PENSJONIJIET GĦAL MIN JAĦDEM FIL-ĦABS ġ L.S.260.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 260.04
REGOLAMENTI DWAR PENSJONIJIET GĦAL MIN 
JAĦDEM FIL-ĦABS
20 ta’ April, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 88 ta’ l-2001.
Titolu.
Pensjonijiet għal min jaħdem fil-Ħabs.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"allowance personali" tfisser żieda speċjali mogħtija
personalment lid-detentur tal-kariga għal dak iż-żmien, iżda ma
tinkludix dik iż-żieda jekk tkun mogħtija bħala suġġetta għall-
kondizzjoni li ma tkunx pensjonabbli;
Kap. 260.
"ħlas pensjonabbli" jidħlu fiha -
(i) is-salarju,
(ii) l-allowance personali,
iżda ma jidħlux fiha l-allowance għal xi servizz speċjali, ir-
rimunerazzjoni extra, u kull dritt imħallas mit-Teżor bħala salarju
jew kull xorta ta’ ħlasijiet oħra;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ħabs u tinkludi,
sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull persuna awtorizzata għal
hekk għal xi wiehed mill-għanijiet ta’ l-Att;
"sena" tfisser sena skond il-kalendarju;
"xahar" tflsser xahar skond il-kalendarju;
"uffiċjal tas-servizzi korrettivi" tfisser uffiċjal maħtur fis-servizz
pubbliku fi jew wara l-15 ta’ Jannar, 1979 u li jkun jokkupa l-
kariga elenkata fl-Iskeda.
Ċirkostanzi li 
fihom il-pensjoni 
tista’ tingħata.
3. Ebda pensjoni ma tingħata lil xi uffiċjal tas-servizzi
korrettivi ħlief meta jiritra mid-Dipartiment għal Servizzi
Korrettivi f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) meta jew wara li jagħlaq l-età  ta’ ħamsa u ħamsin sena,
jew jekk ikun għalaq ħamsa u għoxrin sena servizz fid-
Dipartiment għal Servizzi Korrettivi;
(b) meta tiġi abolita l-kariga tiegħu;
(ċ) meta jiġi irtirat bil-fors ħalli jagħti lok issir aħjar l-
organizzazzjoni tad-Dipartiment għal Servizzi
Korrettivi, biex b’hekk ikun hemm effiċjenza u
ekonomija akbar;
(d) meta jigi irtirat bil-fors fl-interess pubbliku;
(e) fuq prova medika ta’ sodisfazzjon tal-Prim Mimstru
illi dak l-uffiċjal tas-servizzi korrettivi ma jkunx
kapaċi niinħabba mard tal-moħħ jew tal-ġisem li
2 L.S.260.04 ħ PENSJONIJIET GĦAL MIN JAĦDEM FIL-ĦABS
jesegwixxi d-dmirijiet tal-kariga tiegħu u li dik il-
marda x’aktarx li tkun waħda permanenti.
Irtir fl-interess 
pubbliku.
4. Meta servizz ta’ uffiċjal tas-servizzi korrettivi jiġi mitmum
mill-Prim Ministru wara li jitqiesu l-kondizzjonijiet tad-Dipatiment
għal Servizzi Korrettivi, l-utilità  ta’ dak l-uffiċjal tas-servizzi
korrettivi f’dak id-Dipartiment, kif ukoll iċ-ċirkostanzi kollha tal-
każ, u jitqies li jkun fl-interess pubbliku li dak l-uffiċjal ma jibqax
fis-servizz bħala membru tad-Dipartiment għal Servizzi Korrettivi,
u pensjoni ma tkunx tista’ tingħatalu xort’oħra skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, dak l-uffiċjal tas-servizzi
korrettivi jista’ jingħata pensjoni li ma tkunx iżjed minn dak l-
ammont li għalih kien ikun eliġibbli kieku rtira mid-Dipartiment
għal Servizzi Korrettivi fiċ-ċirkostanzi msemmijin fir-regolament
3(e).
L-ogħla pensjoni li 
jista’ jingħata.
5. (1) Il-pensjoni mogħtija lil uffiċjal tas-servizzi korrettivi
taħt dawn ir-regolamenti ma tistax tkun iżjed minn żewġ terzi ta’ l-
ogħla ħlas pensjonabbli li f’kull żmien li jkun kien idaħħal matul
is-servizz tiegħu fid-Dipartiment għal Servizzi Korrettivi.
(2) Għall-finijiet tas-subregolament ta’ qabel dan, ma
jittieħidx qies ta’ pensjoni addizzjonali mogħtija lil uffiċjal
minħabba li tkun ġratlu ħsara fil-persuna; iżda, meta tingħata lil
uffiċjal tas-servizzi korrettivi dik il-pensjoni addizzjonali, l-
ammont li huwa jista’ jieħu ta’ din il-pensjoni addizzjonaii ma
jistax jaqbeż is-sitt parti ta’ l-ogħla ħlas pensjonabbli tiegħu f’kull
żmien li jkun matul is-servizz tiegħu fid-Dipartiment għal Servizzi
Korrettivi b’aktar milli bis-somma li biha l-pensjoni tiegħu, apparti
minn dik il-pensjoni addizzjonali, ikun anqas minn żewġ terzi ta’
dak l-ogħla ħlas pensjonabbli.
Il-pensjonijiet ma 
jistgħux jiġu 
ċeduti.
Kap. 12.
6. Ebda pensjoni mogħtija taħt dawn ir-regolamenti ma tista’
tigi ċeduta, trasferita jew maqbuda, sekwestrata jew tkun suġġetta
għal atti ġudizzjarji, minħabba jew dwar xi dejn jew jedd ieħor,
ħlief sa fejn jgħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 381(3) tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Pensjoni tkun 
imnaqqsa f’ċerti 
ċirkostanzi.
7. (1) Uffiċjal tas-servizzi korrettivi li jirtira għal raġunijiet
elenkati fir-regolament 3(e), li tkun ingħatatlu pensjoni taħt dawn
ir-regolamenti u li jkun qed jirċievi -
(a) xi rimunerazzjoni dwar xi impieg, jew xi servizzi
mogħtija, jew xi kariga miżmuma; jew
(b) xi dħul li jkun ġej mill-eżerċizzju ta’ kummerċ,
negozju, professjoni jew vokazzjoni; jew
(ċ) xi dħul li jkun ġej minn xi pensjoni, allowance jew
ħlas ieħor dwar xi impieg, servizz jew kariga kif
imsemmi qabel,
għandu, sakemm jilħaq l-età  ta’ ħamsa u ħamsin sena, jew sal-
ħamsa u għoxrin anniversarju ta’ l-ewwel ħatra tiegħu fid-
Dipartiment għal Servizzi Korrettivi, skond liema jiġi l-ewwel,
ikollu l-pensjoni tiegħu mnaqqsa bl-ammont li bih id-dħul totali
stabbilit skond id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan ir-regolament
ikun iżjed mis-salarju li f’dak iż-żmien jitħallas dwar il-kariga
miżmuma minn dak l-uffiċjal meta rtira, billi jitqiesu biss, jekk dak
PENSJONIJIET GĦAL MIN JAĦDEM FIL-ĦABS ġ L.S.260.04 3
is-salarju jkun b’żidiet inkrimentali, dawk iż-żidiet korrispondenti
li jkunu ttieħdu qabel dak l-irtir, jew, jekk dak il-post ikun ġie
abolit, dwar post analogu:
Iżda l-pensjoni fis-sena ma għandha f’ebda każ titnaqqas
għal anqas mis-somma ta’ ħamsin lira, u jekk il-pensjoni jew
allowance oħra fis-sena ma tkunx iżjed mill-iżgħar somma li
għandha titħallas kif imsemmi qabel, ebda tnaqqis ma għandu jsir
minnha.
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1), id-dħul totali għandu
jiġi stabbilit billi jingħaddu flimkien -
(a) il-pensjoni li kienet tiġi riċevuta taħt dawn ir-
regolamenti, kieku ma kienx għad-disposizzjonijiet ta’
dan ir-regolament; u
(b) kull rimunerazzjoni jew dħul kif imsemmi fis-
subregolament (1)(a), (b) jew (ċ), jew dawk ir-
rimunerazzjoni u dħul flimkien, u
billi titnaqqas minnhom is-somma annwali ta’ ħamsin lira.
(3) Kull tnaqqis fil-pensjoni taħt is-subregolament (1) għandu
jiġi kalkolat fuq il-bażi tal-pensjoni, ir-rimunerazzjoni jew dħul
ieħor, u s-salarju, li għandhom jiġu riċevuti matul perijodu ta’ tnax-
il xahar li jtemm fil-31 ta’ Diċembru ta-sena meta t-tnaqqis ikun
dovut li jsir, iżda bla ħsara għal kull aġġustament li jista’ jkun jew
li jista’ jsir meħtieġ għal xi raġuni tkun li tkun, u safejn ikun
prattikabbii, għandu jsir mill-ħlasijiet ta’ kull xahar jew ħlasijiet
oħra perjodiċi tal-pensjoni.
(4) Kull uffiċjal li għalih japplika s-subregolament (1) għandu
mingħajr dewmien jgħarraf lill-Accountant General, u jżommu
mgħarraf f’kull żmien, biċ-ċirkostanzi kollha li jagħmlu l-imsemmi
subregolament (1) applikabbli għalih u l-limiti safejn ikun hekk
applikabbli, u b’kull tibdil fl-imsemmija ċirkostanzi jew limiti, u
għandu jagħti lill-Accountant General, meta jkun hekk mitlub, it-
tagħrif kollu rilevanti; u jekk dak l-uffiċjal jonqos milli jħares xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan is-subregolament, kull
pensjoni li huwa jista’ jkun intitolat għaliha taħt dawn ir-
regolamenti għandha ttemm minnufih:
Iżda jekk tingħata raġuni tajba, il-pensjoni jew l-allowance
l-oħra tista’ terġa’ tingħata, b’effett retroattiv jew mingħajru, mill-
Prim Ministru.
Lil min u b’liema 
rati jingħataw il-
pensjonijiet.
8. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Ħabs, u
ta’ dawn ir-regolamenti, lil kull uffiċjal tas-servizzi korrettivi li
jkun ilu fid-Dipartiment għal Servizzi Korrettivi għal għaxar snin
jew iżjed, tista’ tingħata pensjoni bir-rata ta’ waħda minn erba’
mija u ħamsin tal-ħlas tiegħu pensjonabbli għal kull xahar sħiħ ta’
servizz pensjonabbli, bla ħsara għal-limitazzjoni msemmija fir-
regolament 5.
Is-servizz ma 
għandux ikun 
maqtugħ.
9. Is-servizz li għalih tista’ tingħata pensjoni ma għandux
ikun maqtugħ, ħlief fil-każijiet li fihom is-servizz ikun ġie maqtugħ
minħabba li tneħħiet il-kariga jew ikun ġie sospiż għal xi żmien l-
impieg, u mhux minħabba imġieba ħażina jew irtir volontarju mill-
impieg:
4 L.S.260.04 ħ PENSJONIJIET GĦAL MIN JAĦDEM FIL-ĦABS
Iżda, ż-żmien ta’ servizz qabel ma s-servizz ikun ġie
maqtugħ jista’ jiġi kalkolat għall-pensjoni flimkien maż-żmien tas-
servizz wara li dan ikun ġie maqtugħ:
(a) jekk iż-żmien kollu ta’ bejn is-servizz u ieħor l-uffiċjal
ikun għaddih f’impieg ieħor fis-servizz tar-
Repubblika; jew
(b) fil-każ meta dak l-uffiċjal tas-servizzi korrettivi, wara
li jkun irriżenja mid-Dipartiment għal Servizzi
Korrettivi, ikun sussegwentement issejjaħ lura fid-
Dipartiment għal Servizzi Korrettivi bl-approvazzjoni
tal-Prim Ministru minħabba fl-esiġenzi tad-
Dipartiment għal Servizzi Korrettivi, u dik is-sejħa
lura tiġi ċertifikata mill-Prim Ministru.
Salarji li jitqiesu 
għal kalkolu ta’ 
pensjoni.
10. (1) Għall-fini biex jiġi kalkolat l-ammont tal-pensjoni ta’
uffiċjal tas-servizzi korrettivi li kellu perijodu ta’ mhux anqas minn
tliet snin ta’ servizz pensjonabbli taħt dawn ir-regolamenti qabel l-
irtir tiegħu -
(a) fil-każ ta’ uffiċjal tas-servizzi korrettivi li jkun żamm
l-istess kariga għal żmien ta’ tliet snin minnufih qabel
id-data ta’ l-irtir tiegħu, għandhom jitqiesu l-ħlasijiet
pensjonabbli annwali sħaħ li jkun igawdi f’dik id-data
dwar dik il-kariga;
(b) fil-kaz ta’ uffiċjal tas-servizzi korrettivi li f’xi żmien
matul dak il-perijodu ta’ tliet snin ikun ġie trasferit
minn kariga għal oħra ġewwa d-Dipartiment għal
Servizzi Korrettivi, iżda li l-ħlasijiet pensjonabbli
tiegħu ma jkunux tbiddlu minħabba dak it-trasferiment
jew trasferimenti ġewwa d-Dipartiment għal Servizzi
Korrettivi, ħlief bl-għoti ta’ xi żieda fl-iskala,
għandhom jitqiesu l-ħlasijiet pensjonabbli annwali
sħaħ li jkun igawdi fid-data ta’ l-irtir tiegħu dwar il-
kariga li kellu f’dak iż-żmien;
(ċ) f’każijiet oħra għandu jitqies it-terz tat-total tal-
ħlasijiet pensjonabbli li jkun igawdi l-uffiċjal tas-
servizzi korrettivi dwar is-servizzi tiegħu matul it-tliet
snin tas-servizz tiegħu minnufih qabel id-data ta’ l-irtir
tiegħu:
Iżda -
(i) jekk dak it-terz anqas mill-ogħla ħlasijiet
pensjonabbli annwali li hu jkun igawdi fid-data
ta’ xi trasferiment ġewwa d-Dipartiment għal
Servizzi Korrettivi, f’dak iż-żmien ta’ tliet snin
għandhom jitqiesu dawk il-ħlasijiet pensjonabbli
annwali; u
(ii) jekk dak it-terz ikun anqas mill-ħlasijiet
pensjonabbli annwali li hu kien igawdi fid-data
ta’ l-irtir tiegħu, kieku baqa’ f’xi kariga ġewwa
d-Dipartiment għal Servizzi Korrettivi li minnha
jkun ġie trasferit f’xi żmien matul dak il-
perijodu ta’ tliet snin, u kien irċieva ż-żiediet
kollha fl-iskala li, fil-fehma tal-Prim Ministru,
PENSJONIJIET GĦAL MIN JAĦDEM FIL-ĦABS ġ L.S.260.04 5
kienu jingħataw lilu, għandhom jitqiesu l-
ħlasijiet pensjonabbli annwali li kien ikun hekk
igawdi.
(2) Għall-fini biex jiġu stabbiliti taħt is-subregolament (1) il-
ħlasijiet pensjonabbli li uffiċjal tas-servizzi korrettivi kellu jew
kien ikollu, skond il-każ, huwa għandu jitqies -
(a) li kien fis-servizz bil-ħlasijiet pensjonabbli sħaħ matul
il-perijodu ta’ tliet snin minnufih qabel id-data ta’ l-
irtir tiegħu; u
(b) li kellu l-benefiċċju ta’ kull żieda minħabba reviżjoni
ta’ salarji fil-ħlasijiet pensjonabbli ta’ kull kariga
tiegħu bħallikieku dik iż-żieda kellha titħallas matul
dak il-perijodu ta’ tliet snin.
(3) Għall-fini ta’ kalkolu ta’ l-ammont tal-pensjoni ta’ uffiċjal
tas-servizzi korrettivi li kellu perijodu ta’ anqas minn tliet snin
servizz pensjonabbli qabel l-irtir tiegħu -
(a) għandha titqies il-medja tal-ħlasijiet pensjonabbli
annwali li kellu matul dak il-perijodu;
(b) għandu jitqies li kien fis-servizz bil-ħlasijiet
pensjonabbli sħaħ matul dak il-perijodu;
(ċ) għandu jitqies li kellu l-benefiċċju ta’ kull żieda
minħabba reviżjoni ta’ salarji fil-ħlasijiet pensjonabbli
ta’ kull kariga tiegħu bħallikieku dik iż-żieda kellha
titħallas matul dak il-perijodu; u
(d) il-perijodu li fihom huwa ma kienx jattendi għax-
xogħol bil-leave mingħajr salarju, mogħti minħabba
raġunijiet ta’ ħtieġa pubblika bl-approvazzjoni tal-
President, u li fihom hu ma kienx ikkwaliflka għal
pensjoni rigward servizz pubbliku ieħor.
(4) F’ebda ċirkostanzi ma għandhom il-ħlasijiet pensjonabbli
li għandhom jitqiesu jkunu iżjed mill-ħlasijiet pensjonabbli annwali
sħaħ li kellu l-uffiċjal tas-servizzi korrettivi fid-data ta’ l-irtir
tiegħu għall-kariga li jkollu dak iż-żmien.
(5) Fil-każ ta’ uffiċjal tas-servizzi korrettivi li għalih japplika
r-regolament 11(1)(d), id-data ta’ l-irtir tiegħu għandha:
(a) meta dak l-uffiċjal jilħaq l-età  ta’ l-irtir; jew
(b) meta dak l-uffiċjal kien ikun, li ma kenitx għat-
tkeċċija tiegħu, għalaq ħamsa u għoxrin sena servizz;
jew
(ċ) meta dak l-uffiċjal imut,
qabel ma t-tkeċċija tiegħu tkun ġiet dikjarata nulla mill-awtorità
kompetenti, titqies li tkun id-data meta dak l-uffiċjal jilħaq l-età  ta’
l-irtir, jew id-data meta jkun għalaq ħamsa u għoxrin sena servizz,
jew id-data meta jmut, skond liema tiġi l-ewwel, u l-ħlasijiet
pensjonabbli tiegħu li għandhom jitqiesu għandhom ikunu dawk li
hu kieku kien qiegħed jirċievi f’dik id-data li kieku ma kienx hekk
tkeċċa.
6 L.S.260.04 ħ PENSJONIJIET GĦAL MIN JAĦDEM FIL-ĦABS
Kalkolu ta’ 
pensjonijiet.
11. (1) Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ l-ammont ta’ pensjoni ta’
uffiċjal tas-servizzi korrettivi, il-perijodi li ġejjin għandhom
jitqiesu bħala servizz pensjonabbli:
(a) kull perijodu li fih huwa kien jattendi għax-xogħol;
(b) kull perijodu li fih irċieva nofs salarju;
(ċ) kull perijodu li fih huwa ma kienx jattendi għax-
xogħol bil-leave b’salarju sħiħ jew b’nofs salarju;
(d) kull perijodu wara t-tkeċċija mid-Dipartiment għal
Servizzi Korrettivi, meta dik it-tkeċċija tiġi
sussegwentement dikjarata minn awtorità  kompetenti
li kienet invalida, saż-żmien tat-tqegħid tiegħu lura
mill-ġdid, jew id-data meta dak l-uffiċjal tas-servizzi
korrettivi kien ikun għalaq ħamsa u għoxrin sena
servizz, jew id-data meta dak l-uffiċjal tas-servizzi
korrettivi ikollu jirtira minħabba fl-età , jew id-data
meta dak l-uffiċjal imut, skond liema tiġi l-ewwel.
U kull perijodu li fih huwa kien nieqes bil-leave, minbarra
dawk imsemmijin hawn aktar qabel, għandu jitnaqqas mis-servizz
kollu ta’ l-uffiċjal sabiex jinkiseb il-perijodu ta’ servizz
pensjonabbli tiegħu.
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1)(d) u għall-finijiet tar-
regolament 10(5), il-kelma "tkeċċija" għandha titqies li tinkludi
"irtir obbligatorju għal raġuni ta’ interess pubbliku" u l-kelma
"tkeċċa" għandha tiftiehem bl-istess mod.
Servizz magħmul 
fil-kariga ta’ 
ħaddieħor.
12. Meta uffiċjal jaġixxi flok ħaddieħor f’kariga pensjonabbli
fid-Dipartiment għal Servizzi Korrettivi, iż-żmien ta’ dak is-servizz
jista’ jingħadd bħala servizz pensjonabbli taħt dawn ir-regolamenti:
Sakemm -
(a) iż-żmien illi fih l-uffiċjal ikun aġixxa ma jkunx biċċa
mis-servizz pensjonabbli ta’ l-uffiċjal li qabel kien fil-
kariga u ma jiġix kalkolat bħala biċċa mis-servizz
pensjonabbli ta’ dan l-uffiċjal taħt dawn ir-regolamenti
fid-Dipartiment għal Servizzi Korrettivi;
(b) sewwasew qabel dan iż-żmien ta’ servizz jew
sewwasew warajh ikun hemm servizz f’kapaċità
sostantiva fid-Dipartiment għal Servizzi Korrettivi.
Tneħħija ta’ kariga 
jew 
organizzazzjoni 
mill-ġdid ta’ 
kariga.
13. Jekk uffiċjai tas-servizzi korrettivi jirtira jew jitneħħa mid-
Dipartiment għal Servizzi Korrettivi minħabba t-tneħħija tal-kariga
tiegħu, inkella sabiex jagħti lok li jsir aħjar id-Dipartiment għal
Servizzi Korrettivi, biex b’hekk jista’ jkun hemm iżjed effiċjenza u
ekonomija, lil dan l-ufflċjal tista’ tingħatalu pensjoni:
Iżda, madankollu, jekk huwa jkun ilu fid-Dipartiment għal
Servizzi Korrettivi għal anqas miż-żmien ta’ għaxar snin mehtieġ
biex jikkwalifikah għal pensjoni, huwa jista’ jiġi mogħti pensjoni
kalkolata skond ir-regolament 8 bħallikieku ma kien hemm ebda
żmien ta’ kwalifika:
Iżda b’dan illi dik il-pensjoni tingħatalu taht il-kondizzjoni
illi hu jista’ jerġa’ jiġi msejjaħ għas-servizz fid-Dipartiment għal
Servizzi Korrettivi:
PENSJONIJIET GĦAL MIN JAĦDEM FIL-ĦABS ġ L.S.260.04 7
Iżda wkoll, jekk dak l-uffiċjal tas-servizzi korrettivi ma
jkunx tajjeb għal impieg ieħor fid-Dipartiment għal Servizzi
Korrettivi jew jekk ma jkunx hemm raġuni ta’ tama, fil-fehma tal-
Prim Ministru, illi fi żmien qasir jista’ jerġa’ jigi impjegat, tista’
tiġi lilu mogħtija pensjoni mingħajr il-kondizzjoni msemmija hawn
aktar qabel.
Rati ta’ pensjoni 
meta jiġu mneħħija 
karigi.
14. Uffiċjal tas-servizzi korrettivi li l-kariga tiegħu tiġi
mneħħija, tista’ tingħatalu żieda fil-pensjoni bir-rata ta’ waħda
minn sittin tal-ħlas tiegħu pensjonabbli fis-sena għal kull perijodu
sħiħ ta’ tliet snin servizz pensjonabbli:
Iżda -
(a) iż-żieda m’għandha f’ebda każ taqbeż il-għaxra minn
sittin; u
(b) ebda żieda m’għandha ssir b’mod illi tikkwalifika
uffiċjal għal pensjoni ta’ valur fis-sena ogħla minn dak
li għalih huwa kien ikun ikkwalifikat b’tul ta’ servizz
meta jilħaq l-età  li fiha huwa jista’ jiġi mġiegħel li
jirtira, jew għal pensjoni ta’ valur fis-sena ogħla mill-
ogħla wieħed stabbilit fir-regolament 5.
Uffiċjali li jirtiraw 
minħabba ħsara fil-
persuna.
15. Meta uffiċjal tas-servizzi korrettivi tiġrilu ħsara
permanenti fil-persuna -
(a)  fil-waqt li jkun qiegħed jagħmel ix-xogħol tiegħu, u
(b)  mingħajr ħtija tiegħu, u
(ċ) minħabba feriment li tiegħu ikun speċifikatament
kaġun ix-xorta tax-xogħol tiegħu,
u b’hekk l-irtir tiegħu mis-servizz isir meħtieġ jew ikollu jsir wisq
qabel iż-żmien li jmiss, tista’ lilu tingħata, jekk huwa jkun
ikkwalifikat għal pensjoni taħt ir-regolanient 8, b’żieda mal-
pensjoni lilu mogħtija taħt dak ir-regolament, pensjoni addizzjonali
bir-rata tal-proporzjon tal-ħlas pensjonabbli li jkun qiegħed jieħu
fid-data meta ġratlu l-ħsara u li tkun taqbel għall-każ tiegħu skond
kif imfisser fit-tabella li ġejja:
Meta l-ħila sabiex jipprovdi għall-manteniment tiegħu nnifsu -
tonqos kemm xejn minn sittin ħamsa;
tonqos minn sittin għaxra;
tonqos sewwa minn sittin hmistax;
tispiċċa għal kollox minn sittin għoxrin:
Iżda l-ammont tal-pensjoni addizzjonali jitnaqqas sa dik is-
somma li l-Prim Ministru jidhirlu xieraq f’dawn il-każijiet li ġejjin:
(i) meta l-uffiċjal tas-servizzi korrettivi li tiġrilu l-
ħsara jkun baqa’ fis-servizz għal mhux anqas
minn sena wara li tkun ġratlu l-ħsara illi
minħabba fiha iritira mis-servizz;
(ii) meta uffiċjal tas-servizzi korrettivi li tiġrilu
ħsara jkun, fid-data li tiġrilu l-ħsara, jonqsu
għaxar snin għall-età  li fiha jista’ jkun imġiegħel
jirtira; jew
8 L.S.260.04 ħ PENSJONIJIET GĦAL MIN JAĦDEM FIL-ĦABS
(iii) meta l-ħsara li tkun ġratlu ma tkunx hija
waħedha l-kaġun ta’ l-irtir, iżda l-kaġun ta’ l-
irtir ikun ukoll minħabba l-età  jew mard mhux
ikkaġunat mill-ħsara:
Iżda wkoll, l-ammont kollu tal-pensjoni addizzjonali
m’għandux ikun iżjed mill-ammont stabbilit fir-regolament 5(2).
Pensjonijiet lil 
uffiċjali b’servizz 
anqas minn għaxar 
snin.
16. Meta uffiċjal tas-servizzi korrettivi li tiġrilu din il-ħsara
ma jkunx għamel żmien hekk twil fis-servizz li jikkwalifikah għal
pensjoni taħt ir-regolament 8, lil dan l-uffiċjal tkun tista’,
b’danakollu, tingħata pensjoni bir-rata ta’ waħda minn erba’ mija u
ħamsin tal-ħlas tiegħu pensjonabbli għal kull xahar sħiħ ta’ servizz
pensjonabbli flimkien ma’ dik iż-żieda ta’ pensjoni li tista’ tingħata
lilu taħt ir-regolament 15 li kieku kien ikkwaliflkat għal pensjoni.
Pensjoni lil nisa 
romol ta’ uffiċjali 
maqtula waqt is-
servizz.
17. (1) Meta uffiċjal tas-sevizzi korrettivi mingħajr ħtija
tiegħu jiġi maqtul fil-waqt li jkun qed jaqdi dmiru jew imut
minħabba xi ħsara li b’mod speċifiku tkun ġejja mix-xorta tax-
xogħol tiegħu jew jigi maqtul fil-waqt li jkun qed jaqdi dmiru,
tista’ tingħata pensjoni lill-armla li jħalli, sakemm hija ma
tiżżewwiġx, ta’ mhux iżjed minn għaxra fis-sittin tas-salarju
pensjonabbli ta’ żewġha fil-jum li tiġrilu l-ħsara; u tista’ tingħata
pensjoni lil kull wild ta’ dak l-impjegat, sa ma dak il-wild jagħlaq
it-tmintax-il sena, ta’ mhux iżjed minn wieħed minn sitta tar-rata li
tingħata lill-armla, sakemm il-pensjonijiet ta’ l-ulied miġburin
flimkien ma jkunux jeċċedu r-rata li tistħoqq lill-armla.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel jgħoddu wkoll għal każ ta’
uffiċjal li, wara li jirtira bil-pensjoni taħt ir-regolament 15, imut bl-
effetti diretti u immedjati tal-ħsara li tkun ġratlu.
(3) Jekk mart l-uffiċjal tmut qablu, jew jekk ebda pensjoni ma
tiġi mogħtija lilha taħt dan ir-regolament, u huwa jħalli warajh
ulied li kienu jkunu intitolati għal pensjoni li kieku ġiet mogħtija
pensjoni lill-armla, jistgħu jingħataw lilhom pensjonjiet fid-doppju
ta’ l-ammont tal-pensjonijet ii għalihom huma kienu jkunu intitolati
fiċ-ċirkostanzi.
(4) Jekk il-mejjet ma jħallix warajh armla jew ulied iltiema
mill-omm, iżda jħalli ’l ommu li kienet tiddependi għalkollox
minnu għall-manteniment, is-somma tal-pensjoni li setgħet tiġi
mogħtija lill-armla, li kieku kien hemm, tista’ tingħata lill-omm,
iżda din il-pensjoni tintemm, fil-każ li tkun armla u terġa’
tiżżewweġ.
L-imġieba tajba 
hija meħtieġa.
18. (1) ll-pensjonijiet ikkalkolati bir-rati msemmijin hawn
fuq, jingħataw biss fil-każi ta’ servizz li jkun sar tassew bil-fedeltà
u b’mod meritevoli.
(2) Meta l-fedeltà  ta’ l-uffiċjal ma jilħqux l-ewwel grad ta’
mertu, il-kalkolu jista’ jsir b’rati anqas minn dawk imsemmijin
hawn fuq.
PENSJONIJIET GĦAL MIN JAĦDEM FIL-ĦABS ġ L.S.260.04 9
SKEDA
(Regolament 2)
Direttur tas-Servizzi Korrettivi
Correctional Manager
Assistent Correctional Manager
Correctional Supervisor
Uffiċjal Korrettiv Anzjan
Uffiċjal Korrettiv
Għassies
