ĦRUĠ U L-VALIDITÀ  TA’ KARTI TA L-IDENTITÀ ġ L.S.258.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 258.01
REGOLAMENTI DWAR IL-ĦRUĠ U L-VALIDITÀ  
TA’ KARTI TA L-IDENTITÀ
15 ta’ Marzu, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 47 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviż Legali 67 ta’ l-
2000.
Titolu.
Ħruġ u Validità  ta’ Karti ta’ l-Identità.
Tifsir.
Kap. 363.
2. Għall-għanijiet ta' dawn ir-regolamenti, il-frażi "lokalità
elenkata" tfisser lokalità  li tkun imniżżla fil-Lokalità  A, Lokalità  B
jew Lokalità  Ċ kif dawn jidhru fl-Iskeda, u l-area ta’ dik il-lokalità
għandha tkun dik l-area hekk kif speċifikata għal kull lokalità
partikolari fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali.
Validità  u ħruġ ta’ 
karti ta’ l-identità.
Emendat:
A.L. 67 ta’ l-2000.
3. (1) Minkejja d-dati speċifiċi murija fuq kull karta ta’ l-
identità  maħruġa matul is-snin 1995 u 1996 li jindikaw li l-validità
tagħhom tiskadi f’data partikolati matul is-snin 2000, 2001 u 2002,
dawk il-karti ta’ l-identità  kollha għandhom jiskadu kif muri hawn
iktar ’il quddiem skond il-lokalità  elenkata fejn ikun joqghod id-
detentur kif din tidher fl-Iskeda:
(a) Lokalità  A, fil jum u x-xahar indikat fuq l-istess karta
iżda fis-sena 2000; u
(b) Lokalità  B, fil-jum u x-xahar indikat fuq l-istess karta
iżda fis-sena 2001; u
(ċ) Lokalità  Ċ, fil-jum u x-xahar indikat fuq l-istess karta
iżda fis-sena 2002,
u wara s-snin 2000, 2001 u 2002, skond il-każ, kull sitt snin wara
dik is-sena li tkun b’dak il-mod li l-karti ta’ l-identità  kollha ta’
residenti li jkunu joqgħodu f’xi lokalità  partikolari għandhom
dejjem jiskadu matul l-istess sena:
Iżda, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar, 2000, kull karta ta’ l-identità
mahruġa qabel l-1 ta’ Jannar, 2000 li tiskadi fl-1 ta’ Jannar, 2000
jew wara ghandha, minkejja d-data ta’ l-iskadenza murija fuq karta
ta’ l-identità  bħal dik, tibqa’ hekk valida u dik il-karta ta’ l-identità
ma ghandhiex titqies li tkun skadiet qabel dik id-data li l-Prim
Ministru jista’ hekk jistabbilixxi b’avviż fil-Gazzetta.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (1), meta
karta ta’ l-identità  tkun inħarġet lil -
(a) persuna taħt l-età  ta’ sittax-il sena, dik il-karta ta’ l-
identità  ma tibqax valida malli d-detentur tagħha
jagħlaq is-sittax-il sena; u
(b) persuna taħt l-età  ta’ tmintax-il sena, dik il-karta ta’ l-
identità  ma tibqax valida malli d-detentur tagħha
jagħlaq it-tmintax-il sena.
2 L.S.258.01 ħ ĦRUĠ U L-VALIDITÀ  TA’ KARTI TA L-IDENTITÀ
SKEDA
(Regolament 2)
Lokalità  A Lokalità  B Lokalità  Ċ
Valletta Mdina Birgu
Isla Bormla Qormi
Żebbuġ (Malta) Żabbar Siġġiewi
Żejtun Rabat (Għawdex) Attard
Balzan Birkirkara Birżebbuġa
Dingli Fgura Floriana
Fontana Gudja Gżira
Għajnsielem Għarb Għargħur
Għasri Għaxaq Ħamrun
Iklin Kalkara Kerċem
Kirkop Lija Luqa
Marsa Marsaskala Marsaxlokk
Mellieħa Mġarr Mosta
Mqabba Msida Munxar
Nadur Naxxar Paola
Pembroke Pietà Qala
Qrendi Rabat (Malta) Safi
San Ġiljan San Ġwann San Lawrenz
San Pawl il-Baħar Sannat Santa Luċija
Santa Venera Sliema Swieqi
Ta’ Xbiex Tarxien Xagħra
Xewkija Xgħajra Żebbuġ (Għawdex)
Żurrieq
