħu l-bolli u stationery
postali u dawk l-oġġetti l-oħra li jkollu għall-bejgħ l-Uffiċċju tal-
Posta kif jista’ jordna mmn żmien għal żmien il-Postmaster
General. 
Prezz ta’ bolli, eċċ.
valur muri fuqhom. Stationery postali tinbiegħ bil-prezz pubblikat
fil-Gazzetta. Oġġetti oħra jinbiegħu bil-prezz stabbilit mill-
Postmaster General.
Bejjiegħa tal-bolli 
japplikaw għall-
bolli fuq formula 
ta’ rekwiżizzjoni.
Emendat:
A.L. 174 ta’ l-
1993.
104. (1) Applikazzjonijiet għall-bolli, stationery postali u
oġġetti oħra għandhom isiru fuq formula ta’ rekwiżizzjoni stampata
provduta mill-Uffiċċju tal-Posta u tkun iffirmata mill-bejjiegħa tal-
bolli.
(2) Il-valur tal-bolli li ssir applikazzjoni għalih f’rekwiżizzjoni
ma għandux ikun inqas minn ħmistax-il lira u ma għandux ikollu
ammonti frazzjonali f’ċenteżmi.
(3) Il-bejjiegħ tal-bolli jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu
għandu jmur personalment fl-Uffiċċju tal-Posta biex jirtira l-
provvisti meħtieġa.
Bejjiegħa tal-bolli 
jbiegħu bolli lil 
kull xerrej.
105. II-bejjiegħa tal-bolli għandhom dejjem iżommu ħażna ta’
dawk il-bolli li soltu jintużaw għall-użu ta’ ħlas bil-quddiem ta’
pustaġġ u għandhom ibiegħu lil kull xerrej.
28 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
Kummisjoni li 
tingħata lil 
bejjiegħa tal-bolli.
Emendat:
A.L. 74 ta’ l-1991;
A.L. 174 ta’ l-
1993.
106. (1) Il-bejjiegħa tal-bolli jkollhom dritt għal kummissjoni
kif speċifikat fit-Tielet Skeda fuq bolli u stationery postali. Il-
Ministru jista’ jippreskrivi wkoll b’avviż pubblikat fil-Gazzetta
kull kummissjoni li tista’ titħallas lil bejjiegħ ta’ bolli fuq kull
oġġett ieħor mixtri mill-Uffiċċju tal-Posta.
(2) Il-kummissjoni li għandha titħallas lill-bejjiegħa tal-bolli
titnaqqas mill-ammont li jitħallas mill-bejjiegħ tal-bolli meta dan
jixtri l-bolli, stationery postali jew oġġetti oħra, skond il-każ.
(3) Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, b’avviż pubbliat
fil-Gazzetta, jibdel jew jemenda r-rata tal-kummissjoni msemmija
fis-subregolament (1), iżda meta dak it-tibdil jew dik l-emenda
tkun tnaqqis fir-rata tal-kummissjoni, l-avviż m’għandux jibda
jseħħ qabel ma jgħaddu ħmistax-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni
ta’ dak l-avviż.
Tabella li tinżamm 
għall-wiri mill-
bejjiegħa tal-bolli.
107. (1) Kull tabella jew pjanċa li fuqha jkollha l-kliem
"Liċenzjat biex ibiegħ Bolli" għandha tinżamm għall-wiri minn
kull bejjiegħ tal-bolli fil-ħanut jew post tan-negozju tiegħu. Dik it-
tabella jew pjanċa tkun provduta mill-Postmaster General u
tingħata lura lilu fil-każ li l-liċenza tal-bejjiegħ tal-bolli tkun
imħassra jew tingħata lura mill-bejjiegħ tal-bolli.
(2) It-tabella jew il-pjanċa msemmija fis-subregolament ta’
qabel għandha tinżamm f’kondizzjoni tajba mill-bejjiegħ tal-bolli li
lilu tkun maħruġa u l-imsemmi bejjiegħ tal-bolli għandu jagħmel
tajjeb għal kull telf jew ħsara li ssir lill-imsemmija tabella jew
pjanċa.
KAXXI PRIVATI GĦALL-KUNSINNA
Applikazzjoni għal 
kaxxa privata 
għall-kunsinna.
108. Applikazzjoni għall-kiri ta’ kaxxa privata għall-kunsinna
għandha ssir bil-miktub lill-Postmaster General minn kull persuna
li tkun għalqet l-età  ta’ tmintax-il sena. Il-Postmaster General
ikollu l-jedd li jirrifjuta kull applikazzjoni bħal dik mingħajr ma
jagħti ebda raġuni għad-deċiżjoni tiegħu.
Kera għall-użu ta’ 
kaxxa privata 
għall-kunsinna.
109. (1) Il-kera għall-użu ta’ kaxxa privata għall-kunsinna
tkun kif speċifikat fit-Tielet Skeda mħallsa bil-quddiem, u titqies li
tibda tgħodd mill-ewwel jum tax-xahar li fih tkun inkriet il-kaxxa
privata għall-kunsinna, u wara dik il-kera fis-sena għandha titħallas
mid-detentur tal-kaxxa lill-Postmaster General mhux iktar tard
minn ħamest ijiem tax-xogħol qabel ma jibda l-perijodu tal-kiri li
għalih tkun qed titħallas.
(2) Il-Postmaster General ikollu l-jedd li jwaqqaf l-użu ta’
kaxxa privata għall-kunsinna għal kull raġuni xierqa jew jekk il-
kera ma titħallasx kif provdut fis-subregolament ta’ qabel, u f’dak
il-każ il-Postmaster General ma jħallasx lura l-kera li tkun diġà
tħallset.
Kera tkun għal 
tnax-il xahar.
110. (1) Kaxxa privata għall-kunsinna tinkera għal perijodu
ta’ tnax-il xahar u wara dik il-kirja titqies li tiġġedded minn sena
għal oħra kemm-il darba d-detentur tal-kaxxa ma jagħtix avviż
kuntrarju bll-miktub lill-Postmaster General mhux iktar tard minn
ħmistax-il jum tax-xogħol qabel ma jagħlaq il-perijodu kurrenti tal-
kirja.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament ta’ qabel,
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 29
il-Postmaster General jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu jawtorizza taħt
dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa l-kirja ta’ kaxxa privata
għall-kunsinna għal perijodu ta’ mhux inqas minn tliet xhur u mhux
iżjed minn sitt xhur, f’liema każ il-kera, li titħallas bil-quddiem,
tiġi kalkolata bi proporzjon tan-numru ta’ xhur li għalihom il-kaxxa
privata tiġi mikrija.
Ċwievet għal kaxxi 
privati għall-
kunsinna.
111. (1) Il-Postmaster General għandu jagħti, mingħajr ħlas,
ċavetta waħda lid-detentur tal-kaxxa. Qabel ma jipprovdi ċavetta l-
Postmaster General jista’ jeħtieġ li detentur tal-kaxxa jiddepożita
somma kif speċifikat fit-Tielet Skeda; dak id-depożitu għandu
jitħallas lura lid-detentur tal-kaxxa meta tagħlaq il-kirja u meta
jagħti lura ċ-ċavetta u jħallas kull kera li tkun għadha ma tħallsitx.
Ċwievet bjanki addizzjonali jistgħu jingħataw mill-Postmaster
General lid-detentur tal-kaxxa mal-ħlas ta’ dritt kif speċifikat fl-
imsemmija Tielet Skeda għal kull ċavetta bħal dik fuq
applikazzjoni bil-miktub mid-detentur tal-kaxxa.
(2) Id-detentur tal-kaxxa għandu minnufih igħarraf bil-miktub
lill-Postmaster General b’kull telf ta’ċavetta tal-kaxxa privata
għall-kunsinna tiegħu u għandu jagħti lura ċ-ċwievet l-oħra li
jkollu, jekk ikollu, lill-Postmaster General. Serratura ġdida
għandha titwaħħal mill-Postmaster General f’kull kaxxa privata
għall-kunsinna bħal dik u d-detentur tal-kaxxa jrid iħallas dritt kif
speċifikat fit-Tielet Skeda. Ċavetta waħda tas-serratura l-ġdida
tingħata mill-Postmaster General lid-detentur tal-kaxxa mingħajr
ħlas.
(3) Iċ-ċwievet kollha għal kaxxa privata għall-kunsinna
jibqgħu l-proprjetà  tal-Postmaster General u għandhom jingħataw
lura lilu mid-detentur tal-kaxxa meta tispiċċa l-kirja ta’ kaxxa
privata għall-kunsinna; fin-nuqqas ta’ dan il-Postmaster General
għandu jiġbor mingħand id-detentur tal-kaxxa ħlas kif speċifikat
fit-Tielet Skeda jew jieħu d-depożitu, kif provdut fis-
subregolament (1) għall-bdil tas-serratura.
Użu ta’ kaxxa 
privata għall-
kunsinna mhux 
trasferibbli.
112. Detentur tal-kaxxa ma jistax jittrasferixxi lil, jew jaqsam
ma’, xi persuna oħra l-użu tal-kaxxa privata għall-kunsinna tiegħu
kemm-il darba dak it-trasferiment jew dak il-qsim ma jkunx
approvat mill-Postmaster General wara li ssir applikazjoni bil-
miktitb għal hekk mid-detentur tal-kaxxa:
Iżda meta jiġi approvat il-qsim ta’ kaxxa għall-kunsinna
mill-Postmaster General għandu jitħallas dritt kif speċifikat fit-
Tielet Skeda.
Kunsinna ta’ 
oġġett postali.
113. Oġġett postali jitqies li jkun ġie kunsinnat lid-detentur tal-
kaxxa malli dan jitqiegħed fil-kaxxa privata għall-kunsinna tiegħu.
Ogġetti  postali li 
ma għandhomx 
jitqiegħdu fil-kaxxi 
privati għall-
kunsinna.
114. Oġġetti postali li jkunu reġistrati jew li fuqhom ma jkunx
tħallas pustaġġ biżżejjed jew li jkunu goffi jew li fil-fehma tal-
Postmaster General m’għandhomx jitqiegħdu fil-kaxxa privata
għall-kunsinna, għandhom jinżammu fl-Uffiċċju tal-Posta u jiġu
kunsinnati fuq il-counter lid-detentur tal-kaxxa jew lill-aġent
awtorizzat tiegħu meta jippreżenta avviż li jitqiegħed fil-kaxxa
privata għall-kunsinna għal dak il-għan.
30 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
Numru tal-kaxxa 
jinkiteb fuq oġġett 
postali.
115. Oġġett postali maħsub biex jiġi kunsinnat f’kaxxa privata
għall-kunsinna għandu jkollu fuq l-isem sħiħ tad-detentur tal-kaxxa
miktub b’mod li jinqara barra min-numru tal-kaxxa u l-lokalità  ta’
l-Uffiċċju tal-Posta fejn il-kaxxa privata għall-kunsinna tkun
qiegħda.
Ħin u mod ta’ ġbir 
minn kaxxa privata 
għall-kunsinna.
116. (1) Detentur ta’ kaxxa jew l-aġent awtorizzat tiegħu jista’
jiġbor l-oġġetti postali tiegħu mill-kaxxa privata għall-kunsinna
tiegħu f’kull ħin li matulu l-Uffiċċju tal-Posta jkun miftuħ għal dak
ix-xogħol.
(2) Oġġetti postali jinġabru minn kaxxa privata għall-kunsinna
spiss kemm jista’ jkun sabiex ma jkunx hemm ġemgħa ta’ posta
iżjed milli tesgħa l-kaxxa.
(3) Kull meta d-detentur tal-kaxxa jonqos li jħares is-
subregolament (2) jew meta l-kwantità  ta’ oġġetti postali li jirċievi
regolarment id-detentur tal-kaxxa tkun iżjed minn kemm tesgħa l-
kaxxa jew il-kaxxi mikrija lid-detentur tal-kaxxa, il-Postmaster
General jista’ jeħtieġ li dan jikri kaxxa jew kaxxi oħra skond ir-
regolamenti 109, 110, 111 u 112.
KAXXI TA’ L-ITTRI PRIVATI
Applikazzjoni għal 
kaxxi ta’ l-ittri 
privati.
117. Applikazzjoni għall-istallazzjoni ta’ kaxxa ta’ l-ittri privata
għandha ssir bil-miktub lill-Postmaster General minn kull persuna
li tkun għalqet l-età  ta’ tmintax-il sena. Il-Postmaster General
ikollu l-jedd li jirrifjuta kull applikazzjoni bħal dik mingħajr ma
jagħti ebda raġuni għad-deċiżjoni tiegħu.
Applikant 
jipprovdi kaxxa ta’ 
l-ittri privata.
118. (1) Persuna li l-applikazzjoni tagħha għall-istallazzjoni
ta’ kaxxa ta’ l-ittri privata tkun ġiet aċċettata għandha tipprovdi
għas-spejjeż tagħha l-kaxxa ta’ l-ittri privata li għandha taqbel
mad-disinn u daqs li jkun approvat mill-Postmaster General u
għandha tqiegħed dik il-kaxxa fpost mdikat mill-Postmaster
General fil-pjan terran ħdejn l-entratura prinċipali tal-post
speċifikat fl-applikazzjoni.
(2) Is-serratura u ċ-ċwievet tal-kaxxa ta’ l-ittri privata jiġu
provduti mill-Postmaster General għas-spejjeż ta’ l-applikant. L-
applikant għandu jwaħħal ukoll fuq il-parti ta’ quddlem tal-kaxxa
ta’ l-ittri privata tiegħu dak l-avviż kif ikun meħtieġ mill-
Postmaster General.
Dritt għal kaxxa ta’ 
l-ittri privata.
119. (1) Id-dritt għal kaxxa ta’ l-ittri privata jkun kif speċifikat
fit-Tielet Skeda u jitħallas bil-quddiem, u għandu jitqies ll beda
jgħodd mill-ewwel jum tax-xahar li fih jibda l-użu ta’ dik il-kaxxa,
u wara dak id-dritt fis-sena għandu jitħallas mill-persuna li f’isimha
tkun irreġistrata dik il-kaxxa lill-Postmaster General mhux iktar
tard minn ħamest ijiem tax-xogħol qabel ma jibda l-perijodu li
għalih tkun qed titħallas.
(2) Il-Postmaster General ikollu l-jedd li jwaqqaf is-servizzi
ta’ kaxxa ta’ l-ittri privata għal kull raġuni xierqa jew jekk id-dritt
ma jitħallasx kif provdut skond is-subregolament (1), u f’każ bħal
dan il-Postmaster General ma jħallasx lura xi dritt li jkun diġà
tħallas.
Dritt għal kaxxa ta’ 
l-ittri privata jkun 
għal tnax-il xahar.
120. L-anqas perijodu għall-użu ta’ kaxxa ta’ l-ittri privata jkun
ta’ tnax-il xahar u wara dak is-servizz jitqies li ġie mġedded minn
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 31
sena għal oħra kemm-il darba ma jingħatax avviż kuntrarju bil-
miktub lill-Postmaster General mhux iktar tard minn ħmistax-il
jum tax-xogħol qabel ma jagħlaq il-perijodu kurrenti.
Ġbir minn kaxxi 
ta’ l-ittri privati.
121. Il-ħinijiet u kemm spiss jinġabru oġġetti postali minn
kaxxa ta’ l-ittri privata jkunu skond istruzzjonijiet li jistgħu
jingħataw minn żmien għal żmien mill-Postmaster General.
Aċċess għal kaxxi 
ta’ l-ittri privati.
122. L-uffiċjali ta’ l-Uffiċċju tal-Posta jkollhom aċċess għal
kaxxi ta’ l-ittri privati sabiex jiġbru oġġetti postali minnhom u
sabiex jispezzjonaw dawk il-kaxxi kif jista’ jkun meħtieġ.
POSTA TAL-PAKKI
Impustar ta’ pakki.
billi jingħataw lill-uffiċjal xieraq fuq il-counter ta’ l-Uffiċċju tal-
Posta jew ta’ xi Uffiċċju tal-Posta ieħor jew Sub-Uffiċċju tal-Posta
awtorizzat kif imiss li jaċċetta pakki.
(2) Waqt I-impustar ta’ xi pakk bħal dak, min jibgħatu għandu,
fuq il-formula xierqa, jikteb l-isem u l-indirizz sħiħ tiegħu u jgħid
x’għandu jsir mill-pakk f’każ li ma jiġix kunsinnat.
(3) Għandha tinħareġ riċevuta għal kull pakk impustat.
Piż u daqs.
Tieni Skeda.
Ippakkjar.
kif fil-fehma tal-Postmaster General ikun maħsub li ma jagħmilx
ħsara lil xi oġġett postali ieħor waqt it-traġitt jew lil xi reċipjent li
fih dan ikun qed jinġarr, jew korriment lil xi uffiċjal ta’ l-Uffiċċju
tal-Posta jew lil xi persuna oħra li timmaniġġa dak il-pakk. Fil-każ
ta’ xi ħsara jew korriment bħal dak min jibgħatu jkun responsabbli
li jħallas lill-Postmaster General dak il-kumpens xieraq li dan ta’ l-
aħħar jista’ jistabbilixxi.
Projbizzjonijiet.
jintbagħat bil-posta tal-pakki, jew kunsinnat bil-posta tal-pakki, xi
oġġett li hu projbit skond ir-regolament 13.
Dikjarazzjoni tal-
kontenut.
127. Il-kontenut tal-pakk għandu jkun dikjarat b’mod ċar fuq il-
formula xierqa li għandha titwaħħal mal-pakk. 
Kunsinna.
Posta jew minn xi Uffiċċju tal-Posta ieħor muri fuq avviż li javża
lill-indirizzat biex imur u jieħu l-pakk; il-pakk jiġi kunsinnat biss
mal-produzzjoni ta’ l-avviż relattiv u ta’ kull prova oħra dwar
identità  kif jista’ jkun meħtieġ.
Pakki li ma 
jistgħux jiġu 
kunsinnati.
129. Pakk li ma jistax jiġi kunsinnat isir minnu skond l-
istruzzjonijiet mogħtija minn min ikun bagħtu fuq il-formula
mwaħħla mal-pakk meta kien qed jimpustah skond ir-regolament
123.
Kumpens.
Postmaster General għandu jħallas indenniz ta’ mhux iżjed mill-
ammont stabbilit fit-Tielet Skeda meta jiġi pruvat għas-
sodisfazzjon tiegħu li pakk aċċettat kif imiss biex jintbagħat u jiġi
kunsinnat ikun intilef, ġratlu ħsara jew ġie distrutt waqt li kien fil-
kustodja ta’ l-Uffiċċju tal-Posta.
32 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
Rikjesti. 131. Rikjesti dwar allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ kunsinna, ħsara
jew telf ta’ pakk isiru fuq il-formula preskritta fit-Tmien Skeda
skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) ir-rikjesta għandha ssir qabel ma jgħaddu tnax-il xahar
mid-data ta’ l-impustar u għandu jkollha magħha dritt
kif speċifikat fit-Tielet Skeda, liema dritt għandu
jitħallas bil-mezz ta’ bolli mwaħħla fuq l-imsemmija
formula preskritta;
(b) il-formula tar-rikjesta għandu jkollha magħha l-
irċevuta maħruġa kif provdut fir-regoalament 123(3).
Ċertifikat ta’ ħsara/
telf.
132. L-indirizzat ta’ pakk jista’ jitlob il-ħruġ ta’ ċertifikat meta
jiġi stabbilit li dak il-pakk tkun ġratlu ħsara, intilef jew ġie distrutt
waqt li kien fil-kustodja ta’ I-Uffiċċju tal-Posta; dak iċ-ċertifikat
għandu jinħareġ mal-ħlas tad-dritt preskritt fit-Tielet Skeda.
Deċizjoni tal-
Postmaster General 
dwar kumpens.
133. Id-deċiżjoni tal-Postmaster General fuq il-kwistjonijiet
kollha dwar kumpens li għandu jitħallas dwar pakki tkun finali.
Ħlas bil-quddiem 
ta’ pustaġġ u 
drittijiet.
134. Ħlief kif provdut xort’oħra f’dawn ir-regolamenti, jew kif
jistabbilixxi l-Postmaster General, il-pustaġġ u d-drittijiet li
għandhom jitħallsu fuq kull pakk u d-drittijiet li għandhom jitħallsu
għal faċilitajiet postali jridu jitħallsu bil-quddiem.
Kif isir il-ħlas bil-
quddiem.
135. Il-ħlas bil-quddiem ta’ pustaġġ u drittijiet dwar pakki
għandu jiġi muri bil-mezz ta’:
(a) bolli li jitwaħħlu; jew
(b) impressi ta’ makni ta’ affrankament imħaddma taħt il-
kontroll u direzzjoni, jew bil-permess, tal-Postmaster
General; jew
(ċ) l-użu ta’ invilopp, qoxra, kartolina jew xi forma
postali oħra stampata, maħruġa mill-Postmaster
General; jew
(d) użu ta’ bolli stampati maqtugħa minn jew xort’oħra
maqtugħa minn fuq invilopp, kartolina postali,
kopertina, ittra jew forma postali oħra, maħruġa mill-
Uffiċċju tal-Posta; jew
(e) kull mod ieħor li l-Postmaster General jista’ minn
żmien għal żmien jippermetti.
MONEY ORDERS
Money orders. 136. Kull ammont ta’ flus jista’ jintbagħat lil kull persuna bil-
mezz ta’ Money Order lokali. Il-Money Orders jinħarġu f’Uffiċċju
tal-Posta jew Sub-Uffiċċju tal-Posta fuq applikazzjoni fuq il-
formula xierqa. L-ammont ta’ flus li jkun se jintbagħat u l-
kummissjoni li titħallas fuqu għandhom jitħallsu fl-Uffiċċju tal-
Posta jew fis-Sub-Uffiċċju tal-Posta fil-ħin tal-ħruġ tal-Money
Order. Kull Money Order meta jinħareġ, jingħata lil min ikun ser
jibgħatu biex dan jibagħtu hu lil min ikun jista’ jsarrfu.
L-ogħla u l-inqas 
ammont.
Sostitwit:
A.L. 139 ta’ l-
1993.
137. L-ogħla u l-inqas ammont ta’ flus li għalihom jista’
jinħareġ Money Order ma għandux ikun iżjed jew inqas mill-
ammonti speċifikati fit-Tielet Skeda, iżda min jibgħat Money Order
jista’ japplika għal aktar minn Money Order wieħed fl-istess ħin.
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 33
Rati ta’ 
kummissjoni.
138. Ir-rati ta’ kummissjoni li titħallas fuq money orders ikunu
kif speċifikati fit-Tielet Skeda.
Ħlas.
Money Orders jissarrfu fl-Uffiċċju tal-Posta jew fis-Sub-Uffiċċju
tal-Posta muri fuqu jew f’bank. Jekk jiġi preżentat biex jissarraf
f’Uffiċċju tal-Posta jew f’Sub-Uffiċċju tal-Posta l-ħlas isir f’isem
min ikun mal-firma tiegħu fuq prova ta’ l-identità  tiegħu. Money
Orders ikkrossjati jissarfu biss minn bank. Meta Money Orders jiġu
ppreżentati biex jissarfu f’bank il-formalitajiet imsemmija f’dan ir-
regolament ma jkunux applikabbli.
Tibdil.
Order jew fl-uffiċċju tal-ħlas kif imniżżlin oriġinarjament.
Perijodu ta’ 
validità .
141. Money Order ikun validu għal perijodu li jispiċċa fl-aħħar
jum tat-tieni xahar kalendarju wara dak li fih ikun maħruġ.
Ħlas lura.
jibgħatu jekk jippreżenta l-order matul il-perijodu tal-validità
tiegħu.
Money orders bla 
effett.
143. Money  Orders li l-validità  tagħhom tkun għalqet u li ma
jkunux ġew imġedda jitħallsu lura lil min ikun bagħthom.
Responsabbiltà  tal-
Postmaster 
General.
144. Meta jissarraf Money Order, ippreżentat minn min ikun
ikun, il-Postmaster General ma jkunx responsabbli għal xi
pretensjoni oħra għal ħlas jew għal kumpens dwar telf jew ħsara li
tinqala’ minħabba dewmien fil-ħlas imdewwem ta’ l-order jew għal
xi raġuni oħra tkun li tkun,
PIENI
Pieni.
sabiex jintbagħat bil-posta jew bil-posta tal-pakki, xi oġġett postali,
pakk jew ħaġa oħra bi ksur tar-regolament 13(1)(h), (i), (j) (m) u
(o) tkun ħatja ta reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux
inqas minn ħames liri u mhux iżjed minn ħamsin lira.
(2) Kull persuna li taġixxi bi ksur tad-disposizzjonijiet tar-
regolamenti 95(2) u 96 tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja,
multa ta’ mhux inqas minn għaxar liri u mhux iżjed minn ħamsin
lira.
(3) Ebda ħaġa fis-subregolamenti ta’ qabel ma għandha
tiftiehem li tolqot xi disposizzjoni ta’ l-Att; u s-subregolamenti ta’
qabel ma jolqtux it-tħaddim ta xi liġi oħra dwar l-egħmil jew
nuqqas taħt dik il-liġi li għaliha hemm piena ogħla minn dik
stabbilita f’dan ir-regolament jew dwar xi reat li għalih mhux
provdut speċifikament f’dan ir-regolament.
34 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
Rati ta’ Pustaġġ Lokali
Sostitwita:
A.L. 74 ta’ l-1987;
A.L. 139 ta’ l-1993;
A.L. 14 ta’ l-1997;
A.L. 229 ta’ l-2002.
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 5)
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Rati ta’ 
Pustaġġ
Ittri Sa 50g ................................................................ 7c
Għal kull 50g addizzjonali sa 2Kg ....................... 4c
Kartolini Postali ............................................................................ 7c
Karti Stampati sa 50g ................................................................. 7c
għal kull 50g addizzjonali sa 2Kg ........................ 2c
Il-limitu ta’ piż għal karti stampati hu ta’ 2Kg iżda pakketti ta’ kotba jew fuljetti li
jiżnu sa 5Kg jistgħu jintbagħtu bħala karti stampati bir-rata li ġejja:
għal kull 1Kg addizzjonali jew parti minnu ’il fuq minn 2Kg ............... 30c
Gazzetti Lokali Reġistrati
Għal kull kopja ta’ mhux iżjed minn 100g ........... 5c
Għal kull 50g addizzjonali jew parti minnhom
kull kopja ............................................................ 2c
Pakki
Mhux iżjed minn 1Kg piż .................................... 50c
’Il fuq minn 1Kg iżda mhux iżjed minn 3Kg ........ 76c
’Il fuq minn 3Kg iżda mhux iżjed minn 5Kg ........ Lm1.00
’Il fuq minn 5Kg iżda mhux iżjed minn 10Kg ...... Lm1.20
Oġġetti għall-Użu ta’ l-Għomja (inklużi pakki li jkun fihom biss
oġġetti għall-użu ta’ l-għomja) ............................................................ Bla ħlas.
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 35
IT-TIENI SKEDA
(Regolamenti 18, 44, 50, 52, 56 u 124)
Limitu ta’ Daqs u Piż
2. Il-materjal ta’ kartolini postali ma jkunx inqas minn ħxuna ta’ .25 mm.
3. Il-limitu ta’ piż ta’ pakkett ta’ kotba jew fuljetti hu 5 kg.
4. Il-limitu ta’ daqs ta’ oġġetti postali fil-forma ta’ romblu jkun kif ġej:
(a) Massimu - tul u darbtejn id-dijametru flimkien 1040 mm iżda l-ikbar
qies ma jkunx iżjed minn 900 mm;
(b) Minimu - tul u darbtejn id-dijametru flimkien 170 mm iżda l-ikbar qies
ma jkunx iżjed minn 100 mm.
1. Oġġett Postali Daqs Piż massimuMassimu Minimu
Ittri Tul, wisgħa u fond flimkien 
900 mm iżda l-ikbar qisien ma 
jkunux iżjed minn 600 mm
140 x 90 
mm 2 kg
Karti Stampati - do - - do - 2 kg
Oġġetti għall-użu ta’
l-għomja - do - - do - 7 kg
Kartolini Postali 148 x 105 mm - do - -
Pakki 1.05 m tul u 2 m tul u girth 
flimkien - do - 10 kg
36 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
Ħlasijiet, Drittijiet, Kummissjonijiet u Kumpens relattivi għal Uffiċċju Postali u l-
Ogħla u l-Inqas ammont ta’ Money Order
Sostitwita:
A.L. 74 ta’ l-1987;
Emendata:
A.L. 86 ta’ l-1990;
A.L. 151 ta’ l-1991;
A.L. 27 ta’ l-1993.
Sostitwita:
A.L. 139 ta’ l-1993.
Emendata:
A.L. 38 ta’ l-1995;
A.L. 72 ta’ l-1995.
Sostitwita:
A.L. 14 ta’ l-1997.
Emendata:
A.L. 14 ta’ l-1997;
A.L. 229 ta’ l-2002.
IT-TIELET SKEDA
(Regolament 53)
Regolament 28 Prezzijiet tal-Bejgħ ta’ Stationery ta’ l-Uffiċċju tal-Posta
Registration Envelopes
Qies G .................................................... Kemm Jiswa + 15%
Qies H .................................................... Kemm Jiswa + 15%
Ajrugrammi ............................................ Kemm Jiswa + 15%
Presentation pack ................................................................ Kemm Jiswa +Valur 
tal-Bolli
First Day Cover (vojt) ................................................................ Kemm Jiswa + 15%
Souvenir Folder (vojt) ................................................................ Kemm Jiswa + 15%
Maximum Card (Mint) ................................................................ Kemm Jiswa + 15%
Postcard (Mint) ................................................................ Kemm Jiswa + 15%
Drittijiet Filateliċi bl-eċċezzjoni ta’ aġenti awtorizzati:
(a) Għal kull ordni għat-twaħħil ta’ bolli fuq xi invilopp,
kartolina, ajrugramma jew oġġett ieħor ta’ stationery
postali: ........................................................................... 5c kull invilopp
(b) Għal kull ordni għall-provvista ta’ bolli mhux użati u/
jew kanċellati u ta’ stationery postali, iżda barra minn
stationery postali bil-bolli mwaħħlin fuqha: ....................
5% tal-Valur tal-
Bolli
Regolament 35 Dritt għal tfittxija qabel ma jiġi irtirat
oġġett postali .......................................... 17c
Regolament 41 Direzzjoni mill-ġdid
Kull sena, normali ................................... Lm2
Għal kaxxa ta’ l-ittri tal-kunsinna, (PO
Box), kull sena ........................................ Lm 10
Regolament 47 Dritt għal reġistrazzjoni għal gazzetti/
perjodiċi ................................................. Lm5 fis-sena
Regolament 54 Ċertifikat għal pustaġġ ta’ oġġetti postali
mhux reġistrati ........................................ 11c
Regolament 56 Liċenza għal Servizz ta’ Risposta
Kummerċjali ........................................... Lm 10 fis-sena
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 37
Servizz ta’ Risposta kummerċjali, għal
kull oġġett .............................................. 2c + pustaġġ
Regolament 57 Dritt ta’ reġistrazzjoni ............................. 21c
Regolament 61 Avviż ta’ Kunsinna ta’ ittra reġistrata ...... 17c
Regolamenti 61 u 66 Dritt għal rikjesti .................................... 17c
Regolamenti 67 u 132 Dritt dwar ċertifikat għal telf jew ħsara ... 50c
Regolament 68 Kumpens massimu għal telf ta’ oġġett jew
pakkett postali reġistrat ........................... Lm20
Regolament 101 Liċenza ta’ Bejjiegħ tal-Bolol ................. Lm1 fis-sena
Regolament 106 Kummissjoni lil bejjiegħa tal-Bolol
Għal kull Lm 1 mixtrija ........................... 2c
Għal kull Lm1 Year Packs mixtrija
.......... 10c
Għal kull Lm1 Telecards mixtrija ............ 4c
Regolament 109 Kera ta’ kaxxa ta’ l-ittri privata, kull sena  Lm20
Regolament 111 Depożitu fuq ċavetta ta’ Kaxxa ta’ l-Ittri
Privata .................................................... Lm5
Regolament 111 Provvista ta’ ċwievet żejda ...................... Kemm jiswew + 
15%
Regolament 111 Ħlas biex tinbidel serratura ..................... Kemm tiswa + 15%
Regolament 111 Ħlas jekk ma tingħatax lura ċavetta/
ċwievet ................................................... Lm5
Regolament 112 Faċilità  biex Kaxxa ta’ l-Ittri Privata
tintuża minn iktar minn persuna waħda,
fis-sena ................................................... Lm 10
Regolament 119 Dritt fis-sena għal Kaxxa ta’ Impustar
Privata .................................................... Lm50
Regolament 137 L-Inqas Ammont ta’ Money Order
........... 20c
L-Ogħla Ammont ta’ Money Order
.......... Lm250
Regolament 138 Kummissjoni fuq Money Orders
Għal ammonti ta’ mhux iżjed minn Lm20  25c
38 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
Talba għal Direzzjoni mill-Ġdid ta’ Posta
IMPORTANTI - Ara l-kondizzjonijiet li hawn ma’ din il-formola
POSTMASTER GENERAL
Jiena/aħna nitlob/nitolbu li l-oġġetti postali indirizzat lili/lilna fi
....................................................................................................... 
.......................................................................................................
jiġu diretti mill-ġdid fi ................................................................
....................................................................................................... 
.......................................................................................................
b’seħħ minn ......................................
Firem u numri tal-Karti ta’ l-Identità  tal-persuni kollha li għandhom iktar minn
18-il sena u li qegħdin jitolbu li ssir din id-direzzjoni mill-ġdid
Firma ...........................Isem b’Ittri Kbar ....... I.D. Nru. ............
Firma ...........................Isem b’Ittri Kbar ....... I.D. Nru. ............
Firma ...........................Isem b’Ittri Kbar ....... I.D. Nru. ............
Firma ...........................Isem b’Ittri Kbar ....... I.D. Nru. ............
Firma ...........................Isem b’Ittri Kbar ....... I.D. Nru. ............
- - - - - - - - - - - - - - - - - - - Itwi hawnhekk - - - - - - - - - - - - - - -
GĦALL-UŻU TA’ L-UFFIĊĊJU
Data tas-seħħ ....................... Data ta’ l-għeluq ..........................
1. ......................................... 1. .................................................
2. ......................................... 2. .................................................
3. ......................................... 3. .................................................
Indirizz preżenti Indirizz għal direzzjoni mill-ġdid
...................................................................................................
...................................................................................................
...................................................................................................
Reġistrat fil-ktieb għal direzzjoni mill-ġdid .............
Data .............................
Mail Inspector .........................
Noti:
l. Talba għal direzzjoni mill-ġdid ma tiġix milqugħa fil-każ ta’ oġġetti postali
indirizzati lil lukandi, każini, istituzzjonijiet, eċċ, u appartamenti residenzjali fejn l-
indirizzati jkollhom kaxxa ta’ l-ittri komuni ma’ oħrajn fl-istess bini.
2. Talba għal direzzjoni mill-ġdid tkun valida għal żmien sena. Talba għal
tiġdid ta’ direzzjoni mill-ġdid għandha ssir mill-inqas ħmistax-il jum qabel id-data
Għal ammonti ta’ iżjed minn Lm20 ......... 45c.
Sostitwita:
A.L. 139 ta’ l-1993. IR-RABA’ SKEDA(Regolament 41)
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 39
ta’ l-għeluq ta’ l-ordni għal direzzjoni mill-ġdid li tkun fis-seħħ u tintlaqa’ biss meta
l-Postmaster General ikun sodisfatt li ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw li jingħata aktar
żmien.
3. Jitħallsu d-dirttijiet li ġejjin għal talba għal direzzjoni mill-ġdid jew tiġdid
ta’ din it-talba:
Lm1 kull sena għal talba għal direzzjoni għal indirizz ġdid komuni
Lm5 kull sena għal talba għal direzzloni għal kaxxa ta’ l-ittri privata.
4. Talba għal direzzjoni mill-ġdid għandha tkun iffirmata mill-persuna jew
mill-persuni li għalihom jkunu indirizzati l-oġġetti postali.
5. Meta jagħlaq l-ordni għal direzzjoni mill-ġdid l-oġġetti postali kollha
riċevuti jiġu kunsinnati fl-indirizz oriġinali tagħhom.
40 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
IL-ĦAMES SKEDA
(Regolament 101)
Liċenza għal Bejjiegħ tal-Bolli
Dipartiment tal-Posta
Rif. Nru. ....................
Liċenza Nru. ......................
Qed tiġi hawnhekk mogħtija liċenza skond l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta lil
...........................................biex jagħmilha ta’ bejjiegħ tal-bolli f’
.........................................
......................................................................
.....................................
Postmaster General
Dipartiment tal-Posta,
Il-Belt Valletta.
.................................
(Data)
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 41
1. (a) Il-bankijiet ta’ l-Uffiċċju tal-Posta - Valletta
Matul il-perijodu mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju:
Mit-Tnejn sas-Sibt: 8.00 a.m. sas-6.30 p.m.
Matul il-perijodu mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru:
Mit-Tnejn sas-Sibt: 7.30 a.m. sas-6.00 p.m.
(b) Fergħat ta’ l-Uffiċċju tal-Posta f’Malta u Għawdex (ħlief dawk ta’ l-
Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Gudja u Victoria, Għawdex)
Is-sena kollha
Mit-Tnejn sas-Sibt: 7.30 a.m. sas-12.45 p.m.
(ċ) Fergħat ta’ l-Uffiċċju tal-Posta ta’ Viċtoria, Għawdex
Is-sena kollha
Mit-Tnejn sas-Sibt: 7.30 a.m. sal-5.20 p.m.
(d) Uffiċċju tal-Posta ta’ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Gudja
Is-sena kollha
Mit-Tnejn sas-Sibt: 7.00 a.m. sas-7.00 p.m. (inklużi l-btajjel pubbliċi)
(e) Uffiċċju tal-Pakki tal-Posta, Valletta
Matul il-perijodu mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m.
mis-1.45 p.m. sal-5.00 p.m.
Matul il-perijodu mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-7.30 a.m. sas-1.15 p.m.
(f) Kamra Ċentrali tal-Posta, Valletta
Is-sena kollha
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-7.00 a.m. sat-8.00 p.m.
Is-Sibt: mis-7.00 a.m. sas-7.00 p.m.
(g) Sezzjoni tal-Kaxxi P.O. u Poste Restante, Valletta
Is-sena kollha
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-7.30 a.m. sas-7.30 p.m.
Is-Sibt: mis-7.30 a.m. sas-6.30 p.m.
2. Meta btala pubblika taħbat f’ġurnata fost il-ġimgħa, l-Uffiċċju Ġenerali tal-
Posta, l-Uffiċċju tal-Pakki tal-Posta, il-Fergħat ta’ l-Uffiċċju tal-Posta, l-Uffiċċju
IS-SITT SKEDA
(Regolament 53)
Ħinijiet tax-Xogħol ta’ Uffiċċji tal-Posta
Emendata:
A.L. 73 ta’ l-1988;
A.L. 95 ta’ l-1988;
A.L. 71 ta’ l-1989;
A.L. 104 ta’ l-1989.
Sostitwita:
A.L. 38 ta’ l-1992.
Emendata:
A.L. 70 ta’ l-1993.
Sostitwita:
A.L. 14 ta’ l-1997.
42 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
tal-Posta ta’ Mġarr, Għawdex, il-Kamra Ċentrali tal-Posta u s-Sezzjoni Kaxxi P.O./
Poste Restante, Il-Belt Valletta, jinżammu magħluqa jekk ma jiġix avżat xort’ohra.
3. L-Uffiċċju Ġenrali tal-Posta, l-Uffiċċju tal-Pakki tal-Posta, il-Fergħat ta’ l-
Uffiċċju tal-Posta, l-Uffiċċju tal-Posta ta’ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta,
Gudja, l-Uffiċċju tal-Posta ta’ Mġarr, Għawdex, il-Kamra Ċentrali tal-Posta u s-
Sezzjoni Kaxxi P.O./Poste Restante, Il-Belt Valletta, jew kull wiehed minnhom,
jistgħu jinżammu magħluqa f’xi ġurnata partikolari minħabba xi okkażjoni
partikolari u l-ħinijiet tax-xogħol f’xi ġurnata bħal din dwar xi wieħed mill-
imsemmija uffiċċji jew dwarhom kollha jistgħu ikunu differenti minn dawk murija
fil-paragrafi ta’ qabel.
4. Is-servizz mogħti minn fuq il-counter fl-Uffiċċju tal-Pakki tal-Posta għandu
jagħlaq ħmistax-il minuta qabel il-ħin ta’ l-għeluq ta’ dak l-uffiċċju.
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 43
Sub-Uffiċċji tal-Posta
ĦINIJIET TAX-XOGĦOL
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m.
mill-4.00 p.m. sas-6.00 p.m.
Is-Sibt: mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m.
Il-Ħdud u Btajjel Pubbliċi oħra: Magħluqin
RIMUNERAZZJONI U KUMMISSJONI TA’ SUB-POSTMASTERS
Rimunerazzjoni fis-sena Lm750
Kummissjoni lil Sub-Postmasters fuq xogħol li jsir:
(a) Bejgħ ta’ bolli u stationery postali2c fil-Lm
(b) Money Orders (Locali u Barranin)4c għal kull waħda
maħruġa jew imsarrfa
(ċ) Postal Orders 1c għal kull waħda
maħruġa jew imsarrfa
(d) Reġistrazzjoni ta’ oġġetti postali
(Lokali jew Barranin) 2c fuq kull oġġett postali
(e) Pakki 5c fuq kull pakk impustat
(f) Postcheques 5c fuq kull postcheque
imsarraf
(g) Ħlasijiet tat-telefon 2c fuq kull ħlas riċevut
(h) Bejgħ ta’ Telecards 4c fuq kull lira.
IS-SEBA’ SKEDA
(Regolamenti 82, 91, 94)
Emendata:
A.L. 14 ta’ l-1993.
Sostitwita:
A.L. 139 ta’ l-1993.
44 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
Data ta’ din l-applikazzjoni .......................
1. L-isem u l-indirizz sħiħ miktub fuq
l-oġġett postali ...........................................................
...........................................................
...........................................................
2. Jekk kienx mibgħut bħala pakk,
pakkett, eċċ., ...........................................................
3. Min impustah, u f’liema Uffiċċju jew
kaxxa ta’ l-ittri kien impustat ...........................................................
4. Id-data u l-ħin li kien impustat Data .............................. Ħin ..............
5. Jekk kienx assigurat, u jekk iva għal
liema ammont  ...........................................................
6. Jekk kienx reġistrat ...........................................................
7. In-numru u d-data ta’ l-irċevuta
mogħtija mill-Posta Numru ...................... Data .................
8. Jekk kienx mibgħut bl-ajru jew bil-
baħar  ...........................................................
9. Jekk kienu inklużi Postal Orders,
ehmeż il-counterfoils oriġinali tal-
Postal Orders u agħti n-numru
tas-serje ...........................................................
10. Agħti r-raġuni li għaliha qiegħda ssir
din it-talba ta’ investigazzjoni ...........................................................
11. Agħti l-isem u l-indirizz sħiħ ta’
min qiegħed jibgħat l-oġġett ...........................................................
...........................................................
...........................................................
12. Ammont ta’ kumpens li qiegħed
jintalab (Ara nota b) ...........................................................
13. Firma ta’ min bagħat l-oġġett jew
ta’ persuna awtorizzata minnu ...........................................................
Sostitwita:
A.L. 139 ta’ l-1993. IT-TMIEN SKEDA
(Regolamenti 66 u 131)
Formola għal Rikjesta dwar Oġġetti Postali jew Pakk Rappurtat Nieqes, bil-Ħsara, 
Ma Wasalx, jew xort’oħra Trattat Irregolarment
WAĦĦAL BOLLA 
(Ara nota a)
Din il-formula għandha tiġi mimlija b’ittri kapitali kemm
jista’ jkun eżatt, u mogħtija lura minn fejn ħarġet, jew
mibgħuta bil-posta lill-Postmaster General, Uffiċċju Ġenerali
tal-Posta, Triq Merkanti, Valletta CMR02.
POSTA LOKALI ġ L.S.254.07 45
Nota a. Rikjesti għandu jkollhom magħhom bolla ta’ 10c jekk l-oġġett postali jkun
indirizzat għal post f’Malta u 20c jekk ikun indirizzat għal post barra minn Malta.
Fil-każ ta’ oġġetti postali reġistrati mibgħuta b’AR card, m’hemmx għalfejn
jitwaħħlu bolli.
Nota b. L-ebda kumpens ma jitħallas fuq oġġetti postali mibgħuta b’posta
ordinarja li jiġu mitlufa jew jiġrilhom il-ħsara ħlief meta mibgħuta bħala pakki. L-
ammont ta’ kumpens li jitħallas għat-telf jew ħsara ta’ oġġetti postali reġistrati u
pakki huwa kontrollat b’regolamenti postali lokali u internazzjonali.
46 L.S.254.07 ħ POSTA LOKALI
ID-DISA’ SKEDA
(Regolament 69)
DIPARTIMENT TAL-POSTA
Liċenza għall-Użu ta’ Makna ta’ Affrankament Postali
Qed tingħata liċenza lil ............................................................... ta’
................................................................... għall-użu ta’ makna ta’ affrankament
hawn taħt deskritta sabiex isiru impressjonijiet fuq oġġetti postali li juru l-ħlas bil-
quddiem ta’ pustaġġ skond ir-Regolamenti dwar il-Posta Lokali.
Din il-liċenza qed tingħata suġġetta għall-kondizzjonijiet annessi.
Maħruġa llum .. ............ ta’ ...................... 
Postmaster General
Partikolaritajiet dwar id-Detentur tal-Liċenza u l-Makna
Numru tal-Liċenza .......................... Nru. tas-Serje tal-Makna ....
Isem il-Manifattur ......................................................................
Isem il-Fornitur ..........................................................................
Post fejn se tintuża l-makna ........................................................
Uffiċċju tal-Posta fejn isiru s-settjar tal-meter u l-ispezzjon ........
Uffiċċju tal-Posta fejn il-posta kollha bl-użu tal-makna ta’ l-affrankament
għandha tingħata .......................................................
Nru. tal-
meter
Konniiiet ta’ 
ittra/i u 
numru ta’ 
affrankament
Mudell Settjar
Denominaz-
zjonijiet ta’ 
pustaġġ
Data meta 
bdiet 
tintuża u 
iniziali ta’ 
Uffiċiali 
konċernati
Data ta’ 
issettjar u 
iniziali ta’ 
Uffiċjal li 
jirċievi
