ĦABS ġ L.S.260.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 260.03
REGOLAMENTI DWAR IL-ĦABS
1 ta’ Ottubru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 118 ta’ l-1995, kif emendat bl-Avviżi Legali 127 ta’ l-
1997, 14 u 225 ta’ l-2000, u 58 ta’ l-2001.
TAQSIMA I
Preliminari
Titolu.
Ħabs.
Applikazzjoni ta’ 
dawn ir-
regolamenti.
Kap. 260.
2. (1) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-
istituzzjoni sal-lum magħrufa bħala l-Ħabs ta’ Kordin u, safejn
prattikabbli, għal kull post ieħor, bini ieħor jew parti minn bini
ieħor dikjarati li jkunu ħabs taht l-Att dwar il-Ħabs, u f’dawn ir-
regolamenti l-kelma "ħabs" għandha tiftiehem skond hekk:
Iżda meta lock-up tal-pulizija jkun ġie dikjarat li jkun ħabs,
dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal xi persuna kif
imsemmija fl-artikolu 4(2)(e) ta’ dak l-Att li tkun miżmuma f’dak
il-lock-up.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 260.
"Bord" tfisser il-Bord ta’ Viżitaturi tal-Ħabs imsemmi fl-artikolu
8 ta’ l-Att;
"Direttur" tfisser id-Direttur tal-Ħabs u tinkludi, sal-limitu ta’ l-
awtorità  mogħtija, kull uffiċjal pubbliku ieħor awtorizzat għal hekk
mill-imsemmi Direttur bl-approvazzjoni tal-Ministru għal dak il-
perijodu ta’ żmien li l-Ministru jiddeċiedi;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ħabs u tinkludi,
sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull persuna awtorizzata għal
hekk għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dawn ir-regolamemti;
"priġunier mhux ikkundanmat" tinkludi priġunier ikkundannat
meta l-eżekuzzjomi tas-sentenza tkun ġiet imwaqqfa skond il-liġi
pendenti appell, kif ukoll kull persuna miżmuma fil-ħabs għall-
iskop ta’, jew pendemti, l-għoti tagħha f’idejn stat barrani taħt xi
liġi dwar l-estradizzjoni li tkun isseħħ f’dak iż-żmien.
"qarib viċin" tfisser -
(a) il-mara jew raġel, jew kull axxendent, dixxendent, ħu
jew oħt tal-priġunier,
(b) kull axxendent, dixxendent, ħu jew oħt tal-mara jew
raġel tal-priġunier,
(ċ) il-mara jew raġel ta’ axxendent, dixxendent, ħu jew
oħt tal-priġunier, jew
(d) bl-approvazzjoni tal-Ministru, kull persuna oħra li
2 L.S.260.03 ħ ĦABS
magħha l-priġunier ikollu, minn qabel id-dħul kurrenti
tiegħu fil-ħabs, relazzjoni stabbilita li tikkompara fl-
importanza ma’ dawk imsemmija fil-paragrafu (a) ta’
din it-tifsira;
Kap. 9.
"reklużjoni f’ċella" tinkludi reklużjoni kif provdut fl-artikolu
9(4) tal-Kodiċi Kriminali.
"Tribunal" tfisser it-Tribunal ta’ l-Appelli msemmi fir-
regolament 79.
Prinċipji bażiċi u 
objettivi ta’ 
trattament.
3. (1) Fl-applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti għandhom
f’kull żmien ikunu osservati dawn il-prinċipji bażiċi u objettivi ta’
trattament li ġejjin:
(a) L-għan ta’ dawn ir-regolamenti huwa li jitnissel fil-
priġunieri sens ta’ dixxiplina u responsabbiltà  u, safejn
possibbli li dawn ikunu jistgħu jirriformaw il-karattru
tagħhom waqt li jkunu qegħdin jiskontaw il-piena
tagħhom skond il-liġi bid-dinjità  u r-rispett li l-
bniedem jistħoqqlu, li jiġu mgħallma dwar l-impatt
tad-delitti fuq il-vittmi, familji u komunitajiet
tagħhom, u li jittejbu l-prospetti tagħhom ta’ dħul lura
b’suċċess fis-soċjetà  wara li jinħelsu mill-ħabs; u
(b) Il-privazzjoni tal-libertà , biż-żamma ta’ persuna fil-
ħabs, hija piena fiha nfisha u l-kondizzjonijiet ta’ dik
il-privazzjoni ta’ libertà  u r-reġim tal-ħabs ma
għandhomx jiġu aggravati ħlief kif ikun meħtieġ għal
segregazzjoni ġustifikabbli jew għaż-żamma tas-
sigurtà , il-bon ordni u d-dixxiplina.
(2) Ir-regoli li jinsabu f’dawn ir-regolamenti għandhom jiġu
applikati b’mod imparzjali mingħajr diskriminazzjoni għal
raġunijiet ta’ razza, kulur, sess, ilsien, reliġjon, fehma politika jew
oħra, twelid nazzjonali jew soċjali, status ekonomiku jew status
ieħor.
TAQSIMA II
Priġunieri
Ġenerali
Dħul ta’ priġunier 
fil-ħabs u l-ħelsien 
tiegħu.
Emendat:
A.L. 127 ta’ l-
1997.
4. (1) Ebda persuna ma għandha tinżamm f’ħabs mingħajr
dokument validu biex il-persuna tinżamm il-ħabs iffirmat kif imiss
minn uffiċjal awtorizzat tal-qorti jew awtorità  kompetenti oħra li
tagħti s-sentenza jew ordni biex dik il-persuna tiġi hekk miżmuma,
jew, fil-każ ta’ persuna arrestata għal reat, minn uffiċjal tal-pulizija
li ma jkunx taħt ir-rank ta’ Spettur.
(2) Id-dokument biex persuna tinżamm il-ħabs għandu jkun
fil-forma murija fl-Ewwel Skeda u fih għandhom jitniżżlu l-
partikolaritajiet mitluba minnu.
(3) Kull dokument biex persuna tinżamm il-ħabs għandu jiġi
kkonservat mid-Direttur flimkiem mar-records persomali ta’ kull
priġunier.
(4) Id-Direttur għandu minnufih jgħarraf lill-Ministru b’kull
każ li fih tiġi mdaħħla l-ħabs persuna ta’ taħt it-tmintax-il sena.
ĦABS ġ L.S.260.03 3
(5) Id-Direttur għandu minnufih jgħarraf lill-Ministru b’kull
każ li fih priġunier ikun ġie detenut jew inżamm taħt arrest fil-ħabs
għal aktar minm tmienja u erbgħin siegħa mingħajr ma jkun tressaq
quddiem qorti.
(6) Il-priġunier għandu jinħeles mill-ħabs bejn is-7.00 p.m. u
l-10.00 p.m. ta’ l-aħħar jum ta’ għeluq iż-żmien tal-priġunerija
tiegħu.
(7) Priġunier fi bżonn finanzjarju jista’, meta jinħeles għal
kollox mill-ħabs, jingħata għotja mal-ħelsien li tkun tgħin lil dak il-
priġunier jiffaċċja dawk il-bżonnijiet urġenti li jiltaqa’ magħhom
meta huwa jinħeles. Is-somma ta’ l-għotja u l-metodu kif din
tingħata għandhom ikunu skond dawk id-direttivi ġenerali li jistgħu
minn żmien għal żmien jiġu approvati mill-Ministru. F’dan is-
subregolament "priġunier fi bżonn finanzjarju" tfisser priġunier li,
fil-fehma tal-Ministru, ma jkollux il-mezzi ta’ manteniment tiegħu
nnifsu, inklużi dawk għall-ħtieġa ta’ ikel, ilbies u post fejn
jgħammar.
Problemi personali 
urġenti.
5. (1) Meta jiddaħħlu l-ħabs, il-priġunieri għandhom jiġu
megħjuna, safejn prattikabbli, biex isolvu l-problemi personali
urġenti tagħhom.
(2) Kif jidħol il-ħabs kull priġunier għandu jkollu d-dritt li
jgħarraf bil-priġunerija tiegħu, permezz tad-Direttur, lill-mara jew
lir-raġel, jekk ikun miżżewweġ, jew lill-qarib l-aktar viċin tiegħu
jew lil xi persuna oħra indikata minnu. Jekk il-priġunier ma jkunx
jixtieq jagħmel dan ebda persuna ma għandha tiġi infurmata bil-
priġunerija tiegħu kemm-il darba ma jkunx hemm raġunijiet li
jipprevalu bħalma huma l-età , l-istat mentali jew inkapaċità  oħra
tal-priġunier.
(3) Priġunieri mhux ikkundannati għandhom jingħataw
faċilitajiet biex jikkuntattjaw konsulent legali ta’ l-għażla tagħhom
u biex japplikaw, fejn ikun meħtieġ, għal għajnuna legali bla ħlas.
Tfittxija fuq 
priġunieri.
6. (1) Mad-dħul tiegħu fil-ħabs u wara dan kull meta jitqies li
jkun meħtieġ, għandha ssir tfittxija fuq kull priġunier b’dak il-mod
u minn dawk l-uffiċjali tal-ħabs li d-Direttur iqis li jkunu xierqa.
(2) It-tfittix fuq priġunier għandu jsir b’osservanza kif imiss
tad-deċenza u tad-dinjità  personali u bl-aktar mod dekoruż li jkun
konsistenti mal-ħtieġa ta’ kxif ta’ xi oġġett moħbi.
(3) Priġunier jista’ jiġi ordnat jinża’ ħwejjġu sabiex issirlu
tfittxija kif provdut fis-subregolament (4). Il-priġunier jista’ waqt
dik it-tfittxija jeħtieġ il-preżenza ta’ uffiċjal tal-ħabs ieħor
disponibbli.
(4) (a) Id-Direttur jista’ jordna tfittxija, inkluża spezzjoni
viżwali tal-kavitajiet tal-ġisem, sabiex jiġi żgurat li l-
priġunier ma jkunx qed iġorr fuqu xi oġġett projbit.
(b) Id-Direttur jista’ bil-miktub jordna spezzjoni diġitali
jew strumentali tal-kavitajiet anali jew vaġinali tal-
priġunier sabiex jiġi żgurat jekk il-priġunier ikunx qed
iġorr xi oġġett projbit hemmhekk, u jista’ bl-istess mod
jordna kull test jew proċedura raġonevoli sabiex jiġi
żgurat jekk priġunier ikunx qed iġorr fuqu xi ħaġa f’xi
4 L.S.260.03 ħ ĦABS
kavità  tal-ġisem. Dawn it-tfittxijiet u t-testijiet
għandhom isiru minn membru tas-Servizzi Mediċi tal-
Ħabs fl-infermerija jew post ieħor adattat.
(5) Id-Direttur għandu jżomm reġistru ta’ kull tfittxija ordnata
taħt is-subregolament (4), waqt li jindika fih il-priġunier imfittex u
r-raġunijiet għall-ordni tat-tfittxija, kif ukoll ir-riżultati ta’ dik it-
tfittxija.
(6) Kull tfittxija fuq il-persuna għandha ssir minn uffiċjal tal-
ħabs ta’ l-istess sess, f’post privat u moħbija minn għajnejn persuni
oħra.
Parikolaritajiet tal-
priġunier.
7. (1) Reġistru ta’ kull dħul fil-ħabs u ħelsien mill-ħabs u
record personali ta’ kull priġunier għandu jinżamm mid-Direttur
jew minn xi uffiċjal tal-ħabs awtorizzat minnu għal dan il-għan.
(2) Kif priġunier jiddaħħal il-ħabs, għandhom minnufih
jitniżżlu fir-reġistru tad-dħul id-dettalji essenzjali tad-dokument
biex il-persuna tinżamm il-ħabs flimkien ma’ l-isem, l-età , it-tul, il-
piż, id-dehra ġenerali, il-marki partikolari, jekk ikun hemm, in-
nazzjonalità  u d-denominazzjoni reliġjuża tal-priġunier flimkien
ma’ informazzjoni oħra dwar l-identità  tal-priġunier u l-jum u l-ħin
tad-dħul tiegħu.
(3) Priġunier għandu mad-dħul jiġi fotografat u għandhom
jittieħdu l-impronti diġitali tiegħu. Wara dan jistgħu jittieħdu
ritratti ġodda skond kif id-Direttur jara li jkun meħtieġ. L-
imsemmija ritratti, inklużi n-negattivi u l-impronti diġitali,
għandhom jiġu mdaħhla fir-records li jkollhom x’jaqsmu mal-
priġunier, iżda fil-każ ta’ priġunier mhux ikkundannat għandhom
jiġu rritornati lill-priġunier jekk dan ta’ l-aħħar jiġi wara illiberat.
(4) Ir-reġistru tad-dħul u records personali oħra, inklużi r-
records tal-proprjetà  tal-priġunier, għandhom jinżammu fiż-żgur
fil-kustodja tad-Direttur. Il-kontenut tagħhom ma għandu jiġi
żvelat lil ebda persuna ħlief bil-kunsens tal-priġunier innifsu, jew
fuq l-ordni ta’ l-Avukat Ġenerali jew ta’ qorti, jew bl-
awtorizzazzjoni tal-Ministru, jew bi twettiq ta’ xi obbligu
internazzjonali assunt mill-Gvern ta’ Malta.
(5) Priġunier jista’, jew kif jidħol il-ħabs jew f’xi żmien wara,
jiġi intervistat mid-Direttur fuq ħwejjeġ dwar il-familja tiegħu u l-
isfond soċjali jew edukattiv tiegħu, inkluża l-okkupazzjoni tiegħu,
partikolarment sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi ta’
trattament tar-reġim tal-ħabs u jkun jista’ jitfassal il-programm ta’
taħriġ tal-priġunier, iżda lill-priġunier ma’ tista’ ssirlu ebda
mistoqsija mid-Direttur jew minn xi uffiċjal tal-ħabs dwar l-għemil
ta’ xi reat li ma jkunx reat kontra d-dixxiplina taħt dawn ir-
regolamenti.
(6) Għall-finijiet tar-regolament 2 u tar-regolament 61(1)(a),
(b) u (ċ), il-priġunier għandu jindika fil-ħin tad-dħul tiegħu fil-
ħabs, fuq formula approvata mid-Direttur, id-dettalji dwar il-qraba
viċini tiegħu, liema dettalji għandhom jinkludu l-ismijiet tagħhom,
l-indirizi tagħhom, u x-xorta ta’ relazzjoni, u, jekk disponibbli, in-
numri tal-karta ta’ l-identità  tagħhom u u n-numri tat-telefon
tagħhom. Kull dikjarazzjoni minn priġunier li tgħid li jkollu
relazzjoni stabbilita ma’ persuna, li ma tkunx il-mara jew ir-raġel
ĦABS ġ L.S.260.03 5
tiegħu, axxendent tiegħu, dixxendent tiegħu, ħuħ jew oħtu, li
tikkompara fl-importanza ma’ dawk tax-xorta ta’ qarib viċin,
għandha ssir billi dik ir-relazzjoni tiġi konfermata bil-ġurament
mill-priġunier. Minkejja kull dikjarazzjoni bħal din, il-Ministru
jista’ jordna li jsiru investigazzjonijiet minn persuni ta’ fiduċja
dwar relazzjonijiet tali sabiex ikomplu jivverifikaw u jistabbilixxu
x-xorta u l-qawwa tar-rabta ta’ bejn il-priġunier u dik il-persuna l-
oħra.
Proprjetà  tal-
priġunier.
8. (1) Priġunier mhux ikkundannat jista’ jżomm, jekk ikollu
lilhom miegħu meta jidħol il-ħabs, jew jiġu provduti lilu a spejjeż
tiegħu u jżomm għall-użu personali tiegħu, kotba, gazzetti, materjal
tal-kitba u mezzi oħra ta’ okkupazzjoni, kemm-il darba dan ma
jkunx oġġezzjonabbli għad-Direttur minħabba li ma jkunx
kompatibbli ma’ l-interess ta’ l-amministrazzjoni tal-ġustizzja jew
mas-sigurtà  jew bon ordni tal-ħabs.
(2) Kull flus jew oġġetti oħra fil-pussess ta’ priġunier li jkunu
konnessi jew li jkunu raġonevolment issuspettati li jkunu konnessi
ma’ reat għandhom jingħataw f’idejn il-Pulizija mid-Direttur
sabiex jingħamel minnhom skond il-liġi. Jekk xi oġġetti oħra fil-
pussess ta’ priġunier ikunu oġġetti li jeħżienu malajr jew ta’
periklu, dawn għandhom, fuq l-ordni tad-Direttur, jiġu meqruda.
Jekk priġunier idaħħal miegħu fil-ħabs xi mediċini d-Direttur
għandu jiddeċiedi x’użu għandu jsir minnhom wara li jkun kiseb il-
parir tat-Tabib tal-Ħabs.
(3) Kull ħaġa, li ma tkunx flus, li ma taqax taħt is-
subregolament preċedenti, kemm jekk miġjuba mill-priġunier stess
jew mibgħuta jew miġjuba lilu għall-użu tiegħu waqt li jkun fil-
ħabs, li, għal xi raġuni, ma tkunx permessa mid-Direttur li tinżamm
mill-priġunier, għandha tiġi rtirata mingħandu mid-Direttur u
għandha tiġi reġistrata fl-inventarju ta’ l-oġġetti tal-priġunier li l-
priġunier ikun meħtieġ jiffirma wara li jkun ingħata opportunità
xierqa biex jara li jkun korrett. Dik il-proprjetà  għandha tinżamm
għall-priġunier fil-kustodja tad-Direttur sal-ħelsien tal-priġunier.
(4) Kull flus li priġunier ma jitħalliex iżomm mid-Direttur,
kemm jekk miġjuba mill-priġunier jew mibgħuta jew miġjuba lilu
fil-ħabs, għandhom jitħallsu f’kont taħt il-kontroll tad-Direttur u l-
priġunier għandu jiġi akkreditat bl-ammont fil-kotba tal-ħabs
sakemm jiġi meħlus.
(5) Jekk priġunier jitlob biex jingħataw f’idejn qarib jew ħabib
xi flus jew proprjetà  li jaqgħu taħt is-subregolamenti (1), (3) jew
(4), id-Direttur għandu jagħti effett lil dik it-talba fuq l-għoti ta’
riċevuta mill-imsemmi qarib jew ħabib, basta li dak il-qarib jew
ħabib ma jkunx priġunier.
(6) Il-priġunier għandu jingħata riċevuta ta’ kull flus jew
oġġetti rtirati mingħandu u għandu jagħti riċevuta lid-Direttur meta
jingħatawlu lura.
(7) Kull oġġett proprjetà  ta’ priġunier li jkun baqa’ ma
nġabarx lura għal perijodu ta’ aktar minn sentejn wara li l-priġunier
ikun telaq mill-ħabs jew miet waqt li fil-ħabs jista’ jiġi mneħhi
6 L.S.260.03 ħ ĦABS
favur xi organizzazzjoni xierqa ta’ after-care jew fond tal-vittmi
approvati mill-Bord.
(8) Id-Direttur jista’ jikkonfiska kull oġġett mhux awtorizzat li
jinstab fil-pussess ta’ priġunier.
Notifikazzjoni ta’ 
mewt, mard, 
trasferiment, eċċ.
Kap. 9.
9. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 551(2) tal-Kodiċi Kriminali, jekk priġunier imut, jimrad
serjament, jew iweġġa’ serjament, id-Direttur għandu minnufih
jgħarraf lil kull persuna li tkun ġiet qabel indikata mill-priġunier
għal dak il-għan.
(2) Priġunier għandu jiġi mgħarraf minnufih bil-mewt jew
mard jew korriment serju ta’ kull qarib viċin.
Trasferiment ta’ 
prigunieri.
10. (1) Priġunier li jkun meħtieġ li jittieħed f’kustodja
x’imkien barra mill-ħabs għandu jinżamm fil-kustodja ta’ uffċjali
tal-ħabs jew tal-pulizija.
(2) Priġunier li jkun meħtieġ li jittieħed f’kustodja għal xi
qorti għandu jitħalla jilbes l-ilbies tiegħu stess jew ilbies differenti
mil-libsa milbusa fil-ħabs.
(3) Huwa projbit it-trasport ta’ priġunieri f’mezzi tat-trasport
mingħajr ventilazzjoni jew dawl biżżejjed jew li jistgħu b’xi mod
jissuġġettawhom għal tbatija fiżika bla bżonn jew indinjità .
(4) Meta l-priġunieri jkunu qed jiġu trasferiti għal jew minn
ħabs jew minn ħabs għal ieħor, għandhom jittieħdu s-salvagwardi
xierqa biex jipproteġuhom mill-insulti u l-kurjożità .
Rapporti, 
informazzjoni u 
programm ta’ 
taħriġ.
Emendat:
A.L. 127 ta’ l-
1997.
11. (1) Kemm jista’ jkun malajr wara d-dħul:
(a) għandhom jiġu kkompilati rapporti sħaħ u għandha
tinġabar informazzjoni rilevanti dwar il-qagħda
personali ta’ priġunier inkluża l-ħajja familjari tiegħu
u l-edukazzjoni li jkollu; u
(b) fil-każijiet adatti u għal priġunieri b’sentenza ta’ tul
adatt, jista’ jitfassal programm ta’ taħriġ bi tħejjija
għal meta l-prigunier jiġi ultimament meħlus
f’konsultazzjoni, kemm jista’ jkun, mal-persunal
rilevanti u mal-priġunier innifsu u konsistentement
ma’ l-għanijiet imniżżla fir-regolament 3(1) u mal-
ħtiġiet ta’ tmexxija tal-ħabs.
(2) Il-programmi ta’ taħriġ għandhom jipprovdu biex il-
priġunieri jingħataw tagħlim f’dawk is-suġġetti u snajja’ li l-ħabs
ikun jista’ jagħti u jipprovdu wkoll għall-edukazzjomi fiżika
tagħhom skond l-età , il-personalità  u l-isfond ġenerali tagħhom.
(3) L-imsemmija rapporti u informazzjoni għandhom dejjem
jinkludu r-rapporti tat-Tabib tal-Ħabs u tal-personal li jkun
direttament inkarigat mill-priġunier ikkonċernat.
(4) Ir-rapporti u l-informazzjoni dwar il-priġunieri għandhom
jinżammu b’osservanza kif imiss tal-konfidenzjalità  fuq bażi
individwali, għandhom jinżammu aġġornati regolarment u
għandhom ikunu aċċessibbli biss għal persuni awtorizzati.
(5) Il-Bord għandu jagħti l-parir tiegħu b’mod ġenerali lid-
Direttur dwar il-programmi ta’ taħriġ li l-priġunieri jkunu jistgħu
ĦABS ġ L.S.260.03 7
isegwu.
Allokazzjoni, 
klassifikazzjoni u 
separazzjoni ta’ 
priġunieri.
Emendat:
A.L. 127 ta’ l-
1997.
12. (1) Fl-allokazzjoni ta’ priġunieri f’ħabsijiet differenti, jew
f’sezzjonijiet jew diviżjonijiet differenti ta’ ħabs, jew f’reġimi
differenti tal-ħabs, għandu jittieħed qies kif imiss tal-qagħda
ġudizzjarja u legali tagħhom u għandha, fil-limiti tal-prattikabilità ,
ssir distinzjoni kif imiss bejn dawn li ġejjin:
(a) priġunieri rġiel u priġunieri nisa;
(b) priġunieri mhux ikkundannati u priġunieri
kkundannati;
(ċ) priġunieri kkundannati għad-detenzjomi u priġunieri
oħra;
(d) priġunieri ta’ taħt l-età  ta’ wieħed u għoxrin sena u
priġunieri ta’ fuq dik l-età ;
(e) priġunieri kkundannati għall-priġunerija għall-ewwel
darba u dawk ikkundannati aktar minn darba; u
(f) priġunieri għal żmien qasir u priġunieri għal żmien
twil.
(2) Għandu wkoll jittieħed qies kif imiss ta’ kull ħtieġa
speċjali tal-programmi ta’ taħriġ imfassla għall-priġunieri u tal-
ħtiġiet mediċi tagħhom.
(3) Priġunieri rġiel u priġunieri nisa għandhom kemm jista’
jkun jinżammu f’ħabsijiet separati li l-personal tagħhom, ħlief
għad-Direttur, l-Assistent Direttur u l-Kappillan, ikun kompost
minn uffiċjali tal-ħabs ta’ l-istess sess bħall-priġunieri. Jekk il-ħabs
jilqa’ kemm priġunieri rġiel kif ukoll priġunieri nisa għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet tas-subregolament (7).
(4) Priġunieri ta’ taħt l-età  ta’ wieħed u għoxrin sena
għandhom jinżammu taħt kondizzjonijiet li jieħdu
f’konsiderazzjoni l-ħtiġiet ta’ l-età  tagħhom u li jipproteġuhom
minn influwenzi ħżiena.
(5) Sa fejn jista’ raġonevolment isir:
(a) priġunieri mhux ikkundannati u priġunieri
kkundannati għad-detenzjoni ma għandhomx
jinżammu f’kuntatt ma’ priġunieri oħra;
(b) priġunieri li minhabba fir-record kriminali tagħhom
jew minħabba fil-personalità  tagħhom jistgħu
jeżerċitaw influwenza ħażina għandhom jinżammu
separati minn, u bla kuntatt ma’, priġunieri oħra; u
(ċ) priġunieri kkundannati għal iżjed minn sena
priġunerija għandhom jinżammu separati minn dawk li
jkunu qed jiskontaw sentenzi iqsar.
(6) Ebda ħaġa f’dan ir-regolament ma titlob li priġunier jiġi
mċaħħad inġustament mis-soċjetà  ta’ persuni oħra jew li timpedixxi
priġunieri li għandhom jinżammu separati minn, jew bla kuntatt
ma’, oħrajn, milli jieħdu sehem, taħt sorveljanza, f’attivitajiet
organizzati li jiswew ta’ benefiċċju għall-priġunieri li jkunu
jiffurmaw parti minn programm ta’ tahriġ awtorizzat.
(7) Jekk il-ħabs jilqa’ kemm priġunieri rġiel kif ukoll
8 L.S.260.03 ħ ĦABS
priġunieri nisa, il-post kollu allokat għal sess jew l-iehor għandu
jinżamm separat għal kollox u għandu jkollu dħul u ħruġ separat.
Jekk ikun hemm bieb li jinfed iċ-ċavetta għandha tinżamm fil-
pussess esklużiv tad-Direttur u, meta huwa ma jkunx preżenti, fil-
pussess ta’ uffiċjal awtorizzat minnu. Id-dħul, it-tfittxijiet, l-
eżamijiet mediċi u l-intervisti jew proċeduri oħra meħtieġa jew
permessi taħt dawn ir-regolamenti għandhom isiru fis-sezzjoni tal-
ħabs allokata għall-priġunier ikkonċernat skond is-sess, u kull
attenzjomi medika meħtieġa għandha tingħata fl-istess sezzjoni.
Sistema ta’ 
privileġġi.
13. (1) Għandu jkun hemm stabbilita, bl-approvazzjoni tal-
Ministru, sistema ta’ privileġġi adattata għall-metodi differenti ta’
trattament u għall-klassijiet differenti ta’ priġunieri, inklużi
priġunieri mhux ikkundannati. Dawn il-privileġġi għandhom
jinkludu arranġamemti u limitazzjonijiet li taħthom il-priġunieri
jkunu jistgħu jixtru fil-ħabs oġġetti li d-Direttur jippermetti li
jinbiegħu fil-ħabs, u li taħthom ikunu jistgħu jżommu radju
personali jew oġġetti partikolari oħra fiċ-ċella tagħhom.
(2) Kull privileġġ jista’ jiġi rtirat mid-Direttur f’kull żmien
mingħajr il-ħtieġa li jagħti xi raġuni u jista’ wkoll jintilef bħala
piena għal reat kontra d-dixxiplina kif provdut fir-regolament 78.
(3) Dritt mogħti direttament lill-priġunieri b’dawn ir-
regolamenti ma għandux jiġi ttrattat bħala privileġġ mogħti mid-
Direttur bis-saħħa tas-setgħat delegati taħt dan ir-regolament, u
jista’ jintilef, jiġi mwaqqaf jew pospost biss bħala piena għal reat
kontra d-dixxiplina sa fejn din il-piena tkun kontemplata taħt dawn
ir-regolamenti.
Tnaqqis mis-
sentenza.
Emendat:
A.L. 127 ta’ l-
1997.
14. (1) Il-priġunieri li jkunu qed jiskontaw semtenza ta’
priġunerija għal żmien ta’ iżjed minn xahar jistgħu, minħabba fix-
xogħol u l-imġieba tajba tagħhom, jaqilgħu tnaqqis mis-semtenza
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolamemt, iżda dan ir-
regolament ma jippermettix li ż-żmien tal-priġunierija jiġi ridott
għal inqas minm wieħed u tletin jum.
(2) It-tnaqqis li jinqala’, jekk ikun il-każ, taħt dan ir-
regolament ma għandux jeċċedi terz tat-total ta’:
Kap. 9.
(a) iż-żmien ta’ kundanna għall-priġunerija kif ridott taħt
l-artikolu 22 tal-Kodiċi Kriminali, u
(b) kull żmiem li tulu l-akkużat kien inżamm f’kustodja,
qabel ma nsab ħati, minħabba r-reat jew reati li għalih
jew għalihom huwa jkun ġie impriġunat.
(3) Sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit l-ammont ta’ tnaqqis mis-
sentenza li l-priġunieri jistgħu jaqilgħu taħt dan ir-regolament, id-
Direttur, jew persuna awtorizzata minnu għal dak il-għan, għandu
jikkonsidra, fost ħwejjeġ oħra, l-andament tal-priġunier fuq ix-
xogħol, fil-programm ta’ taħriġ, fil-programmi edukattivi u fil-
programmi ta’ rijabilitazzjomi, u l-imġieba tajba ġenerali fuq
kollox tal-priġunier. Tkun ir-responsabbiltà  tad-Direttur li
jistabilixxi sistema li biha t-tnaqqis jimgħata skond kriterji
oġġettivi.
(4) Dan ir-regolament għandu jkollu effett suġġett għal kull
deċiżjoni dixxiplinarja ta’ telf ta’ tnaqqis u ma għandux japplika
ĦABS ġ L.S.260.03 9
għal priġunier li jkun qed jiskonta kundanna ta’ priġunerija għal
għomru.
(5) Id-Direttur għandu f’reġistru xieraq iżomm record tat-
tnaqqis mogħti lil kull priġunier. Dan ir-record għandu jiġi
mdaħħal fir-reġistru f’intervalli regolari ta’ mhux iżjed minn xahar.
Id-Direttur għandu jikkomunika lil kull priġunier f’intervalli
raġonevoli l-ammont ta’ tnaqqis mogħti lilu.
(6) Kull priġunier li jħoss ruħu aggravat minħabba li ma jkunx
ingħatalu tnaqqis jew minħabba l-ammont tat-tnaqqis mogħti lilu
taħt dan ir-regolament jista’, fi żmien ħamest ijiem, jappella lit-
Tribunal ta’ l-Appelli li għandu, wara li jisma’ lid-Direttur, lill-
priġunier u lil dawk il-persuni oħra li t-Tribunal iqis li jkunu
meħtieġa, jew jikkonferma jew jibdel id-deċiżjoni tad-Direttur. Id-
deċiżjoni tat-Tribunal tkun finali.
Orarju u rutina tal-
ħabs.
15. (1) Id-Direttur għandu jistabbilixxi orarju li juri r-rutina li
għandha tiġi segwita mill-priġunieri matul kull jum tal-ġimgħa,
inklużi l-ħinijiet riżervati għax-xogħol, ikel, studju, eżerċizzju u
rikreazzjoni.
(2) L-orarju għandu jiddistingwi b’mod ċar bejn il-jiem tax-
xogħol tal-ħabs u l-Ħdud, btajjel pubbliċi u jiem u ħinijiet oħra li
fihom ma jsirx xogħol fil-ħabs. L-orarju għandu wkoll jindika
b’mod ċar il-ħin tal-ftuħ u ta’ l-għeluq taċ-ċelel, waqt li jagħmel
distinzjoni bejn ix-xhur tas-sajf u x-xhur tax-xitwa, u jipprovdi
għal siegħa extra qabel l-għeluq taċ-ċelel għax-xhur tas-sajf. Dak l-
orarju għandu wkoll ikun jaqbel mad-disposizzjonijiet tar-
regolament 28.
Informazzjoni lill-
priġunieri.
16. (1) Kull priġunier għandu jiġi provdut, malajr kemm jista’
jkun wara d-dħul tiegħu fil-ħabs b’informazzjoni, stampata jew f’xi
għamla adatta oħra, dwar dawk id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti u ħwejjeġ oħra li jkun hemm bżonn li huwa jkun jaf
sabiex jifhem id-drittijiet u l-obbligi tiegħu u sabiex jadatta ruħu
għall-ħajja ta’ l-istituzzjoni, inklużi b’mod partikolari l-ħtiġiet ta’
dixxiplina u l-orarju tal-ħabs.
(2) Priġunieri li jkunu ta’ nazzjonalità  barranija u li għalihom
jista’ japplika trattat jew arranġament bejn Malta u l-pajjiż
tagħhom dwar it-trasferiment ta’ persuni kkundannati għandhom,
malajr kemm jista’ jkun wara li jkunu nstabu ħatja, jiġu provduti
bl-informazzjoni meħtieġa dwar is-sustanza ta’ dak it-trattat jew
arranġament.
Talbiet, ilmenti u 
petizzjonijiet.
17. (1) Kull talba minn priġunier biex jara lid-Direttur, lill-
Bord jew membru tiegħu, u kull ilment magħmul minn priġunier,
għandhom jiġu rreġistrati mill-uffiċjal tal-ħabs li lilu jkunu saru u
għandhom fil-pront jiġu mgħoddija lid-Direttur.
(2) Id-Direttur għandu, mingħajr dewmien żejjed, jara lill-
priġunier li jkun talbu biex jarah u għandu jieħu konjizzjoni ta’ kull
talba jew ilment li jsirulu.
(3) Meta priġunier ikun talab biex jara lill-Bord jew membru
tiegħu, id-Direttur għandu jiżgura li l-Bord jew il-membru jiġi
mgħarraf b’dik it-talba l-ewwel darba li jerġa’ jżur il-ħabs.
(4) Uffiċjali tal-ħabs li jkunu f’kuntatt dirett mal-priġunieri
10 L.S.260.03 ħ ĦABS
għandhom, fuq it-talba tal-priġunieri, jipprovduhom b’formula
xierqa approvata mid-Direttur għall-għemil ta’ talbiet, ilmenti jew
petizzjonijiet. Il-priġunieri jistgħu, madankollu, jissottomettu kull
talba, ilment jew petizzjoni f’kull għamla oħra xierqa bil-miktub u
anke verbalment.
Konfidenzjalità . 18. (1) Jekk priġunier hekk jitlob, id-Direttur jista’
jintervistah mingħajr ma tkun preżenti xi persuna oħra.
(2) Jekk priġunier hekk jitlob, il-Bord u kull wieħed mill-membri
tiegħujistgħujintervistawh mingħajr majkun preżenti d-Direttur jew
xi persuna oħra.
(3) Kull priġunier għandu jitħalla jagħmel talba jew ilment lid-
Direttur, lill-Bord jew lill-Ministru, jew li jagħmel petizzjoni lill-
President ta’ Malta, jew lil korp tad-drittijiet tal-bniedem
rikonoxxut internazzjonalment, b’mod konfidenzjali.
(4) Kull talba, ilment jew petizzjoni ta’ priġunier għandhom
jiġu ttrattati u mwieġba mingħajr dewmien żejjed.
Kondizzjonijiet fiżiċi u xogħol
Akkomodazzjoni 
għall-priġunieri.
19. (1) Kull priġunier għandu jitqiegħed f’ċella individwali
kemm-il darba, minħabba li ma jkunx hemm numru biżżejjed ta’
ċelel jew minħabba f’xi ċirkostanzi speċjali oħra, ma jkunx hemm
il-htieġa li jitqiegħed aktar minn priġunier wieħed f’ċella.
(2) Jekk id-Direttur jordna li jitqiegħed aktar minn priġunier
wieħed fl-istess ċella, huwa għandu minnufih jinnotifika lill-Bord,
waqt li jagħti r-raġunijiet għal dik l-azzjoni.
(3) Meta akkomodazzjoni tinqasam bejn għadd ta’ priġunieri
din għandha tiġi okkupata minn priġunieri tajbin biex jassoċjaw
ma’ xulxim f’dawk il-kondizzjonijiet, u f’każijiet bħal dawn
għandha tiżdied is-sorveljanza medika u sorveljanza oħra.
(4) L-akkomodazzjoni provduta lill-priġunieri, u b’mod
partikolari l-akkomodazzjoni ta’ rqad kollha, għandha tissodisfa l-
ħtiġiet tas-saħħa u ta’ l-iġjene, waqt li tittieħed konsiderazzjoni kif
imiss tal-kondizzjonijiet klimatiċi u speċjalment tal-kontenut
kubiku ta’ arja, b’ammont raġonevoli ta’ spazju, dawl u
ventilazzjoni. Din l-akkomodazzjoni għandha wkoll tippermetti
lill-priġunier li jikkomunika f’kull ħim ma’ uffiċjal tal-ħabs.
Dawl. 20. Fil-postijiet kollha fejn il-priġunieri jkunu mehtieġa jgħixu
jew jaħdmu:
(a) it-twieqi għandhom ikunu tali li l-priġunieri jkunu
jistgħu jaqraw jew jaħdmu b’dawl naturali
f’kondizzjonijiet normali u għandhom ikunu hekk
kostruwiti li jkunu jistgħu jħallu l-arja friska tidħol, u
għandhom, waqt li jittieħdu f’konsiderazzjoni kif imiss
il-ħtiġiet ta’ sigurtà , jippreżentaw fid-daqs, lok u
kostruzzjoni tagħhom dehra kemm jista’ jkun normali;
(b) dawl artifiċjali għandu jissodisfa l-livelli tekniċi
rikonoxxuti u, għar-rigward taċ-ċelel, għandu jkun
jista’ jitbaxxa bil-lejl b’tali mod li jkun jippermetti
sorveljanza.
Sodod. 21. Kull priġunier għandu jkun provdut b’sodda separata u
ĦABS ġ L.S.260.03 11
friex separat tajjeb għas-saħħa u li jżomm sħun, li għandu jinżamm
fi stat tajjeb u jinbidel spiss biżżejjed biex tiġi żgurata l-indafa
tiegħu skond l-ordnijiet tad-Direttur.
Ilbies.
kkundamnati jiġu pprovduti b’ilbies li jista’ jkun ta’ tip
uniformi jew ta’ tip pajżan, adatt għall-klima u adegwat
biex iżomm lill-priġunieri f’saħħithom.
(b) IL-Ministru jista’ jippreskrivi tipi differenti ta’
lbies għal klassijiet differenti ta’ priġunieri.
(ċ) F’dam il-każ, u bla ħsara għad-disposizzjonijijet
tar-regolament 10(2), huma ma għandhomx jilbsu xi lbies
ieħor ħlief dak ipprovdut lilhom taħt dan ir-regolament.
Dak l-ilbies ma għandu b’ebda mod ikun degradanti jew
umiljanti.
(2) (a) Il-priġunieri mhux ikkundannati għandhom jitħallew
jilbsu lbies minn tagħhom stess sakemm dan ikun nadif
u xieraq.
(b) Il-priġunieri li ma jagħmlux użu minn din il-faċilità
għandhom jiġu pprovduti b’ilbies xieraq.
(ċ) Jekk ma jkollhom ebda lbies xieraq minn tagħhom
stess, priġunieri mhux ikkundannati għandhom jiġu
pprovduti b’ilbies pajżan f’kondizzjoni tajba li bih
jidhru l-qorti jew meta jkunu bil-leave tal-ħabs.
(3) Il-ħwejjeġ kollha ta’ lbies għandhom ikunu nodfa u
għandhom jinżammu kif għandu jkun u f’kondizzjomi tajba u
għandhom jinbidlu u jinħaslu kulmeta jkun hemm bżonn għaż-
żamma ta’ l-iġjene skond l-ordnijiet tad-Direttur.
(4) Meta l-priġunieri jkollhom il-permess li joħorġu barra
mill-ħabs, huma jistgħu jitħallew jilbsu ħwejjiġhom stess jew ilbies
ieħor li ma jagħtix fil-għajn.
(5) Mad-dħul ta’ priġunieri f’ħabs għandhom isiru
arranġamenti adegwati biex jiġi żgurat li l-ilbies personali tagħhom
jinżamm f’kondizzjoni tajba u li jingħatalhom lura mal-ħelsien
tagħhom, kemm-il darba ma tkunx instabet il-ħtieġa li jiġu meqruda
jew imneħħija xort’oħra, f’liema każ għandu jiġi pprovdut ilbies
ieħor xieraq.
(6) L-ilbies ipprovdut taħt dan ir-regolament għandu jinkludi
lbies protettiv adattat għall-użu fuq ix-xogħol, meta dan ikun
meħtieġ.
(7) F’dan ir-regolament "ilbies" tinkludi xedd tas-saqajn.
Indafa personali u 
iġjene tal-ħabs.
23. (1) Il-priġunieri għandhom iżommu l-persuna tagħhom
nadifa, u għal dan il-għan għandhom jiġu pprovduti dawk l-oġġetti
tat-toilet li huma meħtieġa għas-saħħa u l-indafa, liema oġġetti
għandhom jiġu mibdula b’oħrajn skond kif ikun hemm bżonn.
(2) Għandhom jiġu pprovduti stallazzjonijiet adegwati tal-
banju u ta’ doċoċ sabiex kull priġunier ikun jista’ jieħu u, kemm-il
darba t-Tabib tal-Ħabs ma jordnax xort’oħra, jiġi meħtieġ jieħu
banju jew doċċa, f’temperatura adattata għall-klima, mad-dħul
12 L.S.260.03 ħ ĦABS
tiegħu, u wara dan kulmeta d-Direttur jew it-Tabib tal-Ħabs jaraw
li jkun meħtieġ għall-iġjene ġenerali, skond l-istaġun iżda f’kull
każ għall-anqas darba fil-ġimgħa.
(3) Kull ċella għandha tkun ipprovduta bi friskatur b’ilma
korrenti u b’toilet. Jekk ma jkunx hemm apparat ta’ flushing kull
priġunier għandu jitħalla jkollu kwantità  biżżejjed ta’ ilma biex
iżomm it-toilet nadif.
(4) Għandhom jiġu pprovduti wkoll faċilitajiet tajba ta’ toilet
f’partijiet oħra tal-ħabs.
(5) Il-partijiet kollha tal-ħabs għandhom jinżammu fi stat
tajjeb u ndaf għal kollox fil-ħinijiet kollha mill-priġunieri
mqiegħda fuq dak ix-xogħol mid-Direttur.
(6) Il-priġunieri għandhom iżommu ċ-ċelel tagħhom u l-
oġġetti maħruġa għall-użu tagħhom indaf u bil-galbu u għandhom
jobdu kull ordni li d-Direttur jista’ jagħti għal dan il-għan.
Dehra personali. 24. (1) Il-priġunieri rġiel għandhom jinħtieġu jqaxxru l-leħja
kuljum, kemm-il darba ma jkunux skużati jew ma jingħatawx
eċċezzjoni mid-Direttur jew mit-Tabib tal-Ħabs.
(2) Ix-xagħar ta’ priġunieri rġiel, li ma jkunux ingħataw
eċċezzjoni jew li ma jkunux skużati mid-Direttur jew mit-Tabib tal-
Ħabs, għandu jiġi maqtugħ spiss kemm ikun hemm bżonn għal dik
li hija ndafa iżda, suġġett għall-ħtieġa taż-żamma kif għandha tkun
tad-dixxiplina u tal-livelli iġjeniċi, għandhom jingħataw għażla
raġonevoli fl-għażla ta’ l-istili ta’ xagħarhom u tal-grooming
personali tagħhom iżda priġunieri mhux ikkundannati u priġunieri
kkundannati għad-detenzjoni ma għandhomx ikunu meħtieġa li
jaqtgħu xagħarhom jew li jqaxxru xi leħja jew mustaċċi li soltu
jżommu ħlief meta t-Tabib tal-Ħabs jordna li dan isir għal għanijiet
ta’ saħħa jew indafa.
(3) Id-Direttur għandu jqabbad persuna mħarrġa kif imiss biex
taqdi d-dmirijiet ta’ barbier.
(4) Ix-xagħar ta’ priġunier mara ma għandux jiġi maqtugħ
mingħajr il-kunsens tagħha ħlief meta t-Tabib tal-Ħabs jiċċertifika
bil-miktub li dan ikun meħtieġ għal għanijiet ta’ saħħa jew indafa.
Provdiment ta’ ikel 
għall-priġunieri.
25. (1) Il-priġunieri kkundannati għall-priġunerija għandhom
jiġu pprovduti fil-ħinijiet normali b’ikel li jkun ġie ppreparat u
ppreżentat kif meħtieġ, u li jkun jissodisfa kemm f’dik li hi kwalità
kif ukoll kwantità  l-livelli moderni ta’ dieta u iġjene, u li fih
tittieħed konsiderazzjoni ta’ l-età , tas-sess u tas-saħħa tal-
priġunieri, tax-xorta tax-xogħol li jagħmlu u, safejn possibbli, tal-
ħtiġiet reliġjużi jew kulturali tagħhom.
(2) Id-Direttur għandu regolarment jispezzjona l-ikel
ipprovdut lill-priġunieri u għandu jiżgura li ebda priġunier ma
jingħata ikel li jkun inqas jew differenti minn dak li jkun
ordinarjament ipprovdut, ħlief fuq ir-rakkomandazzjoni bil-miktub
tat-Tabib tal-Ħabs.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolamemt għandhom ukoll
japplikaw għall-priġunieri mhux ikkundannati u priġunieri
kkundannati għad-detenzjoni, iżda d-Direttur jista’ jistabbilixxi
ĦABS ġ L.S.260.03 13
sistema li taħtha priġunieri bħal dawn ikunu jistgħu jiġu pprovduti
b’ammont raġonevoli ta’ ikel a spejjeż tagħhom jew a spejjeż tal-
familja tagħhom. Dan l-ikel ma’ jista’ f’ebda każ jitgħadda lil
priġunieri oħra mingħajr il-permess tad-Direttur.
(4) Ebda priġunier ikkundannat għall-priġunerija ma għandu
jitħalla, ħlief kif jiġi awtorizzat mid-Direttur jew mit-Tabib tal-
Ħabs, jieħu xi ikel li ma jkunx dak li jiġi ordinarjament ipprovdut.
(5) F’dan ir-regolament "ikel" tinkludi ilma tax-xorb.
Rifjut ta’ ikel.
għandha tiġi mniżżla bil-miktub minn uffiċjal tal-ħabs f’reġistru
speċjali li għandu jinżamm għal dak il-għan u l-priġunier għandu
jiġi mitlub jikkontrofirma kull reġistrazzjoni ta’ okkorrenza tali.
Matul kull perijodu ta’ rifjut ta’ ikel minn xi priġunier ir-reġistru
għandu jiġi spezzjonat u ffirmat kuljum mid-Direttur u t-Tabib tal-
Ħabs.
(2) Jekk ir-rifjut ta’ ikel idum sejjer għal aktar minn erbgħa u
għoxrin siegħa, id-Direttur u t-Tabib tal-Ħabs għandhom jaraw kif
jipperswadu lill-priġunier, mingħajr l-użu ta’ forza jew mezzi oħra
ta’ ġegħil bil-fors, biex jerġa’ jaqbad jiekol, u jekk il-priġunier
jibqa’ jippersisti f’dak ir-rifjut għal perijodu ieħor ta’ aktar minn
tmienja u erbgħin siegħa huma għandhom jinfurmaw lil membru
tal-familja tiegħu jew lil qarib tiegħu, jekk magħruf, u fil-każ ta’
priġunier ta’ nazzjonalità  barranija li ma jkunx magħruf li jkollu xi
qarib f’Malta, lir-rappreżentant diplomatiku jew konsulari tal-pajjiż
tiegħu, jekk ikun hawn, f’Malta.
(3) Fil-qadi tad-dmiriijiet tagħhom skond l-aħħar
subregolament qabel dan, id-Direttur u t-Tabib tal-Ħabs għandhom,
jekk ir-rifjut ta’ ikel jibqa’ sejjer għal aktar minn tmienja u erbgħin
siegħa, jitolbu wkoll l-għajnuna tal-Bord tal-Ħabs, tal-Kappillan u
ta’ kull uffiċjal ieħor li jattendi d-dmirijiet ta’ welfare fil-ħabs.
Alkohol u tabakk.
jsakkar ħlief bl-ordni bil-miktub tat-Tabib tal-Ħabs li fiha
jispeċifika l-kwantità  u l-isem tal-priġunier.
(2) Ebda priġunier ma għandu jitħalla jpejjep jew li jieħu xi
tabakk ħlief bħala privileġġ taħt ir-regolament 13 u skond l-
ordnijiet tad-Direttur.
(3) Id-Direttur jista’ jiddikjara ċerti nħawi tal-ħabs bħala
nħawi fejn it-tipjip ikun projbit.
(4) Ebda persuna ma għandha tpejjep fi nħawi fejn it-tipjip
ikun projbit.
Eżerċizzju u sport.
għandu jingħatalhom eżerċizzju fl-apert għal mhux inqas minn total
ta’ siegħa, kuljum, jekk it-temp ikun jippermetti:
Iżda eżerċizzju li jkun jikkonsisti f’taħriġ fiżiku jista’
jingħata ġewwa minflok fl-apert.
(2) Id-Direttur jista’ f’ċirkostanzi eċċezzjonali jawtorizza
tnaqqis fil-perijodu hawn fuq imsemmi.
(3) It-Tabib tal-Ħabs għandu jiddeċiedi fuq kemm kull
14 L.S.260.03 ħ ĦABS
priġunier ikun tajjeb għal eżerċizzju u taħriġ fiżiku, u jista’ jiskuża
priġunier minn, jew jimmodifika, kull attività  bħal dik għal
raġunijiet mediċi. Għandhom isiru arranġamenti speċjali għal
edukazzjoni fiżika rimedjali u terapija għal dawk il-priġunieri li
jkollhom bżonnha.
Xogħol. 29. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan ir-
regolament, il-priġunieri kkundannati għall-priġunerija jkunu
meħtieġa, suġġett għall-ħtiġiet ta’ sigurtà , dixxiplina u bon ordni, li
jagħmlu xogħol utili għal mhux aktar minn ħamsin siegħa fil-
ġimgħa skond l-objettivi ta’ trattament tar-reġim tal-ħabs u l-
programm ta’ taħriġ tagħhom, waqt li jittieħdu f’konsiderazzjoni l-
età  tagħhom, is-sess tagħhom, kemm ikunu tajbin għal hekk u, sa
fejn prattikabbli, il-ħila u x-xewqat personali tagħhom b’relazzjoni
mat-tip ta’ xogħol disponibbli fil-ħabs. Għandhom isiru
arranġamenti biex il-priġunieri jitħallew jaħdmu, meta jkun
possibbli, barra miċ-ċelel, u f’assoċjazzjoni ta’ wieħed ma’ l-ieħor.
Ma għandu jsir ebda xogħol mhux bżonnjuż nħar ta’ Ħadd u fil-
btajjel pubbliċi.
(2) Ebda xogħol ma għandu jkun ta’ xorta afflittiva.
(3) It-Tabib tal-Ħabs jista’ jiskuża priġunier mix-xogħol għal
raġunijiet mediċi, u ebda priġunier ma għandu jitqiegħed fuq
xogħol li ma jkunx ta’ xorta li għaliha t-Tabib tal-Ħabs ikun
għaddieh bħala tajjeb.
(4) Ħlief kif jista’ jiġi awtorizzat bil-miktub mill-Ministru,
ebda priġunier ma għandu jaħdem fis-servizz ta’ priġunier ieħor
jew ta’ uffiċjal tal-ħabs, jew għall-benefiċċju privat ta’ xi persuna.
(5) Priġunieri mhux ikkundanmati u priġunieri kkundannati
għad-detenzjoni għandhom jitħallew, jekk ikunu hekk jixtiequ,
jaħdmu bħallikieku kienu kkundannati għall-priġunerija.
(6) Il-priġunieri għandhom jiġu rimunerati għax-xogħol
tagħhom b’dawk ir-rati li jistgħu jiġu approvati mill-Ministru.
(7) Il-Ministru jista’ jistabbilixxi sistema li biha priġunier ikun
meħtieġ jalloka dak il-qligħ għall-għanijiet li ġejjin:
(a) għajnuna għall-familja tiegħu,
(b) kumpens għall-vittmi ta’ delitt,
(ċ) fond ta’ tifdil li jiġi mgħoddi lilu mal-ħelsiem tiegħu,
u
(d) il-ħtiġiet personali tal-priġunier.
(8) Ix-xogħol li jsir fil-ħabs għandu, kemm jista’ jkun, isir taħt
kondizzjonijiet paragunabbli ma’ dawk ta’ xogħol simili barra mill-
ħabs. Id-Direttur għandu jiżgura t-teħid tal-prekawzjonijiet
meħtieġa ta’ sigurezza u ta’ saħħa.
Priġunieri eżenti 
mix-xogħol.
30. (1) Priġunier, kemm jekk mehtieġ jew imħolli li jaħdem, li
jiġi eżentat mix-xogħol mit-Tabib tal-Ħabs għal raġunijiet ta’ saħħa
jew li għal xi raġuni permessa taħt dawn ir-regolamenti, li ma
tkunx bħala konsegwenza ta’ piena għal reat kontra d-dixxiplina,
ma jingħatax xogħol mid-Direttur, għandu jirċievi dik l-allowance
fil-ġimgħa li l-Ministru jista’ jordna.
ĦABS ġ L.S.260.03 15
(2) Ir-regolament 29(7) għandu japplika għall-allowance li
wieħed jirċievi taħt dan ir-regolament.
Servizz mediku
Servizz mediku.
f’konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għas-saħħa, liema
servizz għandu jinkludi s-servizzi ta’ tobba reġistrati li għandhom
jieħdu ħsieb is-saħħa tal-priġunieri. Dawn is-servizzi għandhom
jinkludu żjarat ta’ kuljum lill-ħabs għal dak in-numru ta’ sigħat li l-
qadi kif imiss tad-dmirijiet tagħhom ikun jirrikjedi u dmirijiet on
call f’kull ħinijiet oħra ta’ bi nħar jew bil-lejl.
(2) Id-Direttur tal-Ħabs għandu jimnomima wieħed mit-tobba
bħala t-Tabib tal-Ħabs. Dan l-uffiċjal għandu jkun responsabbli
għall-koordinazzjoni u t-tmexxija tas-servizz mediku tal-ħabs.
(3) Is-servizz mediku tal-ħabs għandu jipprovdi servizzi
speċjalizzati minn fost dawk disponibbli bla ħlas għall-komunità
ta’ barra mill-ħabs għad-dijanjosi, u, f’każijiet xierqa, għall-kura
ta’ xi marda, kemm jekk fiżika jew mentali, jew ta’ abbuż ta’ drogi
jew ta’ meta wieħed ikun mogħti għad-drogi. Ikun id-dmir tat-
Tabib tal-Ħabs li jagħmel użu minn dawk is-servizzi kulmeta jara l-
ħtieġa tagħhom.
(4) Is-servizzi ta’ kirurgu dentali kwalifikat li jkun jifforma
parti mis-servizzi dentali disponibbli bla ħlas għall-komunità  ta’
barra mill-ħabs għandhom ukoll ikunu disponibbli għall-anqas
darba fil-ġimgħa fil-ħabs.
(5) Għandha tinżamm fil-ħabs infermerija mgħammra kif
għandha tkun għall-kura ta’ kull priġunier li, fil-fehma tat-tabib
inkarigat, ma jkunx jeħtieġ kura ta’ sptar barra mill-ħabs iżda li ma
għandux jinżamm fiċ-ċella tiegħu. Id-Direttur għandu jimpjega s-
servizzi ta’ spiżjar u ta’ l-infermiera u l-personal paramediku
kwalifikati meħtieġa. Dawn is-servizzi għandhom ikunu jagħmlu
ma’ l-infermerija, taħt id-direzzjoni tat-Tabib tal-Ħabs. Għandhom
isiru arranġamenti separati għall-priġunieri rġiel u priġunieri nisa.
(6) Priġunieri morda li, fil-fehma tat-tabib inkarigat, ikunu
jeħtieġu kura barra mill-ħabs għandhom jiġu trasferiti għal
istituzzjoni speċjalizzata jew għal sptar ġenerali, skond kif ikun
jirrikjedi l-każ, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ kull liġi li
jkollha x’taqsam mas-saħħa mentali u mad-dħul f’istituzzjoni
mentali.
(7) It-Tabib tal-Ħabs għandu jgħarraf lid-Direttur jekk
jissuspetta li xi priġunier ikollu intenzjonijiet ta’ suwiċidju, u dak
il-priġunier għandu jitqiegħed taħt osservanza speċjali.
Kura medika 
ġenerali.
32. (1) It-Tabib tal-Ħabs għandu jiżgura l-kura tas-saħħa
fiżika u mentali tal-priġunieri u għandu wkoll jiżgura li t-tobba
jaraw, taħt kondizzjonijiet xierqa u b’dik il-frekwenza li tkun
raġonevolment meħtieġa, lill-priġunieri morda kollha, lil dawk li
jirraportaw mard jew korriment, u lil kull priġunier li jista’ jeħtieġ
attenzjoni medika.
(2) Id-Direttur għandu jiżgura li l-isem ta’ kull priġunier li
jitlob attenzjoni medika jitniżżel f’reġistru li għandu jinżamm għal
dak il-għan u li dak ir-reġistru jiġi spezzjonat u ffirmat mit-Tabib
16 L.S.260.03 ħ ĦABS
tal-Ħabs kuljum.
(3) Id-Direttur tal-Ħabs għandu jirrapporta l-każ lid-Direttur
kulmeta huwa jkun tal-fehma li s-saħħa fiżika jew mentali ta’
priġunier tkun intlaqtet jew tkun se tintlaqat avversament bi
priġunerija kontinwa jew b’xi kondizzjoni ta’ priġunerija.
(4) Jekk xi priġunier jinstab li jkollu xi marda infettiva jew
kontaġġuża, għandu minnufih isir rapport ta’ dan lid-Direttur mit-
Tabib tal-Ħabs li taħt id-direzzjonj tiegħu għandhom jittieħdu passi
għall-kura tal-kondizzjoni u għall-prevenzjoni tal-mogħdija tagħha
lil persuni oħra.
(5) L-uffiċjali tal-ħabs għandhom jiġbdu l-attenzjoni tat-Tabib
tal-Ħabs dwar kull priġunier li jista’ jkun jidher li ma jkunx qed
iħossu f’saħħtu għalkemm ma jkunx qed jilmenta minn xi mard jew
li l-istat mentali tiegħu jista’ jidher li jkun jistħoqqlu attenzjoni u
kura speċjali .
Eżamijiet mediċi.
Emendat:
A.L. 14 ta’ l-2000.
33. (1) (a) Kull priġunier għandu, kemm jista’ jkun malajr
wara li jiddaħħal il-ħabs, u qabel il-ħelsien tiegħu, jiġi
eżamimat separatament minn tabib tas-servizzi mediċi tal-
ħabs. Għandu jitniżżel record ta’ l-istat tas-saħħa tal-
priġunier u partikolaritajiet meħtieġa oħra f’reġistru
miżmum għal dak il-għan.
(b) Meta priġunier jiddaħħal il-ħabs tard wisq biex jiġi
eżaminat fl-istess jum huwa għandu jiġi eżaminat kmieni
kemm jista’ jkun l-għada u f’kull każ fi żmien erba’ u
għoxrin siegħa mid-dħul tiegħu:
Iżda d-Direttur għandu jiżgura li priġunier jiġi
eżaminat mit-Tabib tal-Ħabs minnufih li jiddaħħal il-ħabs
jekk il-priġunier innifsu hekk jitlob jew jekk dak l-eżami
jkun ġie ordnat mill-Avukat Ġenerali jew minn xi qorti.
(2) Priġunier ma għandux jittieħed f’ħabs ieħor jekk it-Tabib
tal-Ħabs jiċċertifika li ma jkunx jiflaħ għal dak it-trasferiment.
(3) It-tabib ta’ l-għassa għandu jgħarraf lid-Direttur u lir-
rappreżentant reliġjuż tal-priġunier meta l-marda jew kondizzjoni
ta’ xi priġunier tkun tidhirlu li tista’ tagħti lok għall-possibbiltà  ta’
mewt.
(4) It-tabib ta’ l-għassa għandu wkoll jattendi għall-ħtiġiet ta’
kull uffiċjal tal-ħabs li, waqt li jkun fuq ix-xogħol, ikun jidher li
jeħtieġ attenzjoni medika.
Dmirijiet oħra tat-
Tabib tal-Ħabs.
34. (1) It-Tabib tal-Ħabs għandu regolarment jagħti parir lid-
Direttur dwar: 
(a) il-kwantità , il-kwalità , il-preparazzjoni u s-servizz ta’
l-ikel u l-ilma;
(b) l-iġjene u l-indafa tal-ħabs u tal-priġunieri;
(ċ) is-sistema sanitarja, tat-tisħin, tad-dawl u tal-
ventilazzjoni tal-ħabs; u
(d) l-adattabbiltà  u l-indafa ta’ l-ilbies u s-sodod tal-
priġunieri.
(2) It-Tabib tal-Ħabs għandu ta’ mill-inqas darba kull sitt xhur
ĦABS ġ L.S.260.03 17
jagħmel rapport lid-Direttur dwar is-saħħa tal-priġunieri u dwar il-
qagħda sanitarja ġenerali tal-ħabs.
Konsiderazzjoni 
tar-rapporti u l-
pariri tat-Tabib tal-
Ħabs.
35. Id-Direttur għandu jikkonsidra r-rapporti u l-pariri
mogħtija mit-Tabib tal-Ħabs taħt ir-regolament ta’ qabel dan u,
meta jkun jaqbel mal-parir mogħti, għandu jieħu passi immedjati
biex jagħti effett lil dak il-parir. Jekk ma jkunx jaqbel ma’ dak il-
parir huwa għandu minnufih jissottometti rapport personali u l-
parir tat-Tabib tal-Ħabs lill-Ministru.
Projbizzjoni ta’ 
esperimenti u 
operazzjonijiet.
36. (1) Il-priġunieri ma għandhomx jiġu sottomessi għal
esperimenti mediċi. 
(2) Ma għandha ssir ebda operazzjoni serja fil-ħabs ħlief minn,
jew bil-parir ta’, konsulent kirurgu kemm-il darba l-urġenza taċ-
ċirkostanzi ma tkunx tirrikjedi xort’oħra.
Servizzi mediċi u 
dħul lura fis-
soċjetà .
37. Is-servizzi mediċi tal-ħabs għandhom jaraw jekk ikunx
hemm u li jikkuraw xi mard jew difett fiżiku jew mentali jew xi
kondizzjoni li jkollha x’taqsam mad-drogi li jistgħu jolqtu l-istat
tajjeb ta’ priġunier fil-ħabs jew li jistgħu jfixklu d-dħul lura ta’
priġunier fis-soċjetà  wara l-ħelsien. Is-servizzi mediċi, kirurġiċi u
psikjatriċi kollha meħtieġa li jkunu disponibbli bla ħlas għall-
komunità  ta’ barra mill-ħabs għandhom jiġu wkoll ipprovduti lill-
priġunier.
Trabi.
arranġamenti għall-kura ta’ qabel il-wild u għat-trasferiment
tagħhom fi sptar għaż-żamma tagħhom u għall-ħlas tat-tarbija.
(2) It-tarbija ta’ priġunier mara tista’ tiġi milqugħa u
miżmuma fil-ħabs biex tieħu ħsiebha l-imsemmija priġunier sa
meta t-tarbija jkollha sena. Għandhom isiru arranġamenti għall-
indukrar u s-sigurezza kif imiss tat-tarbija miżmuma fil-ħabs
kulmeta t-tarbija ma tkunx taħt il-ħarsien ta’ l-omm.
(3) Ebda tarbija ta’ età  ta’ aktar minn sena ma għandha
tinżamm f’ħabs kemm-il darba d-Direttur ma jkunx sodisfatt li jkun
hemm raġunijiet speċjali li jiġġustifikaw perijodu itwal.
(4) Jekk tarbija titwieled fil-ħabs il-fatt li t-tarbija tkun
twieldet hemmhekk ma għandux jissemma’ fl-att tat-twelid u
għandu jissemma’ biss l-isem tal-lokalità  li fiha jkun il-ħabs.
Records mediċi.
tal-ħabs iżomm records mediċi eżatti ta’ kull priġunier, u records
oħra li jistgħu jkunu meħtieġa, inklużi l-ħinijiet ta’ l-attendenza tat-
tobba, l-eżamijiet, spezzjonijiet u żjarat kollha li jsiru, ir-riċetti u l-
ordnijiet kollha li jinħarġu, kull parir mogħti lid-Direttur dwar xi
priġunier jew uffiċjal tal-ħabs, il-ħażniet ta’ mediċini u tagħmir
mediku, u b’mod ġenerali tal-ħwejjeġ kollha rilevanti għall-qadi
tad-dmirijiet tas-servizz mediku tal-ħabs.
(2) Ir-records kollha taħt dan ir-regolament għandhom
jinżammu fil-ħabs u għandhom ikunu aċċessibbli, suġġett għall-
konfidenzjalità  tagħhom, għall-Ministru, għad-Direttur, għall-Bord
u għal kull persuna awtorizzata kif imiss:
Iżda għal dawk li huma records mediċi tal-priġunieri
għandhom, mutatis mutandis, japplikaw id-disposizzjonijiet tar-
18 L.S.260.03 ħ ĦABS
regolament 7(4).
Kap. 9.
(3) Fil-każ tal-mewt ta’ xi priġunier it-Tabib tal-Ħabs għandu,
mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 551(2)
tal-Kodiċi Kriminali, iniżżel f’reġistru speċjali li għandu jinżamm
minnu d-dettalji meħtieġa kollha dwar il-mewt, id-data, il-ħin u x-
xorta ta’ xi marda jew korriment anteċedenti, u r-riżultat ta’ l-
awtopsja magħmula skond il-liġi.
Għajnuna reliġjuża u morali
Sodisfar ta’ ħtiġiet 
reliġjużi.
40. Sa fejn ikun prattikabbli, kull priġunier għandu jitħalla
jissodisfa l-htiġiet tal-ħajja reliġjuża, spiritwali u morali tiegħu
billi jattendi s-servizzi jew laqgħat ipprovduti fl-istituzzjoni u li
jkollu fil-pussess tiegħu kotba jew letteratura meħtieġa.
Denominazzjoni 
reliġjuża.
41. (1) Mad-dħul tiegħu fil-ħabs, priġunier għandu jiddikjara
lid-Direttur ir-reliġjon jew id-denominazzjoni reliġjuża tiegħu, u
dik id-dikjarazzjoni għandha titniżżel fir-reġistru tad-dħul.
(2) Id-dikjarazzjoni tal-priġunier għandha tiġi emendata mid-
Direttur, jekk il-priġunier hekk jitlob, kemm-il darba dik it-talba
ma ssirx frivolament. F’każ bħal dan il-priġunier għandu jingħata
pariri fuq din il-ħaġa.
Il-Kappillan tal-
Ħabs u 
rappreżentanti 
reliġjuzi oħra.
42. (1) Għandu jkun hemm maħtur Kappillan tal-Ħabs biex
jipprovdi u jieħu ħsieb tal-ħtiġiet reliġjużi tal-priġunieri tar-
reliġjon tal-Knisja Kattolika Rumana.
(2) Jekk ikun hemm fil-ħabs numru suffiċjenti ta’ priġunieri
ta’ l-istess reliġjon, għandu jinħatar rappreżentamt kwalifikat ta’
dik ir-reliġjon jew isiru arranġamenti ma’ rappreżentant kwalifikat.
Aċċess għal 
rappreżentanti 
reliġjużi.
43. (1) Rappreżentant reliġjuż maħtur u approvat taħt ir-
regolament 42 għandu jitħalla jmexxi servizzi u attivitajiet regolari
u li jagħmel żjarat pastorali fil-privat lill-priġunieri tar-reliġjon
tiegħu f’dawk il-ħinijiet li jistgħu jiġu stabbiliti mid-Direttur jew li
jistgħu jiġu miftiehma miegħu.
(2) Aċċess raġonevoli għal rappreżentant reliġjuż ma għandux
jiġi rrifjutat lil priġunier matul dawk il-ħinijiet li jistgħu jiġu
stabbiliti mid-Direttur jew bil-qbil tiegħu. Jekk xi priġunier
joġġezzjona għal żjara ta’ xi rappreżentant reliġjuż, il-priġunier
għandu jitħalla jirrifjutaha.
Xogħol fil-Ħdud 
jew ġranet ta’ 
osservanza 
reliġjuża.
44. Għandhom isiru arranġamenti sabiex il-priġunieri ma
jkunux mitluba jagħmlu xi xogħol mhux bżonnjuż fil-ġranet
rikonoxxuti tagħhom ta’ osservanza reliġjuża.
Dmirijiet speċjali 
tal-Kappillan tal-
Ħabs u ta’ 
rappreżentanti 
reliġjużi oħra.
45. (1) Il-Kappillan tal-Ħabs għandu jiċċelebra Quddiesa
kuljum f’dak il-ħin li jiġi stabbilit mid-Direttur, għall-priġunieri
tar-reliġjon tal-Knisja Kattolika Rumana u għandu b’mod ġenerali
jieħu hsieb tal-ħtiġiet reliġjużi oħra ta’ dawn il-priġunieri,
jgħallimhom f’dak il-ħin li jiġi stabbilit mid-Direttur u jiddiskuti
mad-Direttur kull ħaġa li jkollha x’taqsam mal-ġid tagħhom. Huwa
għandu wkoll jagħti attenzjoni speċjali lill-priġunieri żgħażagħ u
ħatjin abitwali, priġunieri morda, priġunieri b’diffikultajiet
personali jew tal-familja, u priġunieri li jkunu taħt trażżin jew li
jkunu qegħdin jiskontaw reklużjoni f’ċella. Kulmeta l-Kappillan
tal-Ħabs ma jkunx jista’ jattendi għad-dmirijiet tiegħu, dawk id-
ĦABS ġ L.S.260.03 19
dmirijiet għandhom jiġu moqdija minn saċerdot ieħor ta’ l-istess
denominazzjoni reliġjuża approvat mid-Direttur.
(2) Ir-rappreżentant reliġjuż imsemmi fir-regolament 42
għandu jintervista lil kull priġunier ta’ dik ir-reliġjon
individwalment fis wara d-dħul tal-priġunier fil-ħabs u ftit qabel il-
ħelsien tiegħu.
(3) Ir-rappreżentant reliġjuż għandu wkoll iżur spiss kemm
ikun meħtieġ lill-priġunieri kollha ta’ dik ir-reliġjon li jkunu
morda, taħt trażżin jew ikunu qed jiskontaw reklużjoni f’ċella, u
għandu jżur lill-priġunieri l-oħra kollha ta’ dik ir-reliġjon
regolarment fil-ħinijiet adatti stabbiliti mid-Direttur jew bil-qbil
tiegħu.
Edukazzjoni, affarijiet soċjali u kuntatti ma’ barra l-ħabs
Edukazzjoni.
mid-Direttur skond dawk id-direttivi li l-Ministru jista’ jagħti wara
li jkun ikkonsulta lid-Direttur, lill-Bord tal-Ħabs u lill-Ministeru
ta’ l-Edukazzjoni.
(2) Fil-provdiment ta’ faċilitajiet edukattivi kif intqal qabel
għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-edukazzjoni ta’ priġunieri
żgħażagħ u ta’ priġunieri illitterati.
(3) Kull priġunier li jkun jista’ japprofitta mill-faċilitajiet
edukattivi disponibbli fil-ħabs għandu jiġi nkoraġġit biex jagħmel
hekk. L-insegwiment ta’ l-edukazzjoni minn priġunier għandu
jitqies bhala attività  tar-reġim tal-ħabs, li jitqies l-istess bħal
xogħol f’dak ir-reġim, basta li jsir fil-ħinijiet normali tax-xogħol u
jkun parti minn programm awtorizzat ta’ taħriġ individwali.
(4) Għandhom isiru wkoll arranġamenti għal programmi ta’
edukazzjoni spare-time fil-ħabs u, suġġett għal kull direttiva tal-
Ministru, għandhom jingħataw faċilitajiet raġonevoli lill-priġunieri
li jkunu jixtiequ jagħmlu hekk, biex itejbu l-edukazzjoni tagħhom
bil-korrispondenza u studju privat, jew biex jipprattikaw il-
handicrafts, fil-ħin liberu tagħhom.
Librerija.
tajjeb li jkun fiha kotba u perijodiċi ta’ varjetà  adattata ta’ materjal
ta’ tagħlim u rikreazzjoni u, suġġett għal kull direttiva tad-Direttur,
kull priġunier għandu jitħalla jieħu u jibdel kotba u perijodiċi tal-
librerija. Il-librerija għandha, sa fejn ikun prattikabbli, tkun
organizzata f’koperazzjoni mas-servizzi biblijotekarji pubbliċi u
tal-komunità .
Informazzjoni 
permezz ta’ l-
istampa u l-media.
48. Id-Direttur għandu, suġġett għall-ħtieġa taż-żamma tal-bon
ordni u tad-dixxiplina, jagħti lill-priġunieri opportunità  raġonevoli
sabiex iżommu rwieħhom infurmati bl-aħbarijiet bil-qari ta’
gazzetti u perijodiċi, bir-radju u t-televiżjoni, b’lectures jew b’xi
mezz simili awtorizzat jew ikkontrollat mill-amministrazzjoni tal-
ħabs.
Projbizzjoni ta’ 
ċerti miżuri qabel 
il-kundanna.
49. Ma għandhom jittieħdu ebda miżuri li jimplikaw li r-
rjabilitazzjoni hija b’xi mod adatta għal priġunier mhux
ikkundannat. Madankollu priġunier mhux ikkundannat jista’, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, jieħu
sehem f’dawk l-attivitajiet li jkunu utili għall-edukazzjoni tiegħu
20 L.S.260.03 ħ ĦABS
jew b’mod ġenerali.
Inkoraġġiment ta’ 
kuntatti ma’ barra.
50. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-
regolamenti u għal kull direttiva mogħtija mill-Ministru,
ġeneralment għall-ħtiġiet ta’ trattament, dixxiplina u bon ordni,
wara li jkun sama’ l-parir tad-Direttur, il-priġunieri għandhom jiġu
nkoraġġiti kemm jista’ jkun biex jistabbilixxu u jżommu dawk ir-
relazzjonijiet mal-familji tagħhom li jkunu mixtieqa fl-aħjar
interessi tagħhom it-tnejn, kif ukoll dawk ir-relazzjonijiet ma’
persuni u organizzazzjonijiet ta’ barra mill-ħabs li jistgħu jkunu ta’
l-aħjar siwi biex jippromwovu l-interessi tal-familji tal-priġunieri u
r-rjabilitazzjoni soċjali tal-priġunieri nfushom.
Ittri u żjarat in 
ġenerali.
51. (1) Ħlief kif ipprovdut b’dawn ir-regolamenti, kull ittra u
komunikazzjoni għal jew mingħand priġunier tista’ tinqara jew tiġi
eżaminata mid-Direttur jew minn uffiċjal tal-ħabs delegat minnu, u
d-Direttur jista’ jwaqqaf kull ittra jew komunikazzjoni jekk il-
kontenut tagħha jkun oġġezzjonabbli jew jekk tkun ta’ tul eċċessiv.
(2) Kull żjara lil priġunier għandha ssir fejn jaraha uffiċjal tal-
ħabs.
(3) Iż-żjarat lil priġunier jistgħu, bil-kunsens tad-Direttur,
isiru fejn jinstemgħu minn uffiċjal tal-ħabs.
(4) Ebda oġġett ma għandu jiġi mgħoddi lil priġunier waqt xi
żjara mingħajr l-approvazzjoni tad-Direttur.
(5) Il-Ministru jista’ jagħti direttivi b’mod ġenerali jew
b’relazzjoni għal xi żjara jew klassi ta’ żjarat, dwar il-ġranet, il-
ħinijiet, it-tul u kull kondizzjomi oħra taż-żjarat lill-priġunieri.
Ittri u żjarat. 52. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament
(11), priġunier mhux ikkundannat jista’ jibgħat u jirċievi ittri u
jista’ jkollu żjarat f’dawk il-limiti u suġġett għal dawk il-
kondizzjonijiet, li l-Ministru jista’ jordna, jew b’mod ġenerali jew
f’każijiet partikolari.
(2) Priġunier ikkundannat ikun intitolat:
(a) li jibgħat u jirċievi ittra mad-dħul tiegħu fil-ħabs u
wara dan darba fil-ġimgħa; u
(b) li jkollu żjara darba fil-ġimgħa.
(3) Id-Direttur jista’ jħalli priġunier jibgħat jew jirċievi ittra
addizzjonali jew ikollu żjara addizzjonali fejn dan ikun meħtieġ
għall-ġid tiegħu jew dak tal-familja tiegħu.
(4) Id-Direttur jista’ jippermetti lil priġunier li jkun intitolat
għal żjara biex minflokha jibgħat u jirċievi ittra.
(5) Id-Direttur jista’ jiddifferixxi d-dritt ta’ priġunier għal
żjara sa għeluq kull perijodu ta’ reklużjoni f’ċella.
(6) Priġunier ma jkunx intitolat taħt dan ir-regolament li jkollu
żjara minn xi persuma li ma tkunx minn dawk imsemmija fir-
regolament 50 ħlief bil-permess tal-Mimistru.
(7) Suġġett għal kull direttiva tal-Ministru taħt ir-regolament
51(5), it-tul ta’ kull żjara u n-numru ta’ viżitaturi għar-rigward ta’
xi żjara partikolari għandhom jiġu stabbiliti mid-Direttur skond il-
ħtiġiet ta’ sigurtà , dixxiplina u bon ordni.
ĦABS ġ L.S.260.03 21
(8) Iż-żjarat, barra minn dawk imsemmija fir-regolamenti 53 u
54, għandhom isiru fil-kamra jew kmamar imqiegħda għal hekk
mid-Direttur li jista’ wkoll jippermetti li jsiru żjarat barra minn
dawk il-kmamar minħabba f raġunijiet speċjali u taħt is-sorveljanza
meħtieġa.
(9) Għandu jinżamm record sħiħ f’reġistru miżmum għal hekk
taż-żjarat kollha lill-priġunieri u dan ir-record għandu jinkludi d-
data u l-ħin taż-żjarat u l-partikolaritajiet dwar l-identità  tal-
viżitatur.
(10) Ittri u żjarat taħt ir-regolamenti 53, 54 u 55 jew minn
rappreżentant ta’ xi organizzazzjoni ta’ barra mill-ħabs kif
imsemmija fir-regolament 50 ma għandhomx jitqiesu bħala ittri jew
żjarat għall-finijiet ta’ dan ir-regolament.
Kap. 9.
(11) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan ir-regolament u d-
disposizzjonijiet tar-regolament 53(2) u (3) għandhom ikunu bla
ħsara u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
408, ta’ l-artikolu 431(2), u ta’ l-artikolu 437 tal-Kodiċi Kriminali.
Żjarat minn 
konsulenti legali.
53. (1) Il-konsulent legali ta’ priġunier f’kull proċeduri
ġudizzjarji, ċivili jew kriminali, li fihom il-priġunier ikun parti
għandu jingħata faċilitajiet raġonevoli biex jintervista lill-imsemmi
priġunier f’konnessjoni ma’ dawk il-proċeduri.
(2) Bil-permess tad-Direttur, il-konsulent legali ta’ priġunier
jista’ jintervistah f’konnessjoni ma’ ħwejjeġ legali barra minn
dawk imsemmija fis-subregolament ta’ qabel dan.
(3) Bil-permess tad-Direttur, nutar pubbliku jista’ jintervista
priġunier f’konnessjoni ma’ l-għemil u l-iffirmar ta’ xi att pubbliku
jew skrittura privata li fihom il-priġunier ikun parti.
(4) L-intervisti msemmija fis-subregolamenti ta’ qabel dan
għandhom isiru bla ma jkunu jistgħu jinstemgħu iżda fejn jarahom
uffiċjal tal-ħabs.
(5) Iż-żjarat taħt dan ir-regolament għandhom isiru f’kamra
differenti mill-kamra jew kmamar fejn isiru ż-żjarat imsemmija fir-
regolament 52, iżda għandu jinżamm record tagħhom ukoll fir-
reġistru taż-żjarat taħt is-subregolament (9) ta’ dak ir-regolament.
Faċilitajiet oħra 
dwar proċeduri 
legali.
54. (1) Priġunier li jkun parti f’xi proċeduri legali jew
ġudizzjarji jista’ jikkorrispondi mal-konsulent legali tiegħu
f’konnessjoni ma’ dawk il-proċeduri u, kemm-il darba d-Direttur
ma jkollux għalfejn jissuspetta li xi korrispondenza bħal dik ikun
fiha materjal li ma jkollux x’jaqsam mal-proċeduri, l-imsemmija
korrispondenza ma għandhiex tinqara jew tiġi mwaqqfa taħt ir-
regolament 51(1).
(2) Priġunier għandu fuq it-talba tiegħu jiġi pprovdut
b’materjal tal-kitba għall-finijiet tas-subregolament ta’ qabel dan u
tas-subregolament (4).
(3) Tabib reġistrat magħżul minn jew għal dak il-priġunier
f’konnessjoni ma’ dawk il-proċeduri għandu jimgħata faċilitajiet
raġonevoli biex jeżaminah, u jista’ jagħmel dan bla ma jkun jista’
jinstama’ iżda fejn jarah uffiċjal tal-ħabs inkluż it-Tabib tal-Ħabs.
(4) Priġunier jista’ jikkorrispondi ma’ avukat jew prokuratur
22 L.S.260.03 ħ ĦABS
legali sabiex jikseb parir legali dwar ħwejjeġ barra minn dawk
imsemmija fis-subregolament (1).
Intervisti mill-
pulizija jew 
uffiċjali tal-ħabs.
55. (1) Uffiċjal tal-pulizija jista’ jitlob li jżur priġunier għal
finijiet ta’ identifikazzjoni jew investigazzjoni f’konnessjomi ma’
reat kriminali (li ma jkunx ir-reat li dwaru l-priġunier ikun qed
jistenna biex jiġi pproċessat) fuq il-produzzjoni ta’ ordni għal dak
l-effett mill-Kummissarju tal-Pulizija.
(2) Ebda uffiċjal tal-ħabs ma għandu jinterroga priġunier dwar
xi reat kriminali kemm-il darba dak ir-reat ma jkunx jikkostitwixxi
reat kontra d-dixxiplina taħt dawn ir-regolamenti.
Ksib ta’ ħelsien. 56. Persuma miżmuma fil-ħabs għal xi waħda mir-raġunijiet li
ġejjin, jiġifieri -
Kap. 9.
(a) għax tkun naqset li ġġib garanzija jew pleġġerija għall-
ħelsien mill-arrest tagħħa bil-garanzija jew għall-
finijiet ta’ l-artikolu 384 jew ta’ l-artikolu 416(1) tal-
Kodiċi Kriminali;
(b) għax tkun naqset li tobbliga ruħħa meta tkun hekk
mitluba minn qorti kompetenti skond il-liġi;
(ċ) għax tkun naqset li tħallas is-somma li għaliha tkun
obbligat ruħha kif ipprovdut fl-artikolu 586(1) tal-
Kodiċi Kriminali;
(d) għax tkun naqset li tħallas l-ispejjeż kif ipprovdut fl-
artikolu 533(2) tal-Kodiċi Kriminali; jew
(e) għax tkun naqset li tħallas multa, ammenda jew xi
piena ta’ flus oħra,
tista’ tikkomunika ma’, u ssirilha żjara f’kull ħim raġonevoli minn,
kull qarib jew ħabib għall-iskop li tikseb il-ħelsien tagħha skond il-
liġi.
Nazzjonalità  
barranija.
57. (1) Il-priġunieri li jkunu ta’ nazzjonalità  barranija
għandhom jiġu infurmati, mingħajr dewmien, bid-dritt tagħhom li
jitolbu kuntatt u li jingħataw faċilitajiet raġonevoli biex
jikkomunikaw mar-rappreżentant diplomatiku jew konsulari ta’ l-
istat tagħhom.
(2) L-amministrazzjoni tal-ħabs għandha tikkopera għal kollox
ma’ dawk ir-rappreżentanti fl-interessi ta’ priġunieri ta’
nazzjonalità  barranija li jista’ jkollhom ħtiġiet speċjali.
(3) Il-priġunieri li jkunu ta’ nazzjonalità  ta’ stati mingħajr
rappreżentanza diplomatika jew konsulari f’Malta jew li jkunu
refuġjati jew persuni bla stat għandhom jingħataw faċilitajiet simili
biex jikkomunikaw mar-rappreżentant diplomatiku jew konsulari
ta’ l-istat li jieħu ħsieb ta’ l-interessi tagħhom jew ma’ xi awtorità
nazzjonali jew internazzjonali li xogħolha jkun li taqdi l-interessi
ta’ persuni bħal dawk.
Identifikazzjoni u 
setgħat ta’ tfittxija 
fuq il-viżitaturi.
58. (1) Kull persuna li tkun waslet biex iżżur priġunier
għandha tikxef l-identità  tagħha lill-uffiċjal tal-ħabs responsabbli.
(2) Id-Direttur jista’ jordna li ssir tfittxija fuq kull persuna li
tkun waslet biex iżżur priġunier. Dik it-tfittxija għandha ssir minn
uffiċjal tal-ħabs ta’ l-istess sess bħall-viżitatur u għandha tiġi
ĦABS ġ L.S.260.03 23
dokumentata fir-reġistru msemmi fir-regolament 52(9).
(3) Kull persuna li tirrifjuta li tikxef l-identità  tagħha jew li
toqgħod għal ordni tad-Direttur skond is-subregolament (2)
għandha tiġi miċħuda permess biex tagħmel iż-żjara.
(4) Il-każijiet kollha li fihom żjara tiġi miċħuda taħt is-
subregolament ta’ qabel dan għandhom jiġu dokumentati fir-
reġistru msemmi fir-regolament 52(9).
Telefon.
Emendat:
A.L. 127 ta’ l-
1997.
59. (1) It-telefonati li jsiru mill-priġunieri għandhom ikunu
skond il-ħtiġiet tas-sigurtà , dixxiplina u bon ordni fil-ħabs u
għandhom jiġu kkunsidrati bħala privileġġ skond ir-regolament 13.
Kull telefon fil-ħabs għandu jkun mgħammar b’apparat li
jimmonitorja u jirrikordja konversazzjonijiet, u d-Direttur jista’
jawtorizza s-smigħ intenzjonali ta’ dawk il-konversazzjonijiet biex
jissalvagwarda membri tal-pubbliku jew is-sigurtà  jew sigurezza
fil-ħabs, jew biex jimpedixxi l-promozzjoni ta’ xi attività  illegali.
(2) Għandu jitwaħħal avviż fil-ħabs li jindika li kull
konversazzjoni bit-telefon imsemmija fis-subregolament (1) tista’
tiġi monitorjata jew irrikordjata.
(3) Mingħajr preġudizzju għal liġijiet oħra u għall-kors ta’ l-
ammimistrazzjoni tal-ġustizzja, id-Direttur għandu, bl-
approvazzjoni tal-Ministru, jistabbilixxi l-frekwenza u t-tul ta’
telefonati li l-priġunieri jagħmlu jew jirċievu, kif ukoll il-persuni li
magħhom jistgħu jsiru komumikazzjonijiet bħal dawn.
(4) Priġunier li jkun ta’ nazzjonalità  barranija u li ma jkollu
ebda qarib f’Malta jista’ jitħalla jagħmel telefonata waħda fix-
xahar bla ħlas lil qarib barra minn Malta. It-tul ta’ dik it-telefonata
għandu jiġi determinat mid-Direttur skond id-direttivi tal-Ministru.
Kap. 9.
għandhom ikunu bla ħsara u mingħajr preġudizzju għad-
disposizzjomijiet ta’ l-artikolu 408, ta’ l-artikolu 431(2), u ta’ l-
artikolu 437 tal-Kodiċi Kriminali.
Sospensjoni ta’ 
żjarat.
60. Jekk id-Direttur ikollu għalfejn jissuspetta li viżitatur jista’
jkollu t-tendenza li jiddisturba s-sigurtà , id-dixxiplina jew il-bon
ordni tal-ħabs huwa jista’ jipprojbixxi jew jissospendi ż-żjara u
jneħħi lill-viżitatur mill-ħabs, waqt li jiddokumenta dak il-fatt fir-
reġistru msemmi fir-regolament 52(9).
Leave mill-ħabs.
Emendat:
A.L. 127 ta’ l-
1997;
A.L. 225 ta’ l-
2000.
61. (1) Leave mill-ħabs jista’ jingħata mid-Direttur, skond
dawk id-direttivi ġenerali li jistgħu jingħataw mill-Ministru minn
żmien għal żmien, lil priġunier taħt dawk il-kundizzjomijiet li d-
Direttur jista’ jiddeċiedi skond dawk id-direttivi kif ġej:
(a) għal perijodu ta’ mhux iżjed mimn tnax-il siegħa fl-
okkażjoni tat-twelid, żwieġ, jew okkażjoni oħra
speċjali tal-familja ta’ ulied jew ulied ulied il-
priġunier jew fl-okkażjoni speċjali tal-familja tal-
konjuġi tal-priġunier, inklużi dawk konnessi ma’ qarib
viċin;
(b) (i) għal raġunijiet kompassjonevoli għal perijodu li
d-Direttur jikkunsidra li jkun żmien biżżejjed
biex jippermetti lill-priġunier jattendi s-servizz
24 L.S.260.03 ħ ĦABS
reliġjuż u d-dfin f’każijiet tal-mewt ta’ qarib
viċin;
(ii) għal raġunijiet kompassjonevoli għal perijodu li
d-Direttur jikkunsidra li jkun żmien biżżejjed
biex il-priġunier iżur qarib viċin li jkun marid
serjament;
(ċ) mingħajr preġudizzju għal partijiet oħra ta’ dawn ir-
regolamenti, leave mill-ħabs mogħti skond il-paragrafi
(a) u (b) għandu jingħata bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tar-regolament 2 u tar-regolament
7(6);
(d) għal perijodi li ma jeċċedux tmiem sigħat f’xi jum
wieħed għal massimu ta’ ħmistax-il jum f’xi xahar
wieħed sabiex priġunier ikun jista’ jagħmel xogħol
komumitarju;
(e) (i) għal dawk il-perijodi li jkunu meħtieġa sabiex
priġunier jiġi kkurat u rijabilitat mit-teħid tad-
drogi ġewwa faċilità  jew komunità  terapewtika
barra mill-ħabs approvata mill-Ministru, jew
għar-rigward ta’ priġunier li jkun qed jagħmel
programm ta’ rijabilitazzjoni kontra d-droga
ġewwa l-ħabs, għal dawk l-għanijiet li jwasslu
għall-kura tal-priġunier;
(ii) għal dawk il-perijodi skond kif ikun meħtieġ
biex priġunieri żgħażagħ jgħaddu parti jew iż-
żmien kollu tal-priġunerija tagħhom
f’istituzzjoni għar-rijabilitazzjoni ta’ ħatjin
żgħażagħ jew ġewwa faċilità  oħra simili skond
kif approvat mill-Ministru;
(f) matul il-perijodu li jibda tliet xhur qabel id-data li fiha
priġunier jista’ jiġi finalment meħlus sabiex il-
priġunier ikun jista’ jaħdem f’xi impieg, jew sabiex
jirċievi tagħlim jew taħriġ jew biex xort’oħra jiġi
megħjun fit-tranżizzjoni tiegħu mill-ħajja tal-ħabs,
iżda kull leave mill-ħabs mogħti taħt dan il-paragrafu
ma għandux ikun f’eċċess ta’ tmien sigħat f’xi jum
wieħed għal massimu ta’ ħmistax-il jum f’xi xahar
wieħed;
(g) bla ħsara għal kull ordni oħra li l-Ministru jista’ jqis
meħtieġa, għal dawk il-perjodi li jistgħu jkunu
meħtieġa għal priġunieri biex jagħmlu korsijiet ta’
studju jew taħriġ f’istituzzjonijiet jew faċilitajiet
edukattivi barra l-ħabs kif approvati mill-Ministru bil-
għan ta’ titjib fl-edukazzjoni ta’ priġunier u t-
tkomplija tat-tagħlim ta’ priġunieri b’mod ġenerali.
(2) (a) Leave taħt dan ir-regolament jista’ jingħata mid-
Direttur bl-approvazzjoni tal-Ministru, jew uffiċjal
innominat mill-Ministru biex hekk jaġixxi f’ismu, ħlief
f’każijiet speċjalment urġenti li dwarhom dak il-leave
jista’ jingħata mid-Direttur.
(b) Fil-każ ta’ priġunieri mhux ikkundannati kull
ĦABS ġ L.S.260.03 25
awtorizzazzjoni mill-awtorità  kompetenti, jekk
meħtieġa, għandha tintalab qabel l-għoti tal-leave.
(3) Il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu imposti fuq leave mill-
ħabs taħt dan ir-regolament għandhom dejjem jinkludu, fost
kondizzjonijiet oħra li jistgħu jitqiesu xierqa, il-kondizzjonijiet li l-
priġunier għandu jgħammar fl-indirizz speċifikat fil-permess tal-
leave u jirritorna hemmhekk ta’ kuljum f’dak il-ħin li jkun ordnat
f’dak il-permess, u, meta t-tul tal-perijodu tal-leave ikun
jippermetti, jibqa’ f’kuntatt ta’ kuljum ma’, jew taħt is-sorveljanza
ta’, uffiċjal kompetenti msemmi fil-permess.
(4) Għandu jinżamm record bil-miktub tal-każijiet kollha li
fihom ikun ingħata leave taħt dan ir-regolament u dak ir-record
għandu jinkludi l-grad ta’ koperazzjoni muri mill-priġunier matul u
f’konnessjoni ma’ kull perijodu ta’ leave.
(5) Priġunier li jingħata leave taht dan ir-regolament jista’
jissejjaħ lura l-ħabs f’kull ħin sew jekk il-kondizzjonijiet tal-leave
tiegħu ikunu nkisru sew jekk le.
(6) Minbarra l-każijiet ta’ leave mogħti taħt is-subparagrafu
(1)(a), (b), (ċ) jew (e) u l-każijiet ta’ kull leave temporanju ieħor
ta’ assenza ta’ priġunieri mill-ħabs mogħti minn qorti kompetenti
jew awtorità  oħra kompetenti, dan ir-regolament japplika biss għal
priġunieri kkundannati li jkunu ġabu rwieħhom tajjeb b’mod
regolari fil-ħabs, ikunu għamlu progress sodisfaċenti matul il-
programm ta’ trattament tagħhom u ma jkunux meqjusa bħala
perikolużi għas-soċjetà .
(7) Il-Ministru jista’ wkoll jagħti direttivi ġenerali li taħthom
gruppi ta’ priġunieri jistgħu jitħallew joħorġu barra mill-ħabs taħt
superviżjoni adegwata, biex jattendu jew jieħdu parti fi sports jew
attivitajiet kulturali.
Għajnuna ta’ qabel 
u wara l-ħelsien.
62. (1) Mill-bidu tal-kundanna ta’ priġunier, għandha tingħata
konsiderazzjoni, f’konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet tas-servizzi ta’
l-affarijiet soċjali u ma’ organizzazzjoni adatta ta’ after-care
approvata mill-Ministru, lill-futur tal-priġunier u lill-għajnuna li
għandha tingħatalu mal-ħelsien tiegħu u wara.
(2) Ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ l-awtoritajiet tas-servizzi
ta’ l-affarijiet soċjali u ta’ kull organizzazzjoni ta’ after-care
għandhom jingħataw l-aċċess raġonevoli kollu għall-ħabs u għall-
priġunieri bil-għan li jagħtu l-kontribut tagħhom fit-tħejjija ta’
priġunieri għall-ħelsien u l-after-care tagħhom.
(3) Bil-kunsens tal-priġunier, id-Direttur u t-Tabib tal-Ħabs
għandhom jieħdu ħsieb li jassistu lill-priġunier li jkun jirċievi kura
medika fiż-żmien tal-ħelsien tiegħu sabiex ikompli jirċievi dik il-
kura wara l-ħelsien tiegħu, permezz tas-servizzi mediċi disponibbli
bla ħlas għall-komunità  ta’ barra mill-ħabs.
Restrizzjonijiet fuq 
komunikazzjoni-
jiet.
63. (1) Ħlief kif ipprovdut b’dawn ir-regolamenti, priġunier
ma għandux jitħalla jikkomunika ma’ xi persuna jew
organizzazzjoni ta’ barra mill-ħabs.
(2) Il-Ministru jista’, bil-għan li jiżgura d-dixxiplina u l-bon
ordni jew għall-prevenzjoni ta’ delitti jew fl-interessi ta’ xi persuni
jimponi restrizzjonijiet, b’mod ġenerali jew f’każijiet partikolari,
26 L.S.260.03 ħ ĦABS
fuq il-komunikazzjonijiet li jitħallew isiru bejn priġunier u persuni
jew organizzazzjomijiet oħra, barra mimn komunikazzjonijiet kif
imsemmija fir-regolament 53(1).
Oġġetti projbiti. 64. (1) Id-Direttur għandu jikkonfiska kull oġġett ikun x’ikun
li, mingħajr awtorità  leġittima, jinġieb, jitwassal jew jintefa jew
jiġi ddepożitat f’ħabs, jew jitwassal lil priġunier, jew jiġi
ddepożitat f’xi post bil-ħsieb li jiġi fil-pussess ta’ priġunier; u dak
l-oġġett għandu jitqies li jkun oġġett ipprojbit għall-finijiet ta’ l-
artikolu 7 ta’ l-Att u għall-fimijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(2) Id-Direttur jista’, minn żmien għal żmien, jagħmel lista
jew jara li ssir lista ta’ oġġetti li jistgħu leġittimament jiddaħħlu fil-
ħabs minn xi persuna (inklużi uffiċjali tal-ħabs) mingħajr il-
kunsens minn qabel tad-Direttur. Din il-lista għandha tkun
disponibbli għall-priġunieri, għall-uffiċjali tal-ħabs u għall-
viżitaturi.
(3) Ebda priġunier, kemm-il darba ma jkunx ġie awtorizzat
minn qabel bil-miktub mid-Direttur, ma għandu jitħalla jislef, ibigħ
jew jgħaddi lil xi priġunier ieħor b’xi mod ikun li jkun xi oġġett
imdaħħal għall-użu tiegħu personali u xi oġġett hekk misluf,
mibjugħ jew trasferit għandu jiġi kkonfiskat minnufih mid-Direttur.
Kontroll ta’ 
persuni u vetturi.
65. (1) Kull persuna jew vettura li tkun dieħla f’ħabs jew
ħierġa minnu tista’ tiġi mwaqqfa, eżaminata u mfittxija.
(2) Id-Direttur jista’ jordna t-tneħħija mill-ħabs ta’ kull
persuna li ma titlaqx meta tiġi mitluba biex tagħmel hekk.
Restrizzjonijiet fuq 
id-dħul f’ħabs u l-
wiri tiegħu.
66. (1) Ebda persuna minn barra mill-ħabs ma għandha
titħalla tara l-ħabs kemm-il darba ma tkunx awtorizzata b’dawn ir-
regolamenti jew xi liġi oħra jew mill-Ministru.
(2) Ebda persuna li tkun qed iżżur ħabs ma għandha titħalla
tiġbed xi ritratt, tħożż xi disinn jew tikkomunika ma’ xi priġunier
kemm-il darba ma tkunx awtorizzata kif intqal qabel.
Kontroll u trażżin ta’ priġunieri
Tneħħija minn 
assoċjazzjonni.
Emendat:
A.L. 127 ta’ l-
1997.
67. (1) Fejn ikun jidher mixtieq, fl-interessi tas-sigurtà  jew
għaż-żamma tal-bon ordni jew dixxiplina jew fl-interess tiegħu
stess, li priġunier ma għandux jassoċja ma’ priġunieri oħra, jew
b’mod ġenerali jew għal skopijiet partikolari, id-Direttur jista’
jagħmel arranġamenti għat-tneħħija tal-priġunier minn
assoċjazzjoni ma’ priġunieri oħra skond hekk. Matul dawk il-
perijodi d-Direttur jista’ wkoll jordna t-tħassir ta’ żjarat, minbarra
dawk imsemmija fir-regolamenti 53, 54 u 55.
(2) Priġunier ma għandux jitneħħa minn assoċjazzjoni taħt is-
subregolament ta’ qabel dan għal perijodu ta’ aktar minn tmienja u
erbgħin siegħa mingħajr l-awtorità  tal-Ministru. Awtorità  mogħtija
taht dan is-subregolament għandha tkun għal perijodu li ma
jeċċedix ħmistax-il jum, iżda tista’ tiġi mġedda għal perijodi simili.
Dik l-awtorità  għandha tiġi notifikata minnufih liċ-Chairman tal-
Bord.
(3) Id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħti ordni biex
il-priġunier jirreżumi l-assoċjazzjoni ma’ priġunieri oħra, u għandu
hekk jordna jekk it-Tabib tal-Ħabs ikun ta’ dak il-parir minħabba
ĦABS ġ L.S.260.03 27
raġunijiet mediċi:
Iżda, meta dik it-tneħħija tkun saret taħt l-awtorità  tal-
Ministru skond is-subregolament preċedenti, il-Ministru u ċ-
Chairman tal-Bord għandhom jiġu mgħarrfa minnufih b’dik id-
direttiva.
Reklużjoni 
temporanja.
68. (1) Id-Direttur jista’ jordna li priġunier vjolenti jinżamm
f’reklużjoni temporanja f’ċella adatta, iżda priġunier ma għandux
hekk jinżamm bħala piena, jew wara li ma jkunx baqa’ vjolenti.
(2) Jekk id-Direttur iżomm dik l-ordni fis-seħħ għal iżjed minn
tmienja u erbgħin siegħa huwa għandu jikkonsulta lit-Tabib tal-
Ħabs u għandu jgħarraf liċ-Chairman tal-Bord.
Trażżin.
Manetti, restraint jackets u mezzi oħra ta’ trażżin tal-persuna ma
għandhomx jiġu applikati bħala piena. Dawn ma għandhomx
jintużaw ħlief fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) meta d-Direttur jara li jkun mehtieġ, bħala
prekawzjoni kontra l-ħrib waqt il-moviment ta’
priġunier, iżda għandhom jitneħħew meta l-priġunier
jidher quddiem awtorità  ġudizzjarja jew
ammimistrattiva kemm-il darba dik l-awtorità  ma
tordnax xort’oħra;
(b) għal raġunijiet mediċi fuq id-direttiva u taħt is-
sorveljanza tat-Tabib tal-Ħabs;
(ċ) b’ordni tad-Direttur, jekk metodi oħra ta’ kontroll
ifallu sabiex priġunier ma jitħalliex iweġġa’ lilu nnifsu
jew lil persuni oħra, jagħmel ħsara lil xi proprjetà  jew
joħloq diżordni.
(2) Meta jagħti ordni skond is-subregolament (1)(ċ), id-
Direttur għandu mingħajr dewmien jikkonsulta lit-Tabib tal-Ħabs u
jgħarraf liċ-Chairman tal-Bord.
(3) Id-Direttur għandu jagħti effett lil kull rakkomandazzjoni li
t-Tabib tal-Ħabs jista’ jagħmel dwar każijiet ittrattati taħt dan ir-
regolament jew taht ir-regolament 68(2).
(4) Ebda mezz ta’ trażżin ikun x’ikun ma għandu jiġi applikat
għal xi żmiem itwal milli jkun strettament meħtieġ u, f’kull każ,
għal iżjed minn erba’ u għoxrin siegħa mingħajr ma’ jiġi infurmat
bil-miktub iċ-Chairman tal-Bord. Id-Direttur għandu personalment,
qabel ma jagħti ordni taht is-subregolament (b) jew (ċ), jara lill-
priġunier. Id-Direttur għandu jżur lil dak il-priġunier mill-anqas
darbtejn kuljum u l-priġunier għandu jiġi osservat minn uffiċjal tal-
ħabs f’intervalli spissi skond id-direttiva bil-miktub tad-Direttur.
Għoti ta’ kanipjun.
Miżjud:
A.L. 14 ta’ l-2000.
70. (1) Id-Direttur jista’ jordna lil priġunier biex jagħti
kampjun bil-għan ii jiġi aċċertat permezz ta’ analiżi fil-laboratorju
jew ta’ apparat li jkun approvat mill-Ministru jekk huwa jkollux xi
mediċina jew alkohol f’ġismu.
Kap. 101.
Kap. 31.
(2) F’dan ir-regolament "mediċina" tfisser xi mediċina
perikoluża kif imfissra fl-artikolu 12 ta’ l-Ordinanza dwar il-
Mediċini Perikolużi, jew xi mediċina speċifikata jew ristretta taht l-
Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li
28 L.S.260.03 ħ ĦABS
għandhom x’jaqsmu magħha, u "kampjun" tfisser kampjun ta’ urina
u, jew kampjun tan-nifs.
(3) Meta d-Direttur jkun qed jitlob lil xi priġunier biex jagħtih
kampjun huwa għandu, skond kemm ikun raġonevolment prattiku,
jgħarraf lill-priġunier:
(a) li huwa jkun qed jintalab jagħti kampjun għall-
għanijiet ta’ dan ir-regolament; u
(b) li r-rifjut li jagħti kampjun jista’ jwassal għal
proċedimenti dixxiplinari kontrih.
(4) Il-kampjun għandu jkun wieħed frisk u ħieles minn kull
adulterazzjoni.
(5) Meta jkun qed jitlob kampjun mingħand priġunier, id-
Direttur għandu jagħmel dawk l-arranġamenti u jagħti lill-priġunier
dawk l-istruzzjonijiet għall-għoti tal-kampjun skond ma jkunu
raġonevolment meħtieġa sabiex jipprevjeni jew jiskopri l-
adulterazzjoni jew falsifikazzjoni tal-kampjun.
(6) Priġunier ii jintalab jagħti kampjun jista’ jinżamm mifrud
minn priġunieri oħra għal żmien mhux iżjed minn siegħa sabiex
ikunu jistgħu jsiru l-arranġamenti għall-għoti ta’ dak il-kampjun.
(7) Prigunier li ma jkunx jista’ jagħti kampjun jista’ jinżamm
mifrud minn priġunieri ohra sakemm huwa jkun ta l-kampjun
mitlub, ħlief li priġunier jista’ ma jinżammx mifrud taħt dan is-
subregolament għal żmien iktar minn ħames siegħat.
(8) Priġunier li jkun mitlub jagħti kampjun ta’ urina għandu
jingħata daqstant privatezza daqskemm ikun kompatibbli mal-
ħtieġa li ma titħalliex issir jew li tiġi skoperta xi adulterazzjoni jew
falsifikazzjoni, u b’mod partikolari priġunier ma għandux jintalab
jagħti kampjun ta’ urina quddiem persuna tas-sess l-ieħor.
Użu tal-forza. 71. (1) Tista’ tintuża l-forza minn uffiċjali tal-ħabs unikament
fejn ikun meħtieġ għall-prevenzjoni jew impediment ta’ atti ta’
vjolenza, attentati ta’ ħrib jew reżistenza attiva jew passiva għal
ordnijiet leġittimi.
(2) Uffiċjali tal-ħabs li jirrikorru għall-użu tal-forza ma
għandhomx jużaw forza aktar milli jkun strettament meħtieġ u
għandhom jirrapportaw l-inċident minnufih lid-Direttur.
(3) Minbarra ċirkostanzi eċċezzjonali li fihom ikunu
awtorizzati li jagħmlu hekk mid-Direttur; uffiċjali tal-ħabs li jkunu
qed jaqdu dmirijiet li jġibuhom f’kuntatt dirett mal-priġunieri ma
għandhomx iġorru armi jew lembubi. Meta jagħti awtorizzazzjoni
bħal din id-Direttur għandu malajr kemm jista’ jkun jirrapporta l-
azzjoni tiegħu lill-Ministru u liċ-Chairman tal-Bord.
(4) Meta d-Direttur jirċievi informazzjoni dwar l-applikazzjoni
tal-forza fuq xi priġunier huwa għandu jiżgura li kull
investigazzjoni meħtieġa ssir mingħajr dewmien.
(5) Ebda uffiċjal tal-ħabs ma għandu jaġixxi deliberatament
b’mod ikkalkolat li jipprovoka priġunier.
Taħriġ ta’ uffiċjali 
fl-armi u mezzi ta’ 
trażżin.
72. L-uffiċjali tal-ħabs ma għandhom f’ebda ċirkostanza jiġu
pprovduti b’armi jew lembubi jew jużaw xi mezz jew metodu ta’
ĦABS ġ L.S.260.03 29
trażżin kemm-il darba ma jkunux ħadu taħriġ tekniku speċjali fl-
użu u l-applikazzjoni tagħhom b’tali mod li jiġi evitat, sa fejn ikun
possibbli, l-ikkaġunar ta’ ħsara lil priġunieri u li, meta dik il-ħsara
tkun inevitabbli il-ħsara li tiġi kkaġunata tkun mill-inqas li jista’
jkun.
Records li 
għandhom 
jinżammu.
73. Il-partikolaritajiet ta’ kull każ ittrattat taħt ir-regolamenti
67, 68, 69 u 71 għandhom jiġu dokumentati minnufih mid-Direttur
f’reġistru miżmum għal dak il-għan.
Dixxiplina
Żamma ta’ 
dixxiplina.
74. (1) Id-dixxiplina u l-ordni għandhom jinżammu b’fehma
soda, iżda mhux b’aktar restrizzjonijiet milli jkun meħtieġ, fl-
interessi ta’ kustodja fiż-żgur, ta’ ħajja komunitarja ordinata u ta’ l-
objettivi ta’ trattament tal-ħabs.
(2) Ebda priġunier ma għandu jiġi mħaddem fis-servizz tal-
ħabs f’xi kapaċità  dixxiplinarja.
(3) Dan ir-regolament ma għandux, iżda, jimpedixxi t-tħaddim
kif għandu jkun ta’ arranġamenti li taħthom jiġu fdati, taħt
sorveljanza, attivitajiet jew responsabbiltajiet soċjali, edukattivi
jew sportivi speċifikati lil priġunieri li jiġu ffurmati fi gruppi biex
jipparteċipaw fi programmi tar-reġim.
Reati kontra d-
dixxiplina.
Emendat:
A.L. 14 ta’ l-2000.
75. Priġunier ikun ħati ta’ reat kontra d-dixxiplina jekk huwa:
(a) jikkommetti ammutinament jew ixewwex lil ħaddieħor
biex jagħmel ammutinament;
(b) jassalta lil xi persuna;
(ċ) jiċħad aċċess għal xi parti mill-ħabs lil xi uffiċjal tal-
ħabs;
(d) jiġġieled ma’ xi persuna;
(e) jipperikola s-saħħa jew is-sigurezza personali ta’
oħrajn;
(f) ifixkel uffiċjal tal-ħabs fl-eżekuzzjomi tad-dmirijiet
tiegħu;
(g) ikollu fil-pussess tiegħu:
(i) xi oġġett ipprojbit jew mhux awtorizzat; jew
(ii) kwantità  ta’ xi oġġett li tkun akbar minn dik li
jkun awtorizzat li jkollu;
(h) ibigħ jew jikkonsenja xi oġġett projbit lil xi persuna;
(i) ibigħ jew jittrasferixxi lil xi persuna xi oġġett li huwa
jkun imħolli jkollu għall-użu tiegħu biss;
(j) jieħu, mingħajr awtorità  jew raġuni leġittima, xi oġġett
li jkun jappartjeni lil persuna oħra jew lill-ħabs;
(k) jagħti n-nar lil xi proprjetà , kemm jekk tiegħu stess
jew le;
(l) jiddistruġġi jew jagħmel ħsara lil xi parti mill-ħabs
jew xi proprjetà  oħra, li ma tkunx tiegħu stess;
(m) jassenti ruħu minn xi post fejn huwa jkum meħtieġ li
jkun jew ikun preżenti f’xi post fejn ma jkunx
30 L.S.260.03 ħ ĦABS
awtorizzat li jkun;
(n) jagħmel xi allegazzjoni frivola jew xi ilment frivolu
jew xi allegazzjoni falza u doluża jew xi ilment falż u
doluż kontra uffiċjal tal-ħabs;
(o) juri nuqqas ta’ rispett lejn uffiċjal tal-ħabs jew lejn xi
persuna li tkun qed iżżur il-ħabs;
(p) jidgħi jew juża kliem jew imġiba ta’ theddid, abbużivi,
oxxeni jew insolenti;
(q) jonqos li jaħdem sewwa jew jirrifjuta li jaħdem meta
jiġi mitlub;
(r) ma jobdix ordni leġittima;
(s) ma jobdix jew jonqos li josserva xi regolament li jkun
japplika għalih;
(t) iżomm lil xi persuna kontra l-volontà  tagħha;
(u) jaħrab waqt li jkun miżmum jew meqjus li jkun
miżmum fil-ħabs;
(v) jabbuża d-drogi jew jixrob alkohol;
(w) b’kull mod ieħor li jkun jagħmel reat kontra l-bonordni
u d-dixxiplina;
(x) jonqos milli jikkonforma ruħu ma’ xi ordni li jagħti
kampjun skond ir-regolament 70;
(y) mingħajr preġudizzju għal kull responsabbiltà  oħra
taħt il-liġi, jieħu mediċini msemmija fir-regolament
70:
Izda priġunier li jigi akkuzat b’reat taħt dan il-
paragrafu jkun jista’ jġib prova biex jiddefendi lilu
nnifsu li -
(i) l-mediċina kienet, qabel ma ttieħdet minnu, fil-
pussess leġittimu tiegħu għall-użu tiegħu jew li
din tkun ingħatatlu bħala provvista leġittima tal-
mediċina minn xi persuna oħra;
(ii) l-mediċina ttieħdet minnu jew ingħatatlu
f’ċirkostanzi li huwa jġib prova għas-
sodisfazzjon tad-Direttur li huwa ma kienx
jagħraf u li ma kellux għalfejn jissusspetta li dik
il-mediċina kienet qegħda tingħatalu;
(ż) jonqos milli jħares xi kondizzjoni li biha huwa
jingħata leave mill-ħabs; u
(aa) jipprova jagħmel, jew ixewwex lil priġunier ieħor biex
jagħmel, jew jgħin lil priġunier ieħor biex jagħmel jew
jipprova jagħmel xi wieħed mir-reati hawn qabel
imsemmija.
Akkużi 
ixxiplinarji.
76. (1) Meta jkun hemm akkuża x’issir kontra priġunier għal
reat kontra d-dixxiplina, dik l-akkuża għandha tiġi mressqa malajr
kemm jista’ jkun u, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fi żmien
tmienja u erbgħin siegħa minn meta jkun sar magħruf ir-reat.
(2) Priġunier akkużat b’reat bħal dan jista’ jinżamm separat
ĦABS ġ L.S.260.03 31
minn priġunieri oħra sa tmiem l-aġġudikazzjoni, iżda ċ-Chairman
tal-Bord għandu jiġi mgħarraf bil-fatt li l-priġunier ikun qiegħed
hekk jinżamm separat u bil-kondizzjonijiet li taħthom ikun qiegħed
jinżamm.
(3) Kull akkuża għandha l-ewwel tiġi mistħarrġa mid-Direttur.
(4) Ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, notifikati liċ-Chairman
tal-Bord, l-ewwel stħarriġ ta’ kull akkuża għandu jsir mhux aktar
tard mill-għada, li ma jkunx il-Ħadd jew btala pubblika, li tkun
tressqet.
Drittijiet tal-
priġinier akkużat.
77. (1) Meta priġunier ikun akkużat b’reat kontra d-
dixxiplina, huwa għandu jiġi mgħarraf bl-akkuża malajr kemm
jista’ jkun u, f’kull każ, qabel ma tiġi mistħarrġa mid-Direttur.
(2) F’kull stħarriġ ta’ akkuża kontra priġunier, il-priġunier
għandu jingħata opportunità  sħiħa li jisma’ dak li jkun allegat
kontrieh u li jippreżenta l-każ tiegħu.
(3) Fejn ikun meħtieġ u prattikabbli, priġunier għandu jitħalla
jagħmel id-difiża tiegħu permezz ta’ interpretu.
Pieni tad-Direttur.
dixxiplina huwa jista’ jimponi waħda jew iżjed minn dawn il-pieni
li ġejjin:
(a) twissija;
(b) telf jew posponiment għal kwalunkwe perijodu ta’
kwalunkwe privileġġ taħt ir-regolament 13;
(ċ) esklużjoni mimn xogħol assoċjat għal perijodu ta’
mhux iżjed minn sitta u ħamsin jum;
(d) assenjament jew ri-assenjament ta’ xogħol għal
perijodu ta’ mhux iżjed minn sitta u ħamsin jum;
(e) twaqqif tal-qligħ, inkluża kull allowance, imsemmija
fir-regolamemt 29(6) u r-regolament 30(1), għal
perijodu ta’ mhux iżjed minn sitta u ħamsin jum;
(f) reklużjoni f’ċella ta’ mhux iżjed minn tletin jum;
(g) telf ta’ mhux iżjed minn mija u għoxrin jum ta’ tnaqqis
mis-sentenza, kemm jekk maqlugħ jew prospettiv,
imsemmi fir-regolament 14 ħlief fil-każ ta’ priġunier
misjub ħati ta’ omiċidju volontarju, jew attentat ta’
omiċidju volontarju, jew ammutinament, jew tixwix
għal ammutinament, jew ħrib jew attentat ta’ ħrib mill-
ħabs, jew assalt fuq xi persuna li jirriżulta f’offiża
gravi fuq il-persuna, u/jew pussess ta’ u/jew traffikar
fi drogi narkotiċi, f’liema każ it-telf jista’ jkun ta’
mhux iżjed minn tliet mija u ħamsa u sittin jum;
(h) fil-każ ta’ priġunier li altrimenti jkun intitolat
għalihom, telf għal kwalunkwe perijodu tad-dritt, taħt
ir-regolament 8(1), li jkollu l-oġġetti hemm
imsemmija;
(i) fil-każ ta’ priġunier ħati ta’ ħrib jew ta’ attentat ta’
ħrib u li altrimenti jkun intitolat għalih, telf tad-dritt li
jilbes l-ilbies tiegħu stess taħt ir-regolament 22(2).
32 L.S.260.03 ħ ĦABS
(2) Meta priġunier jinsab ħati ta’ aktar minn akkuża waħda li
tinqala’ minn inċident, il-pieni taħt dan ir-regolament jistgħu jiġu
ordnati biex jimxu konsekuttivament.
Tribunal ta’ l-
Appelli.
Emendat:
A.L. 14 ta’ l-2000.
79. (1) Il-Ministru għandu jaħtar Tribunal ta’ l-Appelli
kompost minn Chairman u żewġ membri biex jirrevedu każijiet
dixxiplinarji deċiżi mid-Direttur għal pieni kif speċifikati fir-
regolament 80, u biex jirrevedi każijiet fejn ma jkunx ingħata
tnaqqis kif provdut fir-regolament 14. Il-Ministru jista’ jaħtar, fejn
ikun mehtieġ, aktar minn Tribunal wieħed ta’ l-Appelli. Il-Ministru
jista’ wkoll jaħtar membri supplementari li jidħlu minflok iċ-
Chairman jew xi membru tat-Tribunal kull meta dak iċ-Chairman
jew membru ma jkunux jistgħu jattendu s-seduti minħabba f’xi
raġuni vaiida, iżda ċ-Chairman għandu, skond kemm ikun
prattikabbli, jiżgura li jkunu l-istess membri li jisimgħu u jtemmu l-
istess każ.
(2) (a) Il-Ministru jista’ wkoll jaħtar persuni ta’ integrità  li
fil-fehma tiegħu jkollhom il-kwalifiki, esperjenza u
konoxxenza meħtieġa sabiex jidhru għal priġunieri u
jassistuhom matul is-seduti li fihom it-Tribunal
jirrevedi każijiet dixxiplinarji.
(b) Ikun dmir min jinħatar kif hawn aktar qabel imsemmi -
(i) li jaġixxi fl-aħjar interess tal-priġunier;
(ii) li jkun preżenti meta l-każ tal-priġunier ikun qed
jinstema’ mit-Tribunal;
(iii) li jagħmel kull sottomissjoni u difiża meħtieġa
f’isem il-priġunier skond ma jeħtieġu ċ-
ċirkostanzi waqt is-seduti tat-Tribunal;
(iv) li jagħmel kull ma hu meħtieġ biex jittutela d-
drittijiet tal-priġunier.
(3) Fl-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom taħt dan ir-regolament,
il-membri tat-Tribunal għandhom jingħataw l-istess drittijiet u
faċilitajiet mogħtija lill-membri tal-Bord tal-Ħabs taħt dawn ir-
regolamenti. It-Tribunal għandu wkoll jirregola l-proċeduri tiegħu
stess.
Reviżjoni ta’ 
każijiet 
dixxiplinarji.
Emendat:
A.L. 14 ta’ l-2000;
A.L. 58 ta’ l-2001.
80. (1) Meta d-Direttur jagħti piena għal xi reat li tkun
tinkludi - 
(a) reklużjoni f’ċella għal perijodu kontinwu ta’ iżjed
minn sitt ijiem;
(b) telf, b’mod kontinwu jew kumulattiv, ta’ iżjed minn
tmienja u għoxrin jum ta’ tnaqqis mis-sentenza
msemmi fir-regolament 14,
il-priġunier jista’ jagħmel petizzjoni għar-reviżjoni tal-każ
dixxiplinarju lit-Tribunal ta’ l-Appelli billi jippreżenta avviż tal-
ħsieb li jappella lit-Tribunal fi żmien hamest ijiem mill-
impożizzjoni tal-piena.
(2) Meta tiġi imposta piena msemmija fis-subregolament (1),
id-Direttur għandu minnufih jgħarraf:
(a) lill-priġunier bid-dritt tiegħu li jagħmel petizzjoni lit-
Tribunal ta’ l-Appelli;
ĦABS ġ L.S.260.03 33
(b) iċ-Chairman tat-Tribunal ta’ l-Appelli għandu jiġi
mgħarraf bil-miktub bl-isem tal-priġunier, bir-reat li
bih ikun ġie akkużat, u bil-piena imposta.
(3) Meta ssir petizzjoni lit-Tribunal ta’ l-Appelli taħt dan ir-
regolament, iċ-Chairman għandu jsejjaħ laqgħa speċjali tat-
Tribunal li għandha ssir fi żmien sitt ijiem minn meta jkun irċieva
l-avviż ta’ appell:
Iżda jekk il-piena tkun tinkludi reklużjoni f’ċella, appell
taħt dan ir-regolament ma għandux iwaqqaf l-eżekuzzjoni tal-piena
ordnata mid-Direttur, matul l-ewwel sitt ijiem tar-reklużjomi
f’ċella:
Iżda wkoll, jekk il-piena tkun tinkludi reklużjoni f’ċella,
iċ-Chairman għandu jsejjaħ laqgħa speċjali tat-Tribunal ta’ l-
Appelli li għandha ssir fi żmien tliet ijiem.
(4) It-Tribunal ta’ l-Appelli għandu jistħarreġ l-akkuża, il-
piena imposta, u r-raġunijiet għall-appell tal-priġunier. It-Tribunal
ta’ l-Appelli ikun intitolat li jirregola l-proċeduri tiegħu stess.
(5) Iċ-Chairman tat-Tribunal ta’ l-Appelli għandu jgħarraf lill-
priġunier u lid-Direttur bil-miktub bid-deċiżjoni tat-Tribunal fi
żmien erbat ijiem mis-smigħ.
(6) F’każijiet fejn wieħed jiġi lliberat mill-akkuża, jew fejn il-
piena ta’ reklużjoni f’ċella tiġi mnaqqsa għal inqas minn sitt ijiem,
it-Tribunal għandu jkollu s-setgħa li jordna kumpens fl-għamla ta’
tnaqqis mis-sentenza jew privileġġi speċjali.
(7) Fis-subregolament (3), minbarra fl-ewwel proviso li hemm
miegħu, u fis-subregolament (5), il-kelma "ijiem" ma għandhiex
tinkludi s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-vaganzi pubbliċi.
Waqfien ta’ qligħ.
kollu ta’ priġunier għal perijodu speċifikat ta’ mhux iżjed mimn
tmienja u għoxrin jew sitta u ħamsin jum (skond il-każ), tiġi
espressa b’mod li tkun ittellef proporzjon (li ma jkunx inqas minn
nofs) tal-qligħ tiegħu għal perijodu speċifikat ta’ mhux iżjed minn
numru korrispondentement akbar ta’ jiem.
Reklużjoni f’ċella.
għandha tiġi skontata f’ċella li tissodisfa l-livelli ta’ dawn ir-
regolamenti.
(2) It-Tabib tal-Ħabs għandu jgħasses il-kondizzjoni tal-
priġunieri li jkunu qed jiskontaw reklużjoni f’ċella u għandu javża
lid-Direttur jekk jara l-ħtieġa tat-twaqqif jew bdil tal-piena
relattiva minħabba f’raġunijiet ta’ saħħa fiżika jew mentali. Jekk
id-Direttur, fuq dak il-parir, iwaqqaf jew jibdel il-piena ta’
reklużjoni f’ċella, huwa għandu jissostitwixxi dik il-piena b’piena
alternattiva speċifikata fir-regolament 78.
(3) Ikun ukoll id-dmir tat-Tabib tal-Ħabs li jgħasses il-
kondizzjoni ta’ kull priġunier ikkundannat għal reklużjoni minn xi
qorti.
Tnaqqis mis-
sentenza: telf 
prospettiv, għoti 
speċjali u tħassir.
83. (1) Fil-każ ta’ reat kontra d-dixxiplina magħmul minn
priġunier mhux ikkundannat, tista’ tingħata piena ta’ telf ta’
tnaqqis mis-sentenza minkejja li l-priġunier ma jkunx, jew ma
34 L.S.260.03 ħ ĦABS
kienx fiż-żmien tar-reat, ġie kkundannat.
(2) (a) Minkejja kull ħaġa li tinsab f’dawn ir-regolamenti, it-
tnaqqis mis-sentenza maqlugħ minn kull priġunier,
ikkundammat jew le, jista’, fuq l-għemil ta’ offiża
gravi, jiġi mħassar, kollu kemm hu jew parti minnu, bl-
awtorità  tal-Ministru; u reċiprokament tnaqqis
addizzjonali barra dak provdut fir-regolament 14,
mingħajr limitu ta’ numru, jista’ jingħata għal servizzi
speċjali mill-istess awtorità .
(b) It-tnaqqis mis-sentenza li jiġi mħassar skond il-
paragrafu ta’ qabel dan jista’, bl-awtorità  tal-Ministru,
jingħata lura lil priġunier kollu kemm hu jew parti
minnu b’konsiderazzjoni ta’ mġieba meritevoli
sussegwenti.
(ċ) F’dan ir-regolament "offiża gravi" tfisser:
(i) omiċidju volontarju, attentat ta’ omiċidju
volontarju, offiża gravi fuq il-persuna li
tirriżulta minn assalt fuq xi persuna; jew
(ii) ammutinament; jew
(iii) tixwix għal ammutinament; jew
(iv) ħrib jew attentat ta’ ħrib mill-ħabs; jew
(v) pussess ta’ u/jew traffikar fi drogi narkotiċi.
Ordni ta’ 
sospensjoni.
84. (1) Is-setgħa li jingħataw pieni dixxiplinarji, barra minn
twissija, għandha tinkludi s-setgħa li jiġi ordnat li l-piena ma
tingħatax effett ħlief jekk, matul perijodu speċifikat fl-ordni, li ma
jkunx iżjed minn sitt xhur mid-data ta’ l-ordni, il-priġunier jagħmel
reat ieħor kontra d-dixxiplina u tingħata ordni taħt is-
subregolament (2), iżda ebda sospensjoni bħal dik ma tista’
tingħata meta l-priġunier jinsab ħati taħt dawn ir-regolamenti ta’ xi
reat imsemmi fir-regolament 83(2)(ċ).
(2) Meta priġunier jagħmel reat kontra d-dixxiplina matul il-
perijodu speċifikat fl-ordni mogħtija taħt is-subregolament (1), id-
Direttur, jew it-Tribunal, jista’:
(a) jordna li l-piena sospiża jingħatalha effett; jew
(b) jirriduċi l-perijodu jew ammont tal-piena sospiża u
jordna li din jingħatalha effett kif hekk ridotta; jew
(ċ) jibdel l-ordni oriġinali ta’ sospensjoni billi minflok il-
perijodu speċifikat fiha jdaħħal perijodu li jagħlaq
mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-bdil; jew
(d) ma jagħti ebda ordni dwar il-piena sospiża.
Projbizzjoni ta’ 
pieni korrettivi jew 
trattament inuman.
85. Pieni kollettivi, pieni korporali, piena bit-tqegħid f’ċella
mudlama, mdallma jew mhux ventilata jew f’ċella imbiegħda mis-
smigħ jew li fiha l-priġunier ikun espost għal gradi irraġonevoli ta’
temperatura, ħoss jew dawl u kull għamla oħra ta’ piena jew
trattament krudili, imuman jew degradanti għandhom ikunu
pprojbiti.
Projbizzjoni ta’ 
pieni mhux 
awtorizzati.
86. (1) L-uffiċjali tal-ħabs ma għandhomx jagħtu xi piena,
jew jirrikorru għal xi għamla ta’ trattament simili għal piena, fuq
ĦABS ġ L.S.260.03 35
jew dwar xi priġunier ħlief bl-awtorità  tad-Direttur jew, skond il-
każ, tat-Tribunal.
(2) Id-Direttur u t-Tribunal ma għandhomx jagħtu xi piena,
jew jirrikorru għal xi għamla ta’ trattament simili għal piena, fuq
jew dwar xi priġunier ħlief wara proċeduri regolari għal reat kontra
d-dixxiplina u aġġudikazzjomi skond dawn ir-regolamenti.
Grad tal-prova.
ta’ piena dixxiplinarja kemm-il darba ma jinstabx ħati ta’ reat
kontra d-dixxiplina.
Proċeduri 
kriminali.
88. Proċeduri kriminali meħuda kontra priġunier f’xi qorti,
dwar fatt li x’aktarx ikun jiġġustifika proċeduri dixxiplinarji, ma
għandhomx iwaqqfu l-proċeduri dixxiplinarji kontra dak il-
priġunier għal xi ksur tad-dixxiplina taħt dawn ir-regolamenti.
TAQSIMA III
Uffiċjali tal-Ħabs
Id-Direttur u uffiċjali oħra
Persunal.
permezz ta’ taħriġ, proċeduri konsultativi u stil ta’ tmexxija
pożittiva biex jaspira għal livelli umani, effiċjenza akbar u
attitudini dedikata għal xogħlu.
(2) Il-persunal għandu jiġi maħtur fuq dawk il-patti u
kondizzjonijiet li fuqhom ikun hemm il-qbil ta’ l-awtoritajiet
kompetenti li għandhom dejjem jagħtu l-akbar konsiderazzjoni lil
kondotta tajba, effiċjenza, integrità , adattabbiltà , u livell adegwat
ta’ edukazzjoni.
(3) Kulmeta jkun hemm il-ħtieġa li jiġi mpjegat staff part-
time, dawn il-kriterji għandhom japplikaw għalih safejn ikunu
adatti għalih.
Id-Direttur.
regolamenti, id-Direttur għandu jkun responsabbli għall-
amministrazzjoni ġenerali tal-ħabs u, b’mod partikolari, għaż-
żamma tas-sigurtà , tad-dixxiplina u tal-bon ordni fih, għas-saħħa, l-
iġjene u l-ġid ġenerali tal-priġunieri u għat-tmexxija tal-programmi
ta’ taħriġ għall-ksib ta’ l-objettivi ta’ trattament.
(2) Id-Direttur għandu jesegwixxi spezzjonijiet regolari,
inklużi spezzjonijiet għal għarrieda bil-lejl, tal-partijiet differenti
tal-ħabs spiss kemm ikun hemm bżonn.
(3) Minbarra s-setgħat tiegħu li jagħti ordnijiet, sew jekk
verbalment jew bil-miktub, skond kif ikun jidhirlu xieraq għat-
tmexxija kif għandha tkun ta’ l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-
ħabs, id-Direttur jista’ wkoll jagħmel ordnijiet bil-miktub dwar kull
aspett ta’ l-amministrazzjoni tal-ħabs u ż-żamma tad-dixxiplina,
tas-sigurtà  u tal-bon ordni fih, kif ukoll dwar kull ħaġa oħra li tkun
tifforma parti mid-dmirijiet tiegħu kif imniżżla f’dawn ir-
regolamenti:
Iżda ebda ħaġa f’dawk l-ordnijiet ma għandha tkun kontra
d-disposizzjonijiet ta’ l-Att jew ta’ dawn ir-regolamenti.
(4) Id-Direttur għandu jagħmel attenzjoni stretta biex jiżgura li
36 L.S.260.03 ħ ĦABS
dawn ir-regolamenti u kull direttiva jew ordni mogħtija taħthom,
kif ukoll kull ordni li jkollha x’taqsam mal-ħabs, jiġu osservati u
infurzati.
(5) Jekk priġunier jaħrab id-Direttur għandu minnufih
jinforma lill-Kummissarju tal-Pulizija, waqt li jagħtih deskrizzjoni
sħiħa tal-priġunier, u għandu barra minn hekk jieħu l-passi kollha
meħtieġa għall-qbid tal-priġunier maħrub. Ħuwa għandu wkoll
jagħmel inkjesta mingħajr dewmien dwar iċ-ċirkostanzi tal-ħarba u
jibgħat il-proċeduri flimkiem ma’ rapport dwarhom lill-Ministru.
Kopja tal-proċeduri u tar-rapport għandha tintbagħat lill-Avukat
Ġenerali.
(6) Fil-każ ta’ emerġenza mhux ipprovdut għaliha f’dawn ir-
regolamenti d-Direttur għandu jieħu dik l-azzjoni li huwa jqis li
tkun raġonevolment meħtieġa u għandu jagħti rapport ta’ dik l-
azzjoni minnufih lill-Ministru u liċ-Chairman tal-Bord.
Records. 91. (1) B’żieda għal kull records oħra li huma meħtieġa li
jinżammu taħt xi disposizzjoni oħra ta’ dawn ir-regolamenti jew ta’
xi liġi oħra, id-Direttur għandu jżomm, jew iġiegħel li jinżammu
minn uffiċjal tal-ħabs awtorizzat minnu għal dak il-għan, ir-records
li ġejjin:
(a) ktieb, li għandu jiġi ffirmat minnu ta’ kuljum, li fih
għandhom jitmiżżlu ġurnata b’ġurnata l-okkorrenzi fil-
ħabs, in-numru ta’ priġunieri f’kustodja u dawk il-
ħwejjeġ kollha, barra minn dawk li jkunu jridu
jitniżżlu f’xi reġistru speċjali, li huma meħtieġa li jiġu
mniżżla b’dawn ir-regolamenti;
(b) ktieb ta’ l-aġġudikazzjonijiet li juri l-pieni
dixxiplinarji kollha mogħtija minnu;
(ċ) ktieb ta’ l-ordnijiet li fih għandhom jitniżżlu l-
ordnijiet kollha magħmula jew mogħtija bil-miktub
mid-Direttur fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu;
(d) Ktieb tal-Viżitaturi uffiċjali msemmi fl-artikolu 8(5)
ta’ l-Att;
(e) record tal-priġunieri li fih għandhom jitniżżlu l-
ismijiet tal-priġunieri kollha flimkien mal-
partikolaritajiet kollha dwar l-identità  tagħhom u d-
dati tal-bidu u t-tmiem tal-kundanna tagħhom, kif
ukoll indiċi alfabetiku ta’ dak ir-record;
(f) reġistru li juri l-allokazzjomi u r-roster ta’ kuljum tad-
dmirijiet ta’ l-uffiċjali tal-ħabs kollha;
(g) record ta’ kuljum tax-xogħol mogħti lill-priġunieri u
x-xogħol magħmul minnhom;
(h) ktieb tal-provvisti li fih għandhom jitniżżlu l-ħażniet
kollha ta’ ikel u proviżjon, ħwejjeġ ta’ lbies, affarijiet
tas-sodda, għamara, impjant, għodda, utensili u
ħażniet oħra;
(i) reġistru li ta’ kuljum juri l-ikel imħejji u maħruġ lill-
priġunieri, inklużi dawk li jkunu fuq xi dieta speċjali.
(2) Id-Direttur għandu jiżgura li r-records kollha li huma
ĦABS ġ L.S.260.03 37
meħtieġa li jinżammu taħt dawn ir-regolamenti jew taħt xi liġi oħra
jinżammu, kemm jista’ jkun, fiż-żgur. Ħuwa għandu hekk ukoll
iżomm fiż-żgur kopja stampata bil-paġni enumerati f’għamla
illegata ta’ dawk ir-records kollha kif ordnat mill-Ministru:
Iżda ebda ħaġa f’dan ir-regolament ma għandha tipprekludi
lid-Direttur milli jżomm records f’xi għamla li huwa jista’ jqis
siewja u li fuqha jkun hemm il-qbil tal-Ministru.
Rapport annwali.
lill-Ministru.
Uffiċjali oħra.
jassistu lid-Direttur fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu, jirrappreżentawh
fil-qadi ta’ xi wieħed mid-dmirijiet tad-Direttur fl-assenza tiegħu
jew kulmeta jiġu awtorizzati biex jagħmlu hekk.
Taħriġ ta’ uffiċjali 
tal-ħabs.
94. (1) Id-Direttur għandu jiżgura li l-uffiċjali tal-ħabs isostnu
u jtejbu t-tagħrif tagħhom ta’ dawn ir-regolamenti u l-effiċjenza
tagħhom billi jattendu korsijiet ta’ taħriġ u lectures fis-servizz
f’intervalli adatti.
(2) L-imsemmija korsijiet għandhom jinkludu wkoll taħriġ
f’metodi ta’ kontroll u trażżin fiżiku ta’ priġunieri aggressivi u fl-
użu kif għandu jkun ta’ kull armi jew lembubi li l-uffiċjali tal-ħabs
jistgħu jitħallew iġorru taħt dawn ir-regolamenti.
Dmirijiet ta’ 
uffiċjali tal-ħabs u 
ta’ persuni oħra 
impjegati fil-ħabs.
95. (1) Id-Direttur għandu jassenja lill-uffiċjali tal-ħabs
kollha, inklużi dawk tas-sezzjoni tan-nisa, kif ukoll lill-persuni l-
oħra kollha impjegati fil-ħabs, id-dmirijiet li għandhom jiġu
esegwiti minnhom.
(2) Dawk id-dmirijiet għandhom ikunu mniżżla fid-dettal
f’ordnijiet bil-miktub magħmula mid-Direttur.
(3) L-uffiċjali tal-ħabs inkarigati mis-sezzjoni tan-nisa tal-
habs għandhom f’dik is-sezzjoni jiġu assenjati d-dmirijiet li
ġeneralment jiġu moqdija minn uffiċjali tal-ħabs komparabbli fis-
sezzjoni ta’ l-irġiel.
(4) Ikun id-dmir ta’ kull uffiċjal tal-ħabs li jimxi skond dawn
ir-regolamenti u skond kull direttiva mogħtija taħthom, li jassisti u
jgħin lid-Direttur fiż-żamma ta’ l-istess regolamenti u direttivi, u li
jobdi l-ordnijiet leġittimi kollha li jkollhom x’jaqsmu mal-ħabs.
Dmirijiet oħra ta’ l-
uffiċjali tal-ħabs.
96. (1) L-uffiċjali tal-ħabs għandhom fil-ħinijiet kollha jġibu
rwieħhom u jaqdu d-dmirijiet tagħhom hekk li jkollhom ir-rispett
tal-priġunieri u l-fiduċja tal-komunità .
(2) L-uffiċjali tal-ħabs għandhom jittrattaw lill-priġunieri
b’ġustizzja u umanità , waqt li jħarsu bis-sħiħ u konsistentament ir-
regolamenti, id-direttivi u l-ordnijiet kollha li jkollhom x’jaqsmu
mal-ħabs u jiżguraw l-osservanza tagħhom għal kollox.
(3) L-uffiċjali tal-ħabs għandhom:
(a) jaqdu d-dmirijiet tagħhom bi grad għoli ta’ attenzjoni
u għassa u għandhom javżaw lid-Direttur fil-pront
b’kull ksur tad-dixxiplina, b’kull abbuż jew imġieba
ħażina li jkollhom x’jaqsmu mal-ħabs li jsiru jafu
bihom;
38 L.S.260.03 ħ ĦABS
(b) jeżerċitaw l-aktar viġilanza tagħhom sabiex jiżguraw
kustodja fiż-żgur tal-priġunieri;
(ċ) jagħmlu attenzjoni stretta fuq l-indafa u l-ilbies u
għandhom dejjem jilbsu l-uniformi approvata fil-
konfimi tal-ħabs u meta jkunu fuq ix-xogħol; u
(d) jastjenu milli jirċievu viżitaturi fil-ħabs mingħajr il-
permess tad-Direttur.
Xogħol mhux 
awtorizzat.
97. Ebda uffiċjal tal-ħabs ma għandu jippermetti li priġunier
jitħaddem fuq xi xogħol li ma jkunx dak awtorizzat mid-Direttur.
Tfittxija fuq 
uffiċjali.
98. Uffiċjal tal-ħabs u kull persuna oħra impjegata fil-ħabs
għandhom jissottomettu rwieħhom għal tfittxija fil-ħabs jekk id-
Direttur hekk jordna.
Kuntatti pprojbiti. 99. Id-Direttur għandu jkollu l-awtorità  li jordna lil kull
uffiċjal tal-ħabs biex jastjeni milli jikkomunika ma’ xi ex-priġunier
li jiġi speċifikat jew ma’ xi qarib jew ħabib ta’ priġunier jew ex-
priġunier.
Ilmenti jew talbiet 
minn uffiċjali tal-
ħabs.
100. (1) Uffiċjal tal-ħabs li jkollu xi ilment jew talba
x’jagħmel f’konnessjoni mad-dmirijiet jew sitwazzjomi tiegħu fil-
ħabs għandu jissottometti dak l-ilment jew talba lid-Direttur.
(2) Id-Direttur, jekk ma jkunx jista’ jiddisponi minn dak l-
ilment jew dik it-talba huwa nnifsu, għandu jissottometti rimarki
tiegħu għall-konsiderazzjoni tal-Ministru.
(3) Jekk id-Direttur jiċħad li jikkonsidra l-ilment jew talba ta’
l-uffiċjal tal-ħabs jew li jieħu azzjomi dwarhom fi żmien ħmistax-il
jum, l-uffiċjal tal-ħabs ikollu d-dritt li jagħmel is-sottomissjonijiet
tiegħu bil-miktub lill-Ministru permezz tad-Direttur. Id-Direttur
għandu jgħaddi dawk is-sottomissjonijiet lill-Ministru mingħajr
dewmien.
(4) Ebda uffiċjal tal-ħabs ma għandu jagħmel xi ilment jew
talba li jkunu frivoli jew vessatorji.
Dritt ta’ assoċjazzjoni
Assoċjazzjoni ta’ l-
uffiċjali tal-ħabs.
101. (1) L-uffiċjali tal-ħabs jistgħu jistabbilixxu assoċjazzjoni
sabiex dawk ta’ rank stabbilit mill-Ministru jew rank taħtu jkunu
jistgħu jikkonsidraw u jġibu għall-attenzjoni ta’ l-awtoritajiet
kompetenti dawk il-ħwejjeġ kollha li jkunu jolqtu l-ġid u l-
effiċjenza tagħhom li ma jkunux kwistjonijiet ta’ dixxiplina,
trasferimenti, promozzjonijiet individwali u ħwejjeġ oħra li jolqtu
individwi.
Kap. 452.
(2) Is-servizz tal-ħabs huwa korp dixxiplinat skond il-
Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet
Industrijali.
(3) L-istatut ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-Uffiċjali tal-Ħabs huwa
kif miġjub fit-Tieni Skeda. Ir-regoli jkunu kif ikunu msemmija, li
jirregolaw assoċjazzjoni stabbilita taħt dan ir-regolamemt u kull
emenda tagħhom, għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni
tal-Ministru li għandu jiżgura li l-għanijiet u l-attivitajiet ta’ l-
assoċjazzjoni jkunu konsistenti ma’ dawk ta’ korp dixxiplinat kif
imsemmi qabel.
ĦABS ġ L.S.260.03 39
(4) Assoċjazzjoni stabbilita taħt dan ir-regolament għandha
tkun għal kollox indipendenti minn, u mhux assoċjata ma’ , xi korp
barra mis-servizz tal-ħabs, iżda, suġġett għall-approvazzjoni tal-
Ministru, tista’ tkun affiljata ma’ assoċjazzjoni ta’ uffiċjali tal-ħabs
rikonoxxuta internazzjonalment.
Kodiċi ta’ dixxiplina ta’ uffiċjali tal-ħabs
Kondotta ta’ 
dixxiplina ta’ 
uffiċjali tal-ħabs.
102. Uffiċjal tal-ħabs jagħmel reat kontra d-dixxiplina jekk
huwa jkun ħati ta’:
(a) diżubbidjenza għal ordmijiet, jiġifieri, jekk huwa
mingħajr raġuni tajba u suffiċjenti jonqos li jesegwixxi
xi ordni jew direttiva leġittima kemm jekk mogħtija
lilu bil-miktub jew xort’oħra;
(b) traskuraġni ta’ dmir, jiġifieri, jekk huwa:
(i) jittraskura, jew mingħajr raġuni tajba u
suffiċjenti jonqos, li minnufih u b’diliġenza
jagħmel xi ħaġa li tkun fid-dmir tiegħu li
jagħmel bħala uffiċjal tal-ħabs; jew
(ii) b’nuqqas ta’ ħsieb jew bi traskuraġni
jikkontribwixxi għall-ħrib ta’ priġunier; jew
(iii) b’nuqqas ta’ ħsieb jew bi traskuraġni fil-kors tal-
qadi tad-dmirijiet tiegħu jikkontribwixxi għall-
ikkaġumar ta’ xi telf, ħsara jew inġurja lil xi
persuna jew proprjetà ; jew
(iv) jieħu ’l barra mill-bieb prinċipali tal-ħabs xi
ċavetta li tappartieni lill-ħabs mingħajr il-
permess speċjali tad-Direttur jew, qabel ma
joħroġ mill-ħabs, iħalli ċ-ċwievet tiegħu f’xi
post li ma jkunx dak imqiegħed għal dak il-għan
mid-Direttur;
(ċ) imġieba mhux xierqa ma’ jew lejn priġunier jew ex-
priġunieri, jiġifieri, jekk huwa:
(i) jikkomunika ma’ priġunier għal skop mhux
xieraq jew jidħol f’konversazzjoni bla bżonn
ma’ priġunier jew iħalli li tinħoloq familjarità
żejda bejnu u bejn xi priġunier; jew
(ii) jaħbat għal xi priġunier jew juża kliem oxxen,
insolenti jew abużiv lejh; jew
(iii) xjentememt u mingħajr awtorità  xierqa:
(1) jikkomunika ma’ xi ex-priġunier jew ma’
ħabib jew qarib ta’ xi priġunier jew ex-
priġunier bi ksur ta’ ordni mogħtija mid-
Direttur taħt ir-regolamemt 99; jew
(2) jiddiskuti d-dmirijiet tiegħu jew xi
kwistjoni ta’ dixxiplina jew xi arranġamenti
tal-ħabs ma’ priġunier jew fejn dan ikun
jista’ jisimgħu; jew
(3) jimpjega miegħu ex-priġunier; jew
(4) jikteb, jiffirma jew jagħti xi ċertifikat tal-
karattru jew rakkomandazzjoni oħra bl-
40 L.S.260.03 ħ ĦABS
iskop li jikseb impieg għal xi persuna jew li
jsaħħaħ applikazzjoni ta’ xi xorta;
(d) imġieba insubordinata, jiġifieri, jekk huwa:
(i) ikun insubordinat bi kliem, għemil jew imġieba
lejn uffiċjal tal-ħabs li l-ordnijiet tiegħu ikollu
d-dmir li jobdi f’dak iż-żmien; jew
(ii) jagħti xi ordnijiet, jew iġiegħel jew ixewwex lil
xi ħadd biex jaġixxi, kontra xi ordni jew
direttiva li jkollha x’taqsam mal-ħabs; jew
(iii) iħajjar, jew jipprova jħajjar, lil xi uffiċjal tal-
ħabs, priġunier jew persuna oħra biex jagħmlu xi
att ikkalkolat li jwassal għall-għemil ta’ xi ksur
ta’ dawn ir-regolamenti jew ta’ xi ordni jew
direttiva li jkollha x’taqsam mal-ħabs;
(e) korruzzjoni, jiġifieri, jekk huwa xjentement juża
b’mod mhux xieraq il-pożizzjoni tiegħu bħala uffiċjal
tal-ħabs għall-vantaġġ privat tiegħu;
(f) eżerċizzju ta’ awtorità  illeġittimu jew mhux meħtieġ;
(g) assenza bla permess jew ittardjar għax-xogħol,
jiġifieri, jekk, mingħajr skuża raġonevoli, ikun assenti
bla permess mill-ħabs jew minn xi parata jew post tax-
xogħol jew jekk jasal tard għal xi xogħol jew parata;
(h) traffikar, jiġifieri, jekk huwa xjentement u mingħajr
awtorità  xierqa:
(i) jagħmel xi transazzjoni pekunjarja jew ta’
negozju ma’ jew għal xi priġunier jew ex-
priġunier jew ma’ ħabib jew qarib ta’ xi
priġunier jew ex-priġunier; jew
(ii) jaċċetta xi rigal jew kumpens mingħand xi
priġunier jew ex-priġunier jew mingħand ħabib
jew qarib ta’ xi priġunier jew ex-priġunier;
(i) ksur ta’ flduċja, jiġifieri, jekk huwa mingħajr l-
awtorità  minn qabel tad-Direttur:
(i) jikxef xi ħaġa li tkun fid-dmir tiegħu li jżomm
sigrieta; jew
(ii) jikkomunika direttament jew indirettament lill-
istampa, lill-mezzi tax-xandir jew lil xi persuna
mhux awtorizzata xi ħaġa li seta’ jkun sar jaf
biha fil-kors tad-dmirijiet tiegħu bħala uffiċjal
tal-ħabs; jew
(iii) jippubblika xi ħaġa jew jagħmel xi
pronunzjament pubbliku li jkollu x’jaqsam ma’
l-amministrazzjoni tal-ħabs jew ma’ xi wieħed
mill-priġunieri tal-ħabs;
(j) dikjarazzjonijiet foloz, jiġifieri, jekk huwa xjentement
jagħmel xi dikjarazzjoni falza, qarrieqa jew mhux
eżatta kemm jekk bil-fomm jew f’xi dokument jew
ktieb uffiċjali, jew jiffirma xi dikjarazzjoni bħal dik,
jew bil-ħsieb li jqarraq jiddistruġġi jew jimmutila xi
ĦABS ġ L.S.260.03 41
dokument jew ktieb bħal dak jew jibdel jew iħassar xi
reġistrazzjoni fih f’konnessjoni mad-dmirijiet tiegħu
bħala uffiċjal tal-ħabs;
(k) nuqqas li jingħata kont, jiġifieri, jekk huwa jonqos li
jagħti kont ta’, jew li jagħti rendikont fil-pront jew
eżatt ta’, xi flus jew proprjetà  li għalihom ikun
responsabbli f’konnessjoni mad-dmirijiet tiegħu bħala
uffiċjal tal-ħabs;
(l) nuqqas li jsir rapport ta’ kull ksur ta’ regolamenti,
direttivi jew ordnijiet, jiġifieri, jekk huwa jonqos li
jirrapporta minnufih lid-Direttur kull ksur ta’ dawn ir-
regolamenti jew ta’ xi regolamenti, direttivi jew
ordnijiet oħra li jkollhom x’jaqsmu mal-ħabs jew li
jkunu japplikaw għas-servizz pubbliku;
(m) pussess mhux awtorizzat ta’ proprjetà , jiġifieri jekk,
waqt li jkun fuq ix-xogħol jew frank, huwa xjentement
u b’mod mhux xieraq ikollu fil-pussess tiegħu
proprjetà  li tkun tappartieni lil xi uffiċjal tal-ħabs ieħor
jew lil xi persuna oħra impjegata fil-ħabs, jew
proprjetà  li tkun tappartieni lil xi priġunier jew lil
ħabib jew qarib ta’ xi priġunier;
(n) ħsara lil ilbies jew oġġetti oħra pprovduti jew tneħhija
ta’ proprjetà  tal-ħabs, jiġifieri, jekk huwa:
(i) volontarjamemt jew b’negliġenza jagħmel ħsara
lil jew jitlef xi oġġett ta’ lbies jew tagħmir
personali li bih huwa jkun ġie pprovdut jew fdat,
jew jonqos li jieħu ħsiebhom sewwa; jew
(ii) jittraskura li jirrapporta kull ħsara lil, jew telf
ta’, xi oġġett ta’ lbies jew tagħmir personali,
ikun x’ikun il-kaġun ta’ dik il-ħsara jew telf; jew
(iii) mingħajr awtorità  xierqa joħroġ mill-ħabs xi
proprjetà  pubblika jew ineħħi xi proprjetà  bhal
dik mimn parti għal oħra tal-ħabs;
(o) nuqqas li jsiru rapporti jew li jinżammu records,
jiġifieri, jekk huwa:
(i) jonqos li jirrapporta malajr kemm jista’ jkun lid-
Direttur kull ħaġa, barra minn dawk imsemmija
fil-paragrafu ta’ l-aħħar qabel dan, li huwa fid-
dmir li jirrapporta; jew
(ii) jonqos li jagħmel xi reġistrazzjoni meħtieġa fil-
ktieb, reġistru jew record uffiċjali xieraq li
jinżamm taħt dawn ir-regolamenti jew taħt xi
ordni tad-Direttur;
(p) sforz għall-ksib ta’ influwenza minn barra, jiġifieri,
jekk huwa jipprokura jew jipprova jipprokura għalih l-
intervent ta’ xi persuna għall-avvanz tiegħu personali
jew għat-titjib tal-pożizzjoni personali tiegħu jew biex
jagħmel akkużi kontra uffiċjali tal-ħabs oħra;
(q) imġieba ħażina lejn il-pubbliku, jiġifieri, jekk huwa
jaħbat għal, jew juża kliem oxxen, abużiv jew insolenti
42 L.S.260.03 ħ ĦABS
lejn, xi membru tal-pubbliku li jista’ jiġi f’kuntatt
miegħu fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu;
(r) parteċipazzjoni f’xi attività  li aktarx tfixkel il-qadi
imparzjali tad-dmirijiet tiegħu jew li tista’ tqajjem l-
impressjoni fost il-pubbliku li tista’ tfixkel l-istess
qadi;
(s) imġieba ta’ telf ta’ riputazzjoni, jiġifieri, jekk huwa:
(i) waqt li jkun fuq ix-xogħol jew frank jaġixxi
b’mod diżordinat jew b’xi mod li jkun ta’
preġudizzju għad-dixxiplina tas-servizz tal-ħabs
jew li aktarx jikkaġuna telf ta’ reputazzjoni lis-
servizz tal-ħabs; jew
(ii) waqt li jkun fuq ix-xogħol jew frank jissellef
flus mingħand uffiċjal tal-ħabs subordinat jew
inferjuri fir-rank, jew jislef flus lil uffiċjal tal-
ħabs superjuri; jew
(iii) ipejjep jew jixrob xorb li jsakkar jew ġewwa l-
ħabs (ħlief taħt dawk il-kondizzjonijiet li minn
żmien għal żmien jistgħu jiġu permessi) jew
waqt li jkun fuq ix-xogħol inkarigat mill-
priġunieri barra mill-ħabs; jew
(iv) waqt li jkun fuq ix-xogħol jaħbat għal xi uffiċjal
tal-ħabs jew persuna oħra impjegata, jew fuq
xogħol uffiċjali, fil-ħabs jew juża kliem oxxen,
abużiv jew insolenti lejn xi uffiċjal jew persuna
tali; jew
(v) waqt li jkun fuq ix-xogħol, jew ikun suġġett li
jiġi msejjaħ għax-xogħol, ma jkunx tajjeb għax-
xogħol minħabba li jkun xorob xorb li jsakkar
jew abbuża mid-drogi; jew
(vi) isib ruħu fi tfixkil pekunjarju tort tiegħu jew bin-
negliġenza tiegħu; jew
(vii) juża xi kliem, għemil jew ġesti li jinġurjaw,
jinsultaw jew imaqdru lill-Gvern ta’ Malta jew
lil xi persuna impjegata jew li jkollha x’taqsam
ma’ l-amministrazzjoni tal-Gvern ta’ Malta; jew
(viii) jakkuża b’imġieba ħażina lil xi persuna
impjegata jew li jkollha x’taqsam ma’ l-
amministrazzjoni tal-Gvern ta’ Malta; jew
(ix) bi kliem jew xort’oħra juri tmaqdir tad-Direttur
jew ta’ xi membru tal-Bord, jew ta’ xi wieħed
mill-Viżitaturi Speċjali imsemmija fl-artikolu
8(5) ta’ l-Att jew ta’ l-amministrazzjoni tal-
ħabs, jew juża xi kelma jew espressjoni li jkollha
temdenza jew tkun maħsuba li ġġib f’mibegħda,
ridikolaġni jew disprezz lid-Direttur jew xi
membru tal-Bord jew xi Viżitatur Speċjali jew l-
amministrazzjoni tal-ħabs; jew
(x) jgħid kliem jew b’xi mod ikun li jkun jagħmel xi
ħaġa li ġġib jew li jkollha tendenza li ġġib
diżaffezzjoni fost membri tas-servizz tal-ħabs
ĦABS ġ L.S.260.03 43
jew fost il-priġunieri; jew
(t) kull ksur ieħor ta’ regolamenti, direttivi jew ordnijiet,
jiġifieri, jekk huwa jikkommetti jew jipprova
jikkommetti xi ksur ieħor ta’ dawn ir-regolamenti jew
ta’ xi direttiva jew ordni mogħtija taħthom.
Proċeduri 
dixxiplinarji u 
multi.
103. (1) Uffiċjal tal-ħabs li jagħmel reat kontra d-dixxiplina
jkun suġġett għal dawk il-proċeduri dixxiplinarji li jistgħu jittieħdu
kontrih bis-saħħa tas-setgħat mogħtija bil-Kostituzzjoni ta’ Malta
jew taħtha.
(2) Il-multi kollha mwaħħla dwar reati kontra d-dixxiplina
għandhom jiġu miġbura billi jinżammu mill-paga tal-ħati li tkun
dovuta jew li għad trid tkun dovuta u l-ammont hekk miġbur ma
għandux ikun aktar fit-total f’kull ġimgħa minn parti waħda minn
kull sebgħa tal-paga fil-ġimgħa tal-ħati ħlief fil-każ li l-ħati jkun
ser jitlaq mis-servizz tal-ħabs, f’liema każ l-ammont sħiħ ta’ kull
multa mhux imħallsa jkun jista’ jitnaqqas minn kull paga li tkun
dovuta.
TAQSIMA IV
Il-Bord tal-Ħabs
Funjonijiet tal-
Bord.
104. Il-Bord għandu jkollu dawn il-funzjonijiet li ġejjin:
(a) li jissodisfa ruħu f’dak li hu trattament ta’ priġunieri,
l-istat tal-post tal-ħabs u l-amministrazzjoni tal-ħabs;
(b) li jissorvelja l-amministrazzjoni tas-sistema
dixxiplinarja tal-ħabs u jgħarraf lill-Ministru bil-
konklużjonijiet tiegħu; dan jinkludi l-awtorità  li jkun
preżenti f’seduti ta’ dixxiplina ta’ priġunieri;
(ċ) li jagħti parir lill-Ministru dwar kull ħaġa li jkollha
x’taqsam mal-kura u r-rijabilitazzjoni tal-priġunieri,
kif ukoll ma’ l-organizzazzjoni u t-titjib tal-ħabs u s-
servizz tal-ħabs, li l-Ministru jista’ jirreferi għaliha
jew kull ħaġa anċillari li dwarha l-Bord iħoss li jkun
xieraq li jagħti l-parir tiegħu lill-Ministru;
(d) li jagħti parir lill-Ministru dwar ħwejjeġ li jkollhom
x’jaqsmu max-xogħol u l-attivitajiet li għandhom isiru
mill-priġunieri;
(e) li jistħarreġ u jirrapporta dwar kull ħaġa li jqis li
għandha tiġi mistħarrġa jew li l-Ministru jitolbu biex
jistħarreġ; u
(f) li jagħmel dawk il-funzjonijiet l-oħra li jiġu assemjati
lilu taħt dawn ir-regolamenti.
Laqgħat u 
proċeduri tal-Bord.
Emendat:
A.L. 127 ta’ l-
1997.
105. (1) Il-Bord għandu jiltaqa’ għall-anqas darba fix-xahar
fil-Ħabs ta’ Kordin jew f’post ieħor li l-Bord jista’ minn żmien għal
żmien jistabbilixxi.
(2) Ħlief fejn ipprovdut xort’oħra f’dawn ir-regolamenti il-
quorum għal laqgħat tal-Bord għandu jkun ta’ nofs in-numru tal-
membri b’żieda ta’ wieħed.
(3) Il-laqgħat tal-Bord għandhom ikunu preseduti miċ-
Chairman jew fl-assenza tiegħu mill-Viċi Chairman jew membru
44 L.S.260.03 ħ ĦABS
maħtur mill-Bord biex jippresiedi l-laqgħa.
(4) Id-Direttur jista’ jattendi laqgħa sħiħa tal-Bord jew parti
minnha jekk ikun hekk mistieden mill-Bord u għandu jagħti lill-
Bord kull informazzjoni li jista’ jeħtieġ għall-eżerċizzju kif imiss
tal-funzjonijiet tiegħu.
(5) Il-minuti tal-proċeduri u tad-deliberazzjonijiet tal-Bord
għandhom jiġu magħmula mis-Segretarju tal-Bord u l-Ktieb tal-
Minuti relattiv għandu jinżamm fil-kustodja tiegħu. Dawk il-minuti
għandhom jiġu moqrija u kkonfermati fl-ewwel laqgħa wara l-
laqgħa li għaliha jkunu jirreferu, jew xi laqgħa sussegwenti, u
għandhom jiġu ffirmati miċ-Chairman jew membru ieħor li
jippresiedi l-laqgħa li fiha jiġu kkonfermati u mis-Segretarju.
(6) Ix-xiehda ġuramentata li jkollha x’taqsam ma’ xi ilment
jew inkjesta li jsiru skond dawn ir-regolamenti tista’ tinstama’
minn membru wieħed jew iktar tal-Bord hekk kif jista’ jew jistgħu
jinħatru għal dak l-għan mill-Bord li għandu wkoll jaħtar lil dak il-
membru li jagħti l-ġurament.
Żjarat u 
spezzjonijiet mill-
Bord.
106. (1) Il-Bord għandu jżur u jispezzjona l-ħabs mhux inqas
minn darba fix-xahar u regolarment jara lil kull priġunier jew fuq
il-post tax-xogħol jew tat-tiżmim tiegħu jew b’dak il-mod ieħor li l-
Bord jara li jkun konvenjenti.
(2) Jekk il-Bord hekk jitlob, dawn iż-żjarat u spezzjonijiet
għandu jattendi għalihom id-Direttur u kull uffiċjal tal-ħabs ieħor
jew uffiċjali tal-ħabs oħra magħżula mid-Direttur.
(3) Il-priġunieri għandhom jiġu mistoqsija jekk ikollhomx xi
lment x’jagħmlu għar-rigward tat-trattament tagħhom fil-ħabs u
kull priġunier li jkun jixtieq jagħmel ilment għandu jinstama’ f’dik
il-parti tal-ħabs li l-Bord iqis li tkun xierqa.
(4) La d-Direttur u l-ebda uffiċjal tal-ħabs ieħor ma għandu
jkun preżenti waqt li priġunier ikun qed jagħmel ilment quddiem il-
Bord. Id-Direttur, iżda, għandu jinstama’ fuq kull ilment bħal dak.
(5) Il-Bord għandu jżomm record ta’ l-ilmenti kollha li jsirulu
mill-priġunieri u tad-deċiżjoni tiegħu fuqhom, u għandu, jekk jara
l-ħtieġa, jisma’ x-xhieda ġuramentata ta’ mim jagħmel l-ilment u
ta’ dawk l-uffiċjali tal-ħabs u priġunieri oħra jew persuni oħra li l-
Bord iqis li tkun rilevanti. Il-ġurament għandu jingħata miċ-
Chairman jew minn membru ieħor li jkun qed jippresiedi.
(6) Kemm-il darba ma jkunux jidhru biċ-ċar li jkunu frivoli
jew bla bażi, kull talba jew ilment għandhom jiġu trattati mill-
ewwel u mwieġba mingħajr dewmien żejjed.
(7) Meta l-Bord jara li ma jkunx prattikabbli li ssir żjara jew
spezzjoni taħt id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan ir-regolament
mill-membri kollha tal-Bord, żjara jew spezzjoni magħmula minn
mhux inqas minn tliet membri magħżulin għal dak il-għan mill-
Bord għandha titqies li tkun żjara jew spezzjoni magħmula mill-
Bord, u d-disposizzjonijiet ta’ qabel għandhom japplikaw għal kull
żjara jew spezzjomi bħal dik bl-istess mod u għall-istess effett bħal
waħda magħmula mill-Bord. Kull record li jinżamm mill-membri li
jagħmlu żjara jew spezzjoni bħal dik u kull ilment li dawk il-
membri jirċievu għandhom jiġu riferiti lill-Bord fl-ewwel laqgħa li
ĦABS ġ L.S.260.03 45
jkollu wara u għandhom jiġu mdaħħla fil-minuti, iżda jekk ikun
hemm il-ħtieġa li tinstama’ xi xiehda bil-ġurament waqt xi żjara
jew spezzjoni bħal dik il-ġurament jista’ jingħata minn kull wieħed
mill-membri li jkunu qed jagħmlu ż-żjara jew spezzjoni.
(8) Il-membri tal-Bord jistgħu ukoll jagħmlu żjarat u
spezzjonijiet bħal dawk jew flimkien jew separatament f’kull
żmien, kemm jekk bi nhar jew bil-lejl, kulmeta jaraw li jkun
mixtieq li jagħmlu dan. Żjarat u spezzjonijiet bħal dawk jistgħu
jsiru wkoll mingħajr avviż minn qabel lid-Direttur. Għandu jsir
rapport ta’ dawk iż-żjarat jew spezzjonijiet lill-Bord fl-ewwel
laqgħa li jkollu wara kemm-il darba l-membri li jagħmlu ż-żjara
jew spezzjoni ma jkunux tal-fehma li jinfurmaw lill-Bord aktar
kmieni permezz taċ-Chairman.
Smigħ ta’ ilmenti 
oħra.
107. Ikun ukoll id-dmir tal-Bord li jisma’ u jiddeċiedi, kemm
jista’ jkun malajr, kull talba jew ilment li jsirulu minn priġunier,
jew minn persuna f’ismu, barra minn dawk magħmula direttament
lilu jew lil xi wieħed mill-membri tiegħu waqt żjara jew spezzjoni.
Deċiżjonijiet tal-
Bord.
Emendat:
A.L. 127 ta’ l-
1997.
108. (1) Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jittieħdu
b’maġġoranza tal-membri preżenti u li jivvotaw. Fil-każ ta’ voti
ndaqs iċ-Chairman tal-Bord għandu jkollu vot deċiżiv b’żieda
għall-vot oriġinali tiegħu.
(2) Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Ħabs ma għandhomx ikunu
vinkolanti fuq id-Direttur iżda jkun id-dmir tad-Direttur li jqis
b’mod serju kull rakkomandazzjoni li ssir mill-Bord wara li
tittieħed deċiżjoni kif hemm provdut fis-subregolament (1). Bla
ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (3), meta d-
Direttur, jew xi uffiċjal tal-ħabs ieħor li jkun qed jaġixxi floku,
ikun tal-fehma li r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ma jkunux
jistgħu jiġu implementati għal raġunijiet li jkunu fl-aħjar interess
ta’ l-amministrazzjoni tal-ħabs, għandha tingħata spjegazzjoni bil-
miktub dwar dawn ir-raġunijiet, fi żmien xahar mid-data minn meta
jaslu r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord, liċ-Chairman tal-Bord tal-
Ħabs b’kopja li tiġi indirizzata lill-Ministru, jew lil persuna li tiġi
delegata minnu. Il-Ministru, jew il-persuna li tiġi delegata minnu,
jista’ jikkonferma jew jibdel id-deċiżjoni tad-Direttur.
(3) Meta r-rakkomandazzjoni tal-Bord tkun, fil-fehma tad-
Direttur, tittratta dwar kwistjoni ta’ sigurtà  li tkun teħtieġ
konfidenzjalità  sħiha, għandu d-Direttur, fi żmien xahar imsemmi
fis-subregolament (2), jagħmel dikjarazzjoni dwar dan liċ-
Chairman tal-Bord u għandu wkoll fl-istess waqt jagħmel rapport
personali direttament lill-Ministru, jew lill-persuna li tiġi delegata
minnu, fejn jagħmel il-kummenti tiegħu dwar ir-rakkomandazzjoni,
flimkien mal-fehma tiegħu dwar jekk dik ir-rakkomandazzjoni
għandhiex tiġi aċċettata jew le. Id-deċiżjoni tal-Ministru, jew dik
tal-persuna li tiġi delegata minnu, tkun finali u konklużiva.
Record uffiċjali 
taż-żjarat mill-
Bord jew mill-
membri tiegħu.
109. (1) Il-membri tal-Bord għandhom iniżżlu nota fil-Ktieb
tal-Viżitaturi uffiċjali ta’ kull żjara u spezzjoni magħmula
minnhom, b’dik l-osservazzjoni li jidhrilhom li għandhom jagħmlu
dwar il-ħabs u l-priġunieri.
(2) Il-Ktieb tal-Viżitaturi uffiċjali għandu jinġieb quddiem il-
Bord f’kull laqgħa ta’ kull xahar u f’dawk iż-żminijiet oħra skond
46 L.S.260.03 ħ ĦABS
kif il-Bord ikun jeħtieġ.
(3) Il-Ministru jista’ jitlob li jeżamina l-Ktieb tal-Viżitaturi
uffiċjali u l-ktieb tal-minuti tal-Bord.
Skwalifika u 
astensjoni ta’ 
membri.
110. (1) Ebda persuna li jkollha interess f’xi kuntratt għall-
provvista ta’ oġġetti jew servizzi għall-ħabs ma għandha tkun
membru tal-Bord.
(2) Jekk xi membru tal-Bord ikun jiġi mid-demm minn jew
imħallat bi żwieġ ma’, sar-raba’ grad inkluż, xi priġunier jew ikollu
xi interess professjonali f’xi priġunier, barra minn bħala membru
tal-Bord, huwa għandu minnufih jagħmel dikjarazzjoni ta’ dik ir-
relazzjoni jew interess lill-Bord u dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi
mdaħħla fil-minuti. L-imsemmi membru għandu wara dan jastjeni
milli jieħu sehem fil-proċeduri u d-deliberazzjonijiet tal-Bord fuq
kull kwistjoni li jkollha x’taqsam ma’ dak il-priġunier u milli
jivvota fuqha.
(3) Membru li jassenti ruħu mingħajr raġuni valida għal aktar
minn erba’ laqgħat konsekuttivi għandu jitqies bħala li jkun
irriżenja mill-kariga tiegħu.
Ħwejjeġ għall-
attenzjoni tad-
Direttur.
111. Il-Bord għandu jiġbed l-attenzjoni tad-Direttur għal kull
ħaġa li tkun teħtieġ l-attenzjoni tiegħu u għandu jirrapporta lill-
Ministru kull ħaġa li huwa jqis li għandu jirrappurtalu minnufih.
Abbużi fl-ħabs. 112. Il-Bord għandu jgħarraf lill-Ministru minnufih b’kull
abbuż li jsir jaf bih u għandu jkollu s-setgħa li jirrakkomanda lill-
awtorità  xierqa t-teħid ta’ azzjoni dixxiplinarja kontra kull uffiċjal
tal-ħabs.
Spezzjoni ta’ l-
ikel.
113. Il-Bord għandu jagħmel arranġamenti sabiex l-ikel tal-
priġunieri jiġi spezzjonat minn membru tal-Bord f’intervalli spissi.
Rapporti dwar is-
saħħa ta’ priġunier.
114. Il-Bord għandu jistħarreġ kull rapport li jsirlu, jew kull
informazzjomi li xort’oħra tiġi għall-konjizzjoni tiegħu, li s-saħħa
ta’ priġunier, mentali jew fiżika, tkun ġiet jew x’aktarx tkun se tiġi
milquta dannożamemt b’xi kondizzjoni tal-priġunerija tiegħu.
Aċċess għall-ħabs 
u għar-records.
115. (1) Il-Bord u kull membru tiegħu għandu jkollhom aċċess
f’kull ħin għal kull parti tal-ħabs u għal kull priġunier u jistgħu
jintervistaw lil kull priġunier fejn ma jarahom u ma jismagħhom
ebda uffiċjal tal-ħabs.
(2) Il-Bord u kull membru tiegħu għandu jkollhom aċċess
għar-records kollha tal-ħabs.
Rapport annwali. 116. Il-Bord għandu jagħmel rapport annwali lill-Ministru fl-
aħħar ta’ kull sena dwar l-istat tal-ħabs u l-amministrazzjoni tiegħu
u, b’mod ġenerali, dwar l-esekuzzjoni tal-funzjonijiet tiegħu.
TAQSIMA V
Supplementari
Persuni oħra 
impjegati fil-ħabs.
117. Persuni impjegati fil-ħabs, li ma jkunux uffiċjali tal-ħabs,
ma għandhom jagħmlu ebda komunikazzjoni jew ikollhom xi
kuntatt dirett ma’ xi priġunier ħlief bil-permess tad-Direttur, u
f’każijiet bħal dawn id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ dawn ir-
regolamemti għandhom japplikaw għalihom bħalma japplikaw
għall-uffiċjali tal-ħabs.
ĦABS ġ L.S.260.03 47
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 4)
DOKUMENT BIEX PERSUNA TINŻAMM IL-ĦABS
Lid-Direttur tal-Ħabs:
L-individwu hawn taħt imsemmi huwa mibgħut biex jinżamm il-ħabs:
Isem .................................................................... Età  ..........................................
Numru tal-Karta ta’ Identità  jew tal-Passaport .......................................................
L-Aħħar Indirizz Magħruf .....................................................................................
..............................................................................................................................
..............................................................................................................................
Partikolaritajiet oħra suffiċjenti biex jistabbilixxu l-identità  tal-persuna mdaħħla
..............................................................................................................................
Dan it-tiżmim fil-ħabs qiegħed isir bis-saħħa ta’ ordni tal-Qorti
Isem tal-Qorti .......................................................................................................
Isem ta’ l-Imħallef jew Maġistrat Presidenti ..........................................................
Data tas-Sentenza jew ordni oħra tal-Qorti ............................................................
Dettalji tal-kundanna jew raġuni oħra għat-tiżmim fil-ħabs ...................................
..............................................................................................................................
Tul tas-sentenza jew miżura oħra li tnaqqas il-libertà  personali
..............................................................................................................................
Iffirmat illum ..................... ta’ ..........., .........
Firma tar-Reġistratur
jew uffiċjal awtorizzat ieħor
Formula A - Ir-Reġistratur jew uffiċjal awtorizzat ieħor
48 L.S.260.03 ħ ĦABS
DOKUMENT BIEX PERSUNA TINŻAMM IL-ĦABS
Lid-Direttur tal-Ħabs:
L-individwu hawn taħt imsemmi huwa mibgħut biex jinżamm il-ħabs:
Isem ............................................................................... Età  ...............................
Numru tal-Karta ta’ Identità  jew tal-Passaport .......................................................
L-Aħħar Indirizz Magħruf .....................................................................................
..............................................................................................................................
..............................................................................................................................
Partikolaritajiet oħra suffiċjenti biex jistabbilixxu l-identità  tal-persuna mdaħħla
..............................................................................................................................
Dan it-tiżmim fil-ħabs qiegħed isir bis-saħħa ta’ awtorità  kompetenti barra minn
Qorti jew il-Pulizija
Isem ta’ l-Awtorità
................................................................................................
Raġuni li għaliha l-persuna hija mibgħuta biex tinżamm il-ħabs (indika d-
disposizzjoni rilevanti ta’ l-artikolu 4 ta’ l-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260))
..............................................................................................................................
Data ta’ l-ordni ta’ l-awtorità  kompetenti ..............................................................
Tul taż-żmien li għalih il-persuna hija mibgħuta biex tinżamm il-ħabs minn dik l-
awtorità  ....................................................................................................................
Iffirmat illum ..................... ta’ ..............., ...........
Firma ta’ l-Uffiċjal
awtorizzat mill-awtorità  kompetenti
Formula B - Awtorità  Barra Minn Qorti jew il-Pulizija
ĦABS ġ L.S.260.03 49
DOKUMENT BIEX PERSUNA TINŻAMM IL-ĦABS
Lid-Direttur tal-Ħabs:
L-individwu hawn taħt imsemmi huwa mibgħut biex jinżamm il-ħabs:
Isem ................................................................. Età  .............................................
Numru tal-Karta ta’ Identità  jew tal-Passaport .......................................................
L-Aħħar Indirizz Magħruf .....................................................................................
..............................................................................................................................
..............................................................................................................................
Partikolaritajiet oħra suffiċjenti biex jistabbilixxu l-identità  tal-persuna mdaħħla
..............................................................................................................................
Dan it-tiżmim fil-ħabs qiegħed isir bis-saħħa ta’ awtorità  kompetenti
Isem ta’ l-Uffiċjal tal-Pulizija ...............................................................................
Raġuni li għaliha l-persuna hija mibgħuta biex tinżamm il-ħabs li tindika d-
disposizzjoni rilevanti ta’ l-artikolu 4 ta’ l-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260)
..............................................................................................................................
Iffirmat illum ..................... ta’ ..............., ...........
Firma ta’ l-Uffiċjal tal-Pulizija
Formula Ċ - Pulizija
50 L.S.260.03 ħ ĦABS
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 101)
STATUT TA’ L-ASSOĊJAZZJONI TA’ L-UFFIĊJALI
TAL-ĦABS TA’ MALTA
Titolu ta’ l-Assoċjazzjoni
1. L-Assoċjazzjomi għandha tkun magħrufa bħala "L-Assoċjazzjoni ta’ l-
Uffiċjali tal-Ħabs ta’ Malta".
Għanijiet u Objettivi ta’ l-Assoċjazzjoni
2. L-iskop ta’ l-Assoċjazzjoni huwa li jinġiebu għall-konjizzjoni ta’ l-
awtoritajiet kompetenti l-ħwejjeġ kollha li jolqtu l-ġid u l-effiċjenza tas-servizz tal-
ħabs; li ma jkunux kwistjonijiet ta’ dixxiplina, trasferimenti, promozzjonijiet
individwali u ħwejjeġ oħra li jolqtu individwi.
B’mod partikolari l-għanijiet ta’ l-Assoċjazzjoni għandhom ikunu:
(a) it-titjib tal-kondizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi ta’ l-impjieg u s-salarju u
b’mod ġenerali l-protezzjoni ta’ l-interessi u d-drittijiet professjonali
tal-membri tagħha,
(b) it-titjib tal-livell intellettwali, morali u professjonali tal-membri tagħħa,
(ċ) il-koltivazzjoni u l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet fost il-membri kollegi, u
(d) ir-rendiment ta’ benefiċċji u għajnuna finanzjarja lill-membri kollha
tas-Servizz tal-Ħabs u d-dipendenti tagħhom skond il-kriterji li jiġu
definiti mill-membri kollha minn żmiem għal żmiem.
Affiljazzjoni ma’ Korpi barra mis-Servizz tal-Ħabs
3. L-Assoċjazzjoni għandha tkun għal kollox indipendenti minn, u mhux
assoċjata ma’, xi korp barra mis-servizz tal-ħabs, iżda, suġġett għall-approvazzjoni
tal-Ministru responsabbli għall-Ħabs, tista’ tkun affiljata ma’ assoċjazzjoni ta’
uffiċjali tal-ħabs rikonoxxuta internazzjonalment.
Sħubija fl-Assoċjazzjoni
4. Kull membru tas-servizz tal-ħabs u kull trainee f’dak is-servizz għandu jkun
membru ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-Uffiċjali tal-Ħabs ta’ Malta. Ebda persuna oħra ma
tista’ tkun membru ta’ l-Assoċjazzjoni.
Kumitat Ċentrali
5. (1) Għandu jkun hemm kostitwit Kumitat Ċentrali magħmul minn
rappreżentanti tal-gradi kollha fis-servizz tal-ħabs. Il-kumitat għandu jkun kompost
kif ġej:
(a) rappreżentant wieħed tal-gradi maniġerjali
(b) żewġ rappreżentanti tal-gradi ta’ supervisors
(ċ) erba’ rappreżentanti tal-gradi ta’ uffiċjali korrettivi anzjani
(d) seba’ rappreżentanti tal-gradi ta’ uffiċjali korrettivi.
(2) Żewġ rappreżentanti tat-trainees ikollhom id-dritt li jattendu
b’parteċipazzjoni sħiħa fil-proċeduri tal-laqgħat tal-kumitat, iżda mingħajr id-dritt li
jivvotaw fuq materji ta’ deċiżjonijiet. 
ĦABS ġ L.S.260.03 51
Chairman u Viċi-Chairman tal-Kumitat Ċentrali
6. Fl-ewwel laqgħa tiegħu wara l-elezzjonijiet tal-membri, il-Kumitat għandu
jeleġġi b’maġġoranza sempliċi ċ-Chairman u l-Viċi-Chairman minn fost il-membri
tiegħu. Ir-rappreżentanti tat-trainees ikollhom id-dritt Ii jivvotaw fl-elezzjoni taċ-
Chairman u tal-Viċi-Chairman. Ma’ l-elezzjoni taċ-Chairman tinħoloq minnufih
vakanza fil-membri tal-Kumitat. Il-vakanza għandha timtela mhux aktar tard mil-
laqgħa sussegwenti tal-Kumitat wara l-elezzjoni taċ-Chairman b’koopzjoni mill-
grad fis-servizz tal-ħabs li l-persuna maħtura bħala Chairman kienet tirrappreżemta
bħala membru.
Segretarju tal-Kumitat Ċentrali
7. Fl-ewwel laqgħa tiegħu wara l-elezzjonijiet tal-membri tiegħu, il-Kumitat
għandu jaħtar segretarju minn fost il-membri tiegħu stess. Is-segretarju għandu
jkollu d-dritt li jipparteċipa u jivvota fil-Kumitat.
Żmien tal-Kumitat Ċentrali
8. Iż-żmiem tal-Kumitat għandu jkun ta’ sentejn minn elezzjoni għall-oħra. Il-
vakanzi fil-Kumitat għandhom jimtlew b’koopzjoni mill-gradi rappreżentati mill-
membru li joħloq il-vakanza mhux aktar tard mil-laqgħa sussegwenti tal-Kumitat
wara l-ħolqien tal-vakanza.
Elezzjonijiet tal-Kumitat Ċentrali
9. (1) Kull membru ta’ l-Assoċjazzjoni għandu jkollu d-dritt li jeleġġi u li jiġi
elett.
(2) Kull membru ta’ l-Assoċjazzjomi jkollu d-dritt li jivvota fl-elezzjoni tal-
Kumitat Ċemtrali għall-kandidati fil-grad li fih il-membru ta’ l-Assoċjazzjoni jkun
impjegat fis-servizz tal-ħabs. Meta ma jkunx hemm kandidati biżżejjed biex
jiffurmaw Kumitat Ċentrali kompost minn erbatax-il membru, il-Kumitat għandu,
minkejja il-paragrafu 5(1) ta’ dan l-istatut u s-subparagrafu (4) ta’ dan il-paragrafu,
jiġi ffurmat minn dak in-numru li jkun ġie elett.
(3) Id-Direttur tal-Ħabs għandu jaħtar bord ta’ l-elezzjoni magħmul minn
rappreżentant wieħed minn kull grad biex jorganizza u jissorvelja l-elezzjoni tal-
membri ta’ l-Assoċjazzjoni. L-elezzjonijiet għandhom isiru kull sentejn.
Elezzjonijiet ġodda għal Kumitat għandhom isiru mhux aktar tard minn xahar mill-
għeluq taż-żmiem tal-kariga tal-Kumitat ta’ qabel. L-elezzjonijiet tal-membri
għandhom isiru b’vot sigriet u f’perijodu ta’ jumejn f’dati stabbiliti mid-Direttur. Il-
bord ta’ l-elezzjoni għandu jinvestiga kull ilmemt jew irregolarità  waqt l-
elezzjonijiet u għandu jiddeċiedi fuq il-validità  ta’ l-ilmenti u jagħti direttivi
rimedjali fejn u meta applikabbli. F’eventwalitajiet bħal dawn id-deċiżjonijiet tal-
bord ta’ l-elezzjoni jkunu finali u konklużivi.
(4) L-elezzjonijiet tal-membri tal-Kumitat Ċentrali għandhom ikunu fuq il-
prinċipju ta’ l-akbar numru jew I-akbar numru suċċessiv ta’ voti miksubin
individwalment minn kull kandidat dwar kull grupp tal-gradi rappreżentati fil-
Kumitat, kif ġej:
(a) il-kandidat li jirrappreżenta l-grad maniġerjali li jikseb voti l-aktar
(b) iż-żewġ kandidati li jirrappreżentaw il-grad ta’ supervisor li jiksbu voti
l-aktar
(ċ) l-erba’ rappreżentanti li jirrappreżentaw il-grad ta’ uffiċjali korrettivi
anzjani li jiksbu voti l-aktar
(d) is-seba’ kandidati li jirrappreżentaw il-grad ta’ uffiċjali korrettivi li
jiksbu voti l-aktar
52 L.S.260.03 ħ ĦABS
(e) iż-żewġ kandidati li jirrappreżentaw lit-trainees li jiksbu voti l-aktar.
Deċiżjonijiet tal-Kumitat Ċentrali
10. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom ikunu b’consensus. Meta fil-fehma
taċ-Chairman ma jkunx jista’ jinkiseb consensus, id-deċiżjonijiet għandhom
jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa. "Voti mitfugħa" tfisser voti tal-
membri tal-Kumitat li jivvotaw favur jew kontra. Iċ-Chairman ma għandux id-dritt li
jivvota, ħlief bħala vot deċiżiv fil-każ ta’ voti indaqs. Il-quorum għandu jkun
magħmul minn nofs il-membri eletti, inkluż iċ-Chairman. Fil-każ li ma jkunx hemm
quorum fil-ħin stabbilit tal-laqgħa ċ-Chairman għandu jagħti estensjoni ta’ nofs
siegħa li warajha dawk preżenti għandhom jiffurmaw quorum. Membru li jassenti
ruħu mingħajr raġuni valida għal aktar minn erba’ laqgħat konsekuttivi għandu jiġi
kkunsidrat bħala li jkun irriżenja u l-post tiegħu għandu jiġi dikjarat vakanti.
Laqgħat tal-Kumitat Ċentrali
11.  II-Kumitat għandu jiltaqa’ għall-inqas darba fix-xahar, iżda ċ-Chairman
jista’ jsejjaħ laqgħat f’intervalli aktar spissi.
Akkomodazzjoni ta’ l-Assoċjazzjoni
12. Id-Direttur tal-Ħabs għandu jipprovdi mingħajr ħlas akkomodazzjoni
raġonevoli f’post ipprovdut għall-iskopijiet tal-ħabs sabiex l-Assoċjazzjoni tkun
tista’ taqdi l-funzjonijiet tagħha b’mod effiċjenti u mingħajr tfixkil. Id-Direttur
għamdu jipprovdi, mingħajr ħlas ukoll, dik l-għajnuna oħra li tkun meħtieġa biex l-
Assoċjazzjoni tkun tista’ tiffunzjona sewwa.
Konferenza Annwali
13. Għandha ta’ kull sena ssir konferenza tal-membri kollha ta’ l-Assoċjazzjoni
li għandha tissejjaħ il-konferenza annwali. Il-post, id-data u t-tul tal-konferenza
għandhom jiġu stabbiliti mill-kumitat ċentrali. Il-konferenza annwali għandha
tadotta aġenda fil-bidu ta’ kull sessjoni fuq il-bażi ta’ draft imħejji mill-kumitat
ċentrali. Iċ-Chairman, il-Viċi-Chairman u s-Segretarju tal-konferenza għandhom
jiġu eletti b’maġġoranza tal-voti mitfugħa fil-bidu tal-konferenza. Iż-żmiem tal-
kariga tagħhom għandu jkompli sa l-elezzjoni taċ-Chairman, Viċi-Chairman u
Segretarju suċċessivi. Id-deċiżjonijiet tal-konferenza għandhom jittieħdu
b’maġġoranza tal-voti mitfugħa. "Voti mitfugħa" tfisser voti tal-membri li jivvotaw
favur jew kontra. Iċ-Chairman ma għandux jipparteċipa fil-votazzjoni, ħlief fil-każ
ta’ voti indaqs.
Sottoskrizzjonijiet, eċċ.
14. (1) Is-sottoskrizzjoni għandha titħallas b’kontribuzzjonijiet fix-xahar minn
kull membru b’dawn ir-rati li ġejjin:
Lm2.00 Assistent Manager
Lm1.75 Supervisor Korrettiv
Lm1.50 Uffiċjal Korrettiv Anzjan
Lm1.00 Uffiċjal Korrettiv.
(2) Il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta’ kull xahar ta’ kull membru jista’ jitnaqqas
mis-salarju tal-membru b’deċiżjoni tal-membru wara arranġament bejn il-membri u
d-Dipartiment tat-Teżor.
(3) Ir-rata tas-sottoskrizzjomi tista’ tiġi riveduta fuq rakkomandazzjoni tal-
Kumitat Ċentrali, iżda tista’ tiġi approvata biss f’sessjoni tal-konferenza annwali u
għandha tibda sseħħ f’dik id-data li tiġi approvata mill-Mimistru responsabbli għall-
ĦABS ġ L.S.260.03 53
Ħabs.
(4) Mingħajr preġudizzju għas-subparagrafu (1), ir-regoli ta’ l-Assoċjazzjoni
jistgħu jipprovdu b’mod partikolari għall-ġbir ta’ fondi mill-Assoċjazzjoni billi -
(a) tissellef flus;
(b) taċċetta donazzjonijiet mingħand individwi jew għaqdiet; u
(ċ) tbigħ pubblikazzjonijiet jew oġġetti oħra, u tirċievi kummissjoni
f’konnessjoni mal-bejgħ tagħhom.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, kull fondi hekk miġbura
għandu jintgħamel minnhom skond ir-regoli ta’ l-Assoċjazzjoni u dawk l-
istruzzjonijiet li l-kumitat ċentrali jista’ jagħti minn żmien għal żmien.
Spejjeż
15. (1) Għandhom jitħallsu lill-Kumitat Ċentrali mill-fondi ta’ l-Assoċjazzjoni
dawk is-somom li l-Kumitat Ċentrali jistabbilixxi.
(2 )Bla ħsara għall-paragrafu 17 ta’ dan l-istatut, kull spejjeż magħmula minn
jew għall-iskopijiet tal-Kumitat Ċentrali jew xi sotto-kumitat jew korp ieħor maħtur
mill-Kumitat għandhom jitħallsu mill-fondi ta’ l-Assoċjazzjoni.
Kontijiet
16. (1) Il-Kumitat Ċentrali għandu, dwar il-fondi ta’ l-Assoċjazjoni miżmuma
mill-Kumitat, iżomm kontijiet li juru l-flus kollha riċevuti jew imħallsa u għandu
jara li kontijiet ta’ kull sena jiġu verifikati minn uditur indipendenti.
(2) L-uditur indipendenti għandu jkun persuna jew soċjetà  li jkollha l-warrant
ta’ uditur taħt l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-Accountancy (Kap. 281).
(3) Wara t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja rendikont tal-kontijiet għal dik is-
sena, flimkien ma’ kopja tar-rapport ta’ l-uditur indipendemti dwarhom, għandu
jinġieb lill-Kumitat Ċentrali fil-konferenza annwali u għandu jintbagħat lill-Ministru
responsabbli għall-Ħabs u jiġi pubblikat, b’mod approvat mill-Kumitat Ċentrali,
għall-informazzjomi tal-membri.
Użu tal-Fondi ta’ l-Assoċjazzjoni
17. (1) Il-fondi ta’ l-Assoċjazzjoni ma għandhomx, mingħajr il-kunsens tal-
Ministru responsabbli għall-Ħabs, jintużaw xort’oħra milli biex jitħallsu l-ispejjeż li
jsiru skond id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.
(2) Il-fondi ta’ l-Assoċjazzjoni ma għandhomx jintużaw biex -
(a) jingħata appoġġ lil partit politiku, jew biex tiġi promossa direttament
jew indirettament, il-kandidatura ta’ persuna f’elezzjoni parlamemtari
jew ta’ kunsill lokali; jew
(b) biex issir kontribuzzjoni għall-fondi ta’ partit politiku jew lil trade
union jew xi għaqda jew organizzazzjoni oħra li ma tkunx konnessa
mal-korp tal-ħabs jew mal-ġid tal-korp jew li ma tkunx tagħmel xogħol
karitattiv għall-ġid ta’ oħrajn.
REGOLI TA’ L-ASSOĊJAZZJONI
18. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, ir-regoli magħmula
mill-Kumitat Ċentrali (f’din it-Taqsima msemmija bħala "Regoli ta’ l-
Assoċjazzjoni") jistgħu, b’żieda għall-provdiment ta’ kull ħaġa li taħt id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima tista’ tiġi pprovduta jew preskritta
54 L.S.260.03 ħ ĦABS
b’dawk ir-regoli, jipprovdu għal -
(a) l-objettivi, funzjonijiet u sħubija ta’ kull sotto-kumitat u korp ieħor
maħtur mill-Kumitat Ċentrali;
(b) il-proċeduri ta’ l-imsemmija sotto-kumitati u korpi;
(ċ) il-ġbir ta’ fondi għall-għanijiet ta’ l-Assoċjazzjoni;
(d) bla ħsara għall-paragrafu 15 ta’ dan l-istatut, l-użu li għalih jistgħu
jitqiegħdu l-fondi;
(e) l-investiment ta’ proprjetà  u fondi ta’ l-Assoċjazzjoni f’persuni maħtura
bħala trustees għal dak il-għan;
(f) l-għemil mill-Assoċjazzjoni ta’ standing orders għall-implimentar ta’
kull provdiment magħmul bir-regoli ta’ l-Assoċjazzjoni.
(2) Bla ħsara għas-subparagrafu (3), ir-regoli ta’ l-Assoċjazzjoni għandhom jiġu
mħejjija f’għamla ta’ draft mill-Kumitat Ċentrali u għandhom jiġu sottomessi lill-
konferenza annwali għall-approvazzjoni.
(3) Meta l-Kumitat Ċentrali jkun jidhirlu li l-każ ikun wieħed ta’ urġenza, ma
jkunx meħtieġ li r-regoli jiġu sottomessi f’għamla ta’ draft lill-konferenza annwali
għall-approvazzjoni tagħħa u jkun biżżejjed li r-regoli jiġu approvati mill-Ministru
responsabbli għall-Ħabs skond is-subparagrafu (4); iżda f’każ bħal dan ir-regoli ma
jibqgħux ikollhom effett kemm-il darba ma jiġux ratifikati fil-laqgħa suċċessiva tal-
konferenza annwali.
(4) Wara li jiġu approvati mill-konferenza annwali, ir-regoli ta’ l-Assoċjazzjoni
għandhom jiġu sottomessi lill-Ministru responsabbli għall-Ħabs għall-approvazzjoni
tiegħu, u ma għandux ikollhom effett qabel ma jiġu approvati minnu.
 
