TRASFERIMENT TA’ PAZJENTI FI SPTAR ġ L.S.262.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 262.02
REGOLAMENTI DWAR IT-TRASFERIMENT
TA’ PAZJENTI FI SPTAR
14 ta’ Awissu, 1981
L-AVVIŻ LEGALI 91 ta’ l-1981.
Titolu.
Trasferiment ta’ Pazjenti fi Sptar.
Trasferiment ta’ 
pazjenti.
2. (1) Ebda pazjent f’xi sptar ma jista’ jiġi trasferit minn xi
sptar għal ieħor jekk dak it-trasferiment ma jkunx awtorizzat mill-
manager ta’ l-isptar li fih dak il-pazjent ikun qed jinżamm.
(2) Kull awtorizzazzjoni bħal dik issir fuq il-formula murija fl-
Iskeda.
(3) Kull awtorizzazzjoni bħal dik tispiċċa jekk ma tingħatax
effett mhux iktar tard minn tmienja u għoxrin jum wara l-jum li fih
tkun iffirmata mill-imsemmi manager.
2 L.S.262.02 ħ TRASFERIMENT TA’ PAZJENTI FI SPTAR
SKEDA
(Regolament 2)
ATT DWAR IS-SAĦĦA MENTALI
Awtorità  għal trasferiment minn sptar għal ieħor li jkunu taħt managers differenti
(1) Isem il-pazjent. Qed hawnhekk tingħata awtorità  għat-trasferiment
ta’ (1) ............................................................. minn
(2) ................................................................... għal
(3) .......................................................... skond-ir-
Regolamenti dwar it-Trasferiment ta’ Pazjenti fi
Sptar fi żmien 28 jum mid-data ta’ din l-awtorità .
(2) Isem u indirizz ta’
l-isptar li fih il-pazjent
għandu jinżamm.
(3) Isem u indirizz ta’
l-isptar li fih il-pazjent ikun
se jiġi trasferit.
Isem ........................
Kariga ........................
Reġistrazzjoni ta’ Dħul
(Din it-taqsima mhix parti mill-awtorità  għal trasferiment iżda għandha timtela iktar 
tard fl-isptar li fih il-pazjent ikun trasferit)
(4) Isem l-isptar.
(5) Data ta’ dħul fl-
isptar li jkun qed jirċevih.
Dan il-pazjent ġie trasferit għal (4) ......................
skond din l-awtorità  fil- (5) ........................ 
Iffirmat ........................
f’isem il-manager
Data ...........................
