ĦABS TA’ GĦAWDEX ġ L.S.260.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 260.01
REGOLAMENTI DWAR IL-ĦABS TA’ GĦAWDEX
5 ta’ Ġunju, 1934
IN-NOTIFIKAZZJONIJIET TAL-GVERN 228 ta’ l-1934 u 342 ta’ l-
1964, konsolidati.
Titolu.
Ħabs ta’ Għawdex.
Amministrazzjoni.
tal-Ħabsijiet
Persunal.
żewġ gwardjani.
Gwardjan jirresjedi 
fil-ħabs.
4. Wieħed mill-gwardjani għandu jirresjedi fil-ħabs.
Ħabsin li 
għandhom 
jinżammu l-ħabs.
Kap. 260.
5. Il-ħabsin li għandhom jinżammu fil-ġabs huma dawk
imsemmija fl-artikolu 4 ta’ l-Att dwar il-Ħabs.
Klassijiet ta’ 
ħabsin.
6. Dawn il-klassijiet ta’ ħabsin għandhom jinżammu separati
sakemm l-ispazju fil-ħabs jippermetti.
Ħabsin nisa.
minn ħabsin rġiel u minorenni, u fejn hu possibbli, żagħżagħ taħt
it-tmintax-il sena minn adulti.
Priġunieri li 
jittellgħu ’l qorti.
8. Priġunieri li jittellgħu quddiem l-Qorti tal-Maġistrati
jistgħu jkollhom visti bil-permess tal-Maġistrat li jippresjedi biss.
Aċċess lil parti taħt 
arrest.
9. Ma jingħata l-ebda aċċess lejn parti taħt arrest ma ma
tinġieb quddiem il-Qorti, ħlief bil-permess speċjali tal-
Kummissarju tal-Pulizija.
Persuna mibgħuta 
l-ħabs.
10. Kull meta persuna tintbagħat il-ħabs, l-uffiċjsal tal-pulizija
għandu jikkonsenja dik il-persuna lill-uffiċjal tal-ħabs li jkun
qiegħed fuq ix-xogħol li, fil-presenza ta’ l-uffiċjal tal-pulizija,
għandu jagħmel tfittxija fuq il-persuna u jneħħi mingħand dik il-
persuna il-flejjes u kull oġġett ieħor li jinstabu fil-pussess tagħha, u
għandu jniżżel notament skond hekk fil-Ktieb tal-Proprjetà  tal-
Ħabsin.
Priġunieri li jħallsu 
multa.
11. Il-priġunieri li jħallsu multa f’idejn il-Gwardjan Prinċipali
biex jiġu rilaxxati għandhom jingħataw, mill-Gwardjan Prinċipali,
riċevuta uffiċjali qabel ma joħorġu mill-ħabs; u dawn il-flus
għandhom jintbagħtu lir-Reġistratur tal-Qrati fi żmien l-ewwel
ġurnata ta’ xogħol li tiġi wara.
Rilaxx ta’ 
priġunieri.
12. Kull rilaxx ta’ priġunier għandu jitniżżel kuljum fir-
Reġistru tar-Rilaxxi u jiġi ffirmat mill-Gwardjan Prinċipali.
Priġunieri li 
jeħtieġu kura fl-
isptar.
13. Il-priġunieri li l-istat ta’ saħħa tagħhom jitlob li jkunu
kkurati fl-isptar għandhom jiġu trasferiti fl-isptar, jekk ma tistax
tingħata akkomodazzjoni xierqa fil-ħabs, u għandhom jittieħdu
dawk il-miżuri biex dawn il-pazjenti jinżammu ’l bogħod minn
pazjenti oħra.
2 L.S.260.01 ħ ĦABS TA’ GĦAWDEX
Dieta alimentari. 14. L-iskala tad-dieta alimentari tkun l-istess bħal dik għall-
istess kategorija ta’ priġunieri fil-Ħabs ta’ Kordin.
Dieta medika. 15. Id-dieta medika tingħata lill-priġunieri fuq ir-
rakkomandazzjoni ta’ l-Uffiċjal Mediku Distrettwali li jkun fuq ix-
xogħol. Għandu jinżamm record fil-ktieb tan-notamenti dwar
priġunieri taħt dieta medika, u dak in-notament għandu jiġi inizjalat
mill-Uffiċjal Mediku Distrettwali.
Prigunieri li qed 
jistennew li 
jittellgħu ’l qorti 
jew taħt sentenza 
ta’ detenzjoni.
16. Il-prigunieri li qed jistennew li jittellgħu ’l qorti jew taħt
sentenza ta’ detenzjoni jistgħu jkollħhom ikel provdut lilhom bi
spejjeż tagħhom. Ħlief bl-ordni bil-miktub ta’ l-Uffiċjal Mediku,
ma jistax jingħata ebda nbid jew aktar minn pinta birra u l-ebda
likuri spiritużi, jew tabakk fi kwalunkwe forma, lil dawn il-
priġunieri.
Priġunieri li ma 
jipprovdux għall-
ikel tagħhom.
17. Il-priġunieri taħt detenzjoni li ma jipprovdux għall-ikel
tagħhom jistgħu jiġu mġiegħla jaħdmu.
Priġunieri ma 
jistgħux jitkellmu 
bejniethom.
18. Il-priġunieri ma jistgħux jitkellmu jew jikkomunikaw
bejniethom ħlief b’ordni tad-Direttur.
Ħinijiet ta’ meta 
jinfetaħ u meta 
jissakkar.
L.S.260.03
19. Il-ħinijiet ta’ meta jinfetħu u jissakkru ċ-ċelel tal-
priġunieri u l-ilbies tal-ħabs ikunu l-istess bħal ma hemm provdut
fir-Regolamenti dwar il-Ħabs.
Dmirijiet tal-
Gwardjan 
Prinċipali.
20. (a) Il-Gwardjan Prinċipali jkun responsabbli lejn id-
Direttur tal-Ħabs, u għandu jirrapporta lilu u jirċievi
istruzzjonijiet mingħandu dwar kull ħaġa li hi
konnessa mal-ħabs. Ikun responsabbli biex jara li kull
ordni mniżżel fil-Ktieb ta’ l-Ordnijiet tad-Direttur jiġi
mwassal lill-gwardjani taħtu u esegwit.
(b) F’ebda okkażjoni ma għandu jitlaq mill-ħabs mingħajr
ma jkun sostitwit bi gwardjan, u bil-permess minn
qabel tad-Direttur.
(ċ) Għandu immedjatament jirrapporta lid-Direttur kull
nuqqas, kondotta ħażina jew irregolarità  tal-gwardjani
kif ukoll dwar kull ċirkostanza, li jsir jaf biha, li tista’
tolqot is-sigurtà , is-saħħa u d-dixxiplina tal-priġunieri.
(d) Għandu jagħti, fis-sitta ta’ filgħaxija, iċ-ċwievet tal-
bieb ta’ barra tal-ħabs lill-gwardjan li jkun xogħol bil-
lejl.
(e) Għandu jżur u jispezzjona kull bitħa, ċella u diviżjoni
tal-ħabs kull meta jkun possibbli u għandu jiżgura li il-
post kollu jinżamm nadif u rranġat sewwa, billi
jittieħed kont ta’ l-indafa personali tal-priġinieri.
(f) Għandu jiżgura li jingħata iċ-ċwievet tal-bieb ta’ barra
tal-ħabs kull filgħodu mill-gwardjan ta’ bil-lejl.
(g) Ikun responsabbli għal kull oġġett ta’ lbies, razzjon u
provvisti li jingħataw lill-priġunieri u għandu jattendi
personalment għad-distribuzzjoni tar-razzjonijiet
skond id-dieta alimentari.
(h) Ikun responsabbli għall-ħażniet kollha kif ukoll għall-
għamara u għodda, eċċ, li jkun hemm fil-ħabs u għandu
ĦABS TA’ GĦAWDEX ġ L.S.260.01 3
jiżgura li kull oġġett li għandu x’jaqsam magħhom
jitniżżel fil-Ktieb ta’ l-Inventarju.
(i) Ma għandux idaħħal visitaturi fil-ħabs mingħajr il-
permess bil-miktub tad-Direttur tal-Ħabs.
(j) Għandu jżomm il-kotba li ġejjin:
(i) reġistru msejjaħ "ir-Reġistru tal-Priġunieri" li
fih jitniżżlu l-isem, il-kunjom, l-età , isem
missier, u r-residenza tal-priġunieri, d-data ta’
meta ddaħħlu l-ħabs, ix-xorta ta’ akkuża, taħt
liema awtorita ddaħħlu l-ħabs, id-data tas-
sentenza, u s-sentenza mogħtija;
(ii) "Ktieb tal-Proprjetà  tal-Priġunieri" li fih
jitniżżlu l-flus u oġġetti oħra meħudin mill-
priġunieri;
(iii) "Ktieb tar-Razzjon" li jkun fih l-għadd totali ta’
razzjonijiet pprovduti kuljum;
(iv) "Reġistru tad-Dħul u tar-Rilaxx kuljum";
(v) inventarju ta’ l-affarijiet kollha li hemm ġewwa
l-ħabs, li jiddistingwi bejn dawk li huma fl-użu u
dawk li huma maħżuna;
(vi) kull ktieb ieħor li jiġi ordnat mid-Direttur biex
iżomm.
Dmirijiet tal-
gwardjani.
21. (a) Il-gwardjani għandhom jobdu l-ordnijiet tad-Direttur u
tal-Gwardjan Prinċipali u għandhom ikunu
responsabbli li jkunu jafu sew ir-regoli u l-ordnijiet li
għandhom x’jaqsmu max-xogħol tagħhom;
(b) Ma għandhomx ikunu assenti mill-ħabs waqt il-ħinijiet
tax-xogħol mingħajr il-permess tad-Direttur;
(ċ) Għandhom jittrattaw mal-priġunieri b’mod ħanin u
umanitarju, waqt li fl-istess ħin ikunu sodi, iżommu l-
ordni u d-dixxiplina u jenforzaw l-osservanza sħiħa
tar-regoli u ordnijiet kollha;
(d) Ma għandhomx jitkellmu b’mod familjari mal-
priġunieri u ma għandhomx jikkorrispondu jew ikunu
f’kuntatt mal-qraba tal-priġunieri sakemm ma jkunux
ġew espressament awtorizzati mid-Direttur;
(e) Għandhom jispezzjonaw, kemm jista’ jkun
frekwentement, il-btieħi u d-diviżjonijiet, u għandhom
jaqbdu kull oġġett projbit u jikkonsenjawh lill-
Gwardjan Prinċipali
(f) Ikunu responsabbli għall-indafa tal-post, taċ-ċelel,
btieħi u diviżjonijiet, u għandhom jissorveljaw fuq ix-
xogħol tal-priġunieri assenjati lilhom.
(g) Il-gwardjan tax-xogħol ta’ bil-lejl għandu jsakkar l-
ħabs fit-tmienja ta’ filgħaxija u għandu jżomm iċ-
ċwievet taħt il-kustodja tiegħu sal-ħin li jerġgħu
jinfetħu l-bibien filgħodu, meta għandu jikkonsenja ċ-
ċwievet lill-Gwardjan Prinċipali. Ma għandu jħalli lil
ħadd jidħol jew joħroġ bejn il-hinijiet ta’ meta jkun
4 L.S.260.01 ħ ĦABS TA’ GĦAWDEX
sakkar bil-lejl u meta jiftaħ filgħodu ħlief l-uffiċjali
tal-ħabs jew xi uffiċjal ieħor pubbliku f’każ ta’
emerġenza.
Spezzjon. 22. Il-Kummissarju għal Għawdex għandu jispezzjona l-ħabs u
jżur l-ħabs għall-għarrieda għall-inqas darba fix-xahar, u jniżżel ir-
riżultat ta’ l-ispezzjonijiet tiegħu fil-Ktieb Uffiċjali tal-Visitaturi.
Żjarat.
L.S.260.03
23. Is-setgħat tal-Kummissarju għal Għawdex ikunu l-istess
bħal dawk mogħtija lill-Bord tal-Visitaturi skond it-Taqsima IV
tar-Regolamenti dwar il-Ħabs.
Każijiet ta’ 
emerġenza.
24. F’każijiet ta’ emerġenza li ma hemmx provdut għalihom
f’dawn ir-regolamenti, id-Direttur tal-Ħabs għandu jieħu dik l-
azzjoni li jidhirlu meħtieġa u jirrapporta minnufih dwar dil l-
azzjoni lill-Ministru.
Priġunieri 
mibgħuta biex jiġu 
proċessati.
25. Priġunier mibgħut biex jiġi proċessat mil--Qorti tal-
Maġistrati għall-Gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna jista’, minflok
ma jiġi miżmum fil-Ħabs ta’ Għawdex, jiġi miżmum fil-Ħabs ta’
Kordin:
Iżda kull priġunier bħal dan li, wara li jkun hekk ġie
mibgħut biex jiġi proċessat, ikun baqa’ miżmum fil-Ħabs ta’
Għawdex għandu, kemm jista’ jkun malajr wara li jiġi preżentat l-
att ta’ l-akkuża kontra tiegħu mill-Avukat Ġenerali, jiġi meħud u
miżmum fil-Ħabs ta’ Kordin.
