TRIBUNAL TA’ REVIŻJONI DWAR SAĦĦA MENTALI ġ L.S.262.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 262.03
REGOLI DWAR IT-TRIBUNAL TA’ REVIŻJONI 
DWAR SAĦĦA MENTALI
( )*
L-AVVIŻ LEGALI 92 ta’ l-1981.
Titolu u bidu fis-
seħħ.
1. It-titolu ta’ dawn ir-regoli hu Regoli dwar dwar it-Tribunal
ta’ Reviżjoni dwar Saħħa Mentali, u dawn ir-regoli għandhom
jibdew iseħħu f’dik id-data li l-Ministru responsabbli għall-
Ġustizzja jista’ jistabbilixxi b’avviż fil-Gazzetta.
TAQSIMA  I
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 262.
"applikant" tfisser persuna li taħt l-Att ikollha jedd li tapplika,
jew meta hekk ikollha jedd tkun applikat, lit-Tribunal ta’ Reviżjoni
dwar Saħħa Mentali;
"qarib sostitwit" dwar pazjent tfisser il-qarib l-aktar viċin tal-
pazjent li l-funzjonijiet tiegħu taħt l-Att ikunu eżerċitabbli minn
persuna oħra skond digriet tal-Qorti magħmul taħt l-artikolu 3l jew
32 ta’ l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika;
"qarib l-aktar viċin" dwar pazjent tfisser il-persuna li għal dak iż-
żmien ikollha l-funzjonijiet taħt l-Att ta’ qarib l-aktar viċin ta’ dak
il-pazjent;
"pazjent" dwar applikazzjoni tfisser il-persuna li dwarha ssir l-
applikazzjoni;
"riferenza" tinkludi riferenza mill-Ministru taħt l-artikolu 35 ta’
l-Att u riferenza mill-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja taħt l-
artikolu 43 ta’ l-Att;
"awtorità  responsabbli" dwar pazjent li jista’ jinżamm fi sptar
taħt l-Att tfisser il-manager ta l-isptar;
"tribunal" tfisser it-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Saħħa Mentali.
TAQSIMA II
Kif issir 
applikazzjoni.
3. (1) Applikazzjoni għandha ssir minn applikant, jew minn
xi persuna awtorizzata minnu biex tapplika f’ismu, fuq il-formula
xierqa ta’ applikazzjoni murija fl-Ewwel Skeda, u għandha
tintbagħat lit-Tribunal.
(2) Is-segretarju tat-tribunal jew l-awtorità  responsabbli
għandha, meta hekk mitluba, tagħti l-formula ta’ applikazzjoni
xierqa lil applikant.
(3) Meta applikant jitlob smigħ formali, dan il-fatt għandu jiġi
*Għadu mhux fis-seħħ.
2 L.S.262.03 ħ TRIBUNAL TA’ REVIŻJONI DWAR SAĦĦA MENTALI
dikjarat fl-applikazzjoni tiegħu.
Setgħa tat-tribunal 
biex jiddifferixxi 
applikazzjoni.
4. (1) Meta applikazzjoni minn jew dwar pazjent tkun ġiet
kunsidrata u deċiża mit-tribunal, it-tribunal jista’, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ din ir-regola, jiddifferixxi l-kunsiderazzjoni ta’
applikazzjoni oħra, minn jew dwar dak il-pazjent sakemm it-
tribunal jista’ jordna, iżda mhux iktar tard minn tnax-il xahar wara
d-data li fiha l-applikazzjoni ta’ qabel tkun ġiet deċiża.
(2) Is-setgħa mogħtija għal differiment bis-subregola (1) ma
tapplikax għal -
(a) xi applikazzjoni meta l-applikazzjoni ta’ qabel tkun
ġiet deċiża qabel waqfien jew tibdil fl-awtorità  għat-
tiżmim tal-pazjent;
(b) applikazzjoni taħt l-artikolu 21 ta’ l-Att dwar tiġdid ta’
awtorità  għat-tiżmim tal-pazjent għal perijodu ta’
sena, kemm-il darba l-applikazzjoni ta’ qabel ma
tkunx saret lit-tribunal iktar minn sitt xhur wara d-dħul
tal-pazjent fl-isptar; u
(ċ) applikazzjoni taħt l-artikolu 29 ta’ l-Att.
(3) Meta konsiderazzjoni ta’ applikazzjoni tiġi differita, it-
tribunal għandu hekk jgħarraf lill-applikant u lil kull persuna oħra
li lilha tkun intbagħtet kopja jew avviż ta’ l-applikazżjoni.
(4) Meta l-konsiderazzjoni ta’ applikazzjoni tiġi differita, ma
jitteħidx kont ta’ kull azzjoni li setgħet ittieħdet fuq l-applikazzjoni
taħt id-disposizzjonijiet tar-regoli 5 sa 7, u l-konsiderazzjoni ta’ l-
applikazzjoni tkompli daqs li kieku l-applikazzjoni kienet saret
wara li jkun għadda ż-żmien tad-differiment, kemm-il darba qabel
dik id-data l-applikazzjoni ma tkunz ġiet irtirata jew hi meqjusa
bħala li ġiet irtirata skond id-disposizzjonijiet tar-regola 15, jew ma
tkunx ġiet deċiża skond is-subregola (5).
(5) Meta ssir applikazzjoni ġdida dwar pazjent u ma tiġix
differita taħt din ir-regola, it-tribunal jista’ jordna li kull
applikazzjoni differita dwar l-istess pazjent għandha tiġi kunsidrata
u deċiża fl-istess ħin ma’ l-applikazzjoni l-gdida.
(6) Għall-finijiet ta’ din ir-regola, waqfien jew tibdil fl-
awtorità  għat-tiżmim ta’ pazjent jitqies li sar biss -
(a) malli jidħol l-isptar fuq applikazzjoni għal kura jew
fuq ordni ta’ sptar mingħajr ordni li jirrestrinġi t-tluq
tiegħu mill-isptar; jew
(b) ma’ l-applikazzjoni għalih  tad-disposizzjonijiet tat-
Taqsima III jew tat-Taqsima IV ta’ l-Att bħallikieku
kien daħal jew riċevut hemmhekk wara -
(i) ordni ta’ trasferiment, jew
(ii) li jkun waqaf mis-seħħ ordni ta’ trasferiment jew
direttiva jew ordni li tirrestinji t-tluq tiegħu mill-
isptar.
Avviż lil awtorità 
responsabbli.
5. It-tribunal għandu malli jirċievi applikazzjoni jew, meta
tkun ġiet differita kunsiderazzjoni ta’ applikazzjoni, fi tmiem il-
perijodu tat-trasferiment jibgħat kopja ta’ l-applikazzjoni  lill-
awtorità  responsabbli.
TRIBUNAL TA’ REVIŻJONI DWAR SAĦĦA MENTALI ġ L.S.262.03 3
Dikjarazzjoni minn 
awtorità  
responsabbli.
6. (1) L-awtorità  responsabbli għandha tibgħat lit-tribunal,
mhux iktar tard minn ġimgħa minn meta l-imsemmija awtorità
tirċievi l-kopja ta’ l-applikazzjoni, dikjarazzjoni, hawnhekk iżjed
’il quddiem imsejħa "d-dikjarazzjoni ta’ l-awtorità ", li jkun fiha t-
tagħrif imsemmi fit-Tieni Skeda, hekk iżda li kull parti ta’ l-
imsemmija dikjarazzjoni li fil-fehma ta’ l-awtorità  responsabbli
m’għandhiex tingħata lill-applikant minħabba li jekk tinkixef ma
tkunx fl-aħjar interessi tal-pazjent jew minħabba raġunijiet speċjali
oħra għandha ssir fuq dokument separat u l-imsemmija awtorità
għandha tispeċifika r-raġunijiet għaliex ma tixtieqx li t-tagħrif li
jkun fih dak id-dokument ma għandux jingħata lill-applikant.
(2) It-tribunal għandu, malli jirċievi d-dikjarazzjoni ta’ l-
awtorità , jibgħat lill-applikant kopja tad-dikjarazzjoni li ma jkunx
fiha dik il-parti minnha li tkun qiegħda f’dokument separat skond
is-subregola (1).
(3) It-tribunal għandu jgħarraf lill-awtorità  responsabbli b’kull
kummenti fuq id-dikjarazzjom ta’ l-awtorità  li t-tribunal jista’
jirċievi mingħand l-applikant u għandu jagħti lill-awtorità
responsabbli opportunità  li tikkunsidra kull kummenti bħal dawk u
għandu, jekk l-awtorità  responsabbli hekk titlob, jagħti lill-awtorità
imsemmija kopja tagħha.
Avviż lil persuni 
oħra li jkollhom 
interess.
7. It-tribunal għandu, malli jirċievi d-dikjarazzjoni ta’ l-
awtorità , jagħti avviż ta’ l-applikazzjoni lill-persuna msemmija
f’dik id-dikjarazzjoni bħala li tkun qed teżerċita l-funzjonijiet tal-
qarib l-aktar viċin meta l-applikant ikun il-pazjent jew il-qarib
sostitwit, u għandu jgħarraf lill-persuna li lilha jingħata l-avviż bl-
arranġamenti li għandhom isiru biex l-applikazzjoni tiġi deċiża.
Żewġ 
applikazzjonijiet 
jew iktar mhux 
deċiżi.
8. It-tribunal jista’ jikkunsidra iktar minn applikazzjoni
waħda dwar pazjent fl-istess ħin u jista’ għal dan l-għan jaġġorna l-
proċedimenti dwar kull applikazzjoni.
TAQSIMA III
Rappreżentanti.
lilha jkun ingħata avviż ta’ l-applikazzjoni taħt id-disposizzjonijiet
tar-regola 7 jistgħu jkunu rappreżentati minn kull persuna
awtorizzata għal hekk, li ma tkunx persuna li tkun tista’ tiġi
miżmuma taħt l-Att jew persuna li tkun qed tirċievi kura għal
diżordni mentali fl-istess sptar li fih ikun hemm il-pazjent li jkun
għamel jew li dwaru tkun saret l-applikazzjoni.
(2) Rappreżentant awtorizzat jista’ jieħu dawk il-passi u
jagħmel kull ħaġa li għandha x’taqsam mal-proċedimenti, kif
persuna li lilha jkun qed jirrappreżenta, hu b’dawn ir-regoli
meħtieġ li jieħu jew awtorizzat li jagħmel.
(3) Kemm-il darba t-tribunal ma jordnax xort’oħra, pazjent
jew persuna oħra li tidher quddiem it-tribunal (barra milli biex
tixhed) jista’ jkollha magħha kull persuna li tkun tixtieq.
Eżami mediku.
hemm iktar minn membru mediku wieħed il-membri mediċi jistgħu
u wieħed minnhom għandu, jeżamina l-pazjent jew jieħu dawk il-
passi l-oħra kif hu jew huma jidhrilhom meħtieġa sabiex jagħtu l-
fehma fuq il-kondizzjoni mentali tal-pazjent; u għal dan l-għan il-
4 L.S.262.03 ħ TRIBUNAL TA’ REVIŻJONI DWAR SAĦĦA MENTALI
pazjent tista’ ssirlu viżita fil-privat u l-istorja medika tiegħu tiġi
eżaminata.
Intervista ma’ 
pazjent.
11.  (1) It-tribunal jista’ f’kull żmien qabel jiddeċiedi l-
applikazzjoni jintervista lill-pazjent u għandu jintervistah jekk dan
hekk jitlob u dik l-intervista tista’ ssir fil-privat jew quddiem l-
applikant jew kull persuna oħra kif jidhirlu xieraq it-tribunal.
(2) It-tribunal jista’, fejn jidhirlu xieraq, jawtorizza lil wieħed
jew iktar mill-membri tiegħu biex iżuru u jintervistaw lill-pazjent
fil-privat.
Kxif ta’ tagħrif. 12. (1) Ħlief safejn it-tribunal ma jidhirlux li jsir fl-aħjar
interessi tal-pazjent jew għal xi raġunijiet speċjali oħra, it-tribunal
għandu jħalli għad-disposizzjoni ta’ l-applikant kull parti tad-
dikjarazzjoni ta’ l-awtorità  li ma tkunx ġiet murija lilu taħt id-
disposizzjonijiet tar-regola 6, u għandu, fuq talba jħalli għad-
disposizzjoni ta’ l-applikant u lill-awtorità  responsabbli kopji ta’
kull dokumenti oħra miksuba minn jew mogħtija lit-tribunal għall-
finijiet ta’ l-applikazzjoni u ta’ dikjarazzjoni tas-sustanza ta’ xi
tagħrif verbali hekk miksub jew mogħti, u għandu jekk hekk
mitlub, jaġġorna s-smigħ ta’ l-applikazzjoni safejn fil-fehma tat-
tribunal ikun meħtieġ sabiex l-applikant jew l-awtorità
responsabbli tkun tista’ tikkunsidra kull dokument jew tagħrif li
jkun tqiegħed għad-disposizzjoni skond din is-subregola:
Iżda t-tribunal jista’ jirrifjuta li jagħti kopji ta’ xi
dokument, jew dikjarazzjoni ta’ xi tagħrif verbali, li fil-fehma tat-
tribunal ma jkunx rilevanti għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni.
(2) It-tribunal jista’ jagħti lil kull persuna kull taghrif li jkun
ġie miżmum taħt id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli bil-patt li t-
tagħrif ma jiġix mikxuf lill-applikant jew lill-pazjent jew lil xi
persuna oħra jew li t-tagħrif ma jintużax xort’oħra ħlief dwar l-
applikazzjoni.
Xhieda. 13. (l) Sabiex jinkiseb tagħrif, it-tribunal jista’ jisma’ xhieda
bil-ġurainent u jista’ jħarrek lil kull xhud biex jidher quddiem it-
tribunal jew biex iġib dokumenti, iżda ebda persuna ma tkun
imġieghla li tixhed jew li ġġib xi dokument li din ma setgħetx tiġi
mġiegħla tagħmel jew iġġib quddiem xi qorti.
(2) It-tribunal jista’ jirċievi bħala prova kull dokument jew
tagħrif ieħor minkejja li dak id-dokument jew dak it-tagħrif ma
jiġix aċċettat f’qorti.
(3) It-taħrikiet tax-xhieda jkunu ffirmata miċ-chairman tat-
tribunal.
Differimenti. 14. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regola 26(2), it-
tribunal jista’ jiddifferixxi s-smigħ ta’ kull xhieda jew
rappreżentazzjonijiet jew il-konsiderazzjoni ta’ applikazzjoni għal
dik id-data li t-tribunal jista’ jiddeċiedi.
Irtirar ta’ 
applikazzjoni.
15. Kull applikant jista’ jirtira l-applikazzjoni tiegħu f’kull
żmien billi jagħti avviż bil-miktub lis-Segretarju tat-tribunal, u
applikazzjoni titqies li tkun irtirata jekk il-pazjent ma jibqax iktar
suġġett li jinżamm taħt l-Att f’Malta.
TRIBUNAL TA’ REVIŻJONI DWAR SAĦĦA MENTALI ġ L.S.262.03 5
TAQSIMA IV
Deċiżjonijiet mhux 
formali.
16. (1) Meta l-applikant ma jitlobx smigħ formali, it-tribunal
jista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din ir-regola, jiddeċiedi
l-applikazzjoni b’dak il-mod kif it-tribunal jidhirlu xieraq.
(2) Qabel ma tiġi deċiża applikazzjoni, it-tribunal għandu -
(a) jieħu dawk il-passi kollha li jidhirlu xierqa (inkluż li
jintervista lil xi persuna) sabiex jiżgura li għandu
quddiemu t-taghrif meħtieġ sabiex jiddeċiedi l-każ; u
(b) jagħti lill-applikant, lill-awtorità  responsabbli u lil kull
persuna li lilha jkun ingħata avviż taħt id-
disposizzjonijiet tar-regola 7, opportunità  ta’ intervista
mat-tribunal, fi żmien u f’post li għall-inqas ikun avżat
sebat ijiem qabel kemm-il darba l-persuna konċernata
ma tkunx iddikjarat li m’għadx għandha interess fl-
applikazzjoni; u
(ċ) jikkonsidra kull rappreżentazzjoni bil-miktub
magħmula lit-tribunal dwar l-applikazzjoni.
(3) Kull persuna intervistata mit-tribunal taħt din ir-regola
tingħata l-opportunità  li tagħti l-fehma tagħha u li tiġbed l-
attenzjoni tat-tribunal għal xi prova jew tagħrif rilevanti għall-
applikazzjoni.
Riferenza mill-
Ministru.
17. It-tribunal għandu jikkonsidra riferenza mill-Ministru
daqslikieku kienet applikazzjoni minn pazjent li ma jkunx talab
smigħ formali u d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli għandhom
japplikaw għar-riferenza daqslikieku kienet applikazzloni bħal dik
bit-tibdtliet li ġejjin:
(a) ir-regoli 4 u 15 ma japplikawx;
(b) fir-regoli 5 u 6, minflok il-kliem "kopja ta’ l-
applikazzjoni" għandhom jidħlu l-kliem
"notifikazzjoni tar-riferenza";
(ċ) ir-regoli 26(3) u (5) japplikaw bis-sostituzzjoni ta’
riferenzi għall-Ministru minflok riferenzi għall-
applikant; u
(d) il-Ministru jista’, jekk jidhirlu xieraq, jirtira r-
riferenza f’kull żmien qabel ma tiġi deċiża mit-
tribunal.
Riferenza mill-
Ministru 
responsabbli għall-
Ġustizzja.
18. It-tribunal għandu jikkunsidra riferenza mill-Ministru
responsabbli għall-Ġustizzja b’kull mod mhux informali kif it-
tribunal jidhirlu xieraq u jista’ fuq kull riferenza bħal dik jintervista
lill-pazjent u għandu jintervistah jekk hekk jitlob; u wara li
jikkunsidra r-riferenza t-tribunal għandu jagħti l-parir fuqha lill-
imsemmi Ministru.
Proċedementi fil-
privat.
19. Il-proċedimenti kollha li għalihom tapplika din it-Taqsima
ta’ dawn ir-regoli jsiru fil-privat iżda t-tribunal jista’, jekk jidhirlu
xieraq, jawtorizza lil kull persuna biex tattendi.
TAQSIMA V
Applikazzjoni tat-
Taqsima V.
20.  Din it-Taqsima ta’ dawn ir-regoli tapplika biss għal
proċedimenti li fihom l-applikant ikun talab smigħ formali.
6 L.S.262.03 ħ TRIBUNAL TA’ REVIŻJONI DWAR SAĦĦA MENTALI
Avviż ta’ smigħ. 21. It-tribunal għandu jagħti għall-inqas avviż ta’ sebat ijiem
tad-data, ħin u post stabbilit għas-smiġħ lill-applikant, lill-awtorità
responsabbli, lil kull persuna li tkun irċeviet avviż ta’ l-
applikazzjoni taħt id-disposizzjonijiet tar-regola 7, u lil kull
persuna oħra li fil-fehma tat-tribunal, għandu jkollha l-opportunità
li tinstema’.
Deċiżjoni dwar 
smigħ formali.
22. Meta l-applikant li jkun talab smigħ formali jkun il-
pazjent, it-tribunal jista’, qabel ma jgħaddi għas-smigħ ta’ l-
applikazzjoni, jikkunsidra jekk smigħ formali jkunx ta’ ħsara għal
saħħtu u għandu hekk jagħmel jekk id-dikjarazzjoni ta’ l-awtorità
tinkludi opinjoni mill-uffiċjal mediku responsabbli li smigħ formali
jkun hekk ta’ ħsara; u jekk it-tribunal ikun tal-fehma li smigħ
formali jkun ta’ ħsara għas-saħħa tal-pazjent, l-applikazzjoni tiġi
deċiża skond id-disposizzjonijiet tar-regola 16 daqslikieku l-
applikant ma kienx talab smigħ formali.
Proċedimenti fil-
privat.
23. (1) It-tribunal jiltaqa’ fil-privat kemm-il darba l-applikant
ma jitlobx li s-smigħ isir fil-pubbliku u t-tribunal ikun sodisfatt li
smigħ fil-pubbliku ma jkunx ta’ ħsara għall-interessi tal-pazjent u
ma jkunx mhux ta’ min jixtiequ għal xi raġuni oħra.
(2) Meta jiltaqa’ fil-privat it-tribunal jista’ jdaħħal għas-smigħ
kull persuna jew klassi ta’ persuni fuq dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet li t-tribunal jidhirlu xierqa.
(3) It-tribunal jista’ ma jħallix li tidħol għas-smigħ lil kull
persuna jew klassi ta’ persuni li jidhirlu xierqa; u jista’ ma jħallix li
jidħol il-pazjent jew xi persuna oħra waqt li t-tribunal ikun qed
jisma’ xiehda jekk fil-fehma tiegħu, ma jkunx ta’ min jixtiequ fl-
interessi tal-pazjent jew għal xi raġunijiet speċjali oħra li l-pazjent
jew xi persuna oħra bħal dik tkun preżenti.
(4) Ħlief safejn it-tribunal jista’ jordna xort’oħra, ma jiġix
ippubblikat tagħrif dwar proċedimenti quddiem it-tribunal u l-
ismijiet ta’ xi persuna li jkollha x’taqsam fil-proċedimenti.
Proċedura. 24. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din ir-regola, kull
persuna li tirċievi avviż għas-smigħ tista’ tidher u tieħu dak is-
sehem fil-proċedimenti kif it-tribunal jidhirlu xieraq.
(2) It-tribunal għandu jagħti opportunità  lill-applikant li
jindirizza lit-tribunal, li jixhed u li jsejjaħ xhieda; u l-awtorità
responsabbli, u bil-permess tat-tribunal kull persuna oħra, tista’
tagħmel mistoqsijiet lill-applikant jew lil kull xhud imsejjaħ minnu
jew f’ismu.
(3) It-tribunal għandu jagħti lill-awtorità  responsabbli u lil kull
persuna oħra notifikata bis-smigħ taħt id-disposiżzjonijiet tar-
regola 21 opportunità  li tindirizza lit-tribunal, li tixhed u li ssejjaħ
xhieda u jista’ jħalli lil kull persuna oħra kif it-tribunal jidhirlu
xieraq li hekk tagħmel; u l-applikant u l-awtorità  responsabbli u
bil-permess tat-tribunal kull persuna oħra, tista’ tagħmel
mistoqsijiet lil kull persuna li tkun qed tixhed quddiem it-tribunal.
(4) Meta l-pazjent ikun l-applikant jew jissejjaħ bħala xhud, it
tribunal jista’, jekk jidhirlu meħtieġ biex hekk jagħmel fl-interessi
tas-saħħa tal-pazjent, jintervista lill-pazjent jew jieħu x-xiehda
tiegħu fil-privat jew b’xi mod ieħor kif it-tribunal jidhirlu xieraq.
TRIBUNAL TA’ REVIŻJONI DWAR SAĦĦA MENTALI ġ L.S.262.03 7
Differiment għal 
aktar tagħrif.
25. (1) Meta fil-fehma tat-tribunal ikun meħtieġ aktar tagħrif
fuq xi punt, it-tribunal jista’ jiddifferixxi sabiex jinkiseb it-tagħrif
b’dak il-mod kif jista’ jordna jew sabiex l-applikant jew xi persuna
oħra li għandha x’taqsam biex tikseb it-tagħrif.
(2) Meta wara xi differiment bħal dak it-tribunal jidhirlu li s-
smigħ għandu jitkompla meta jintalab mill-applikant jew mill-
awtorità  responsabbli li jitkompla s-smigħ, għandu jingħata avviż
ta’ mhux inqas minn sebat ijiem (jew dak iż-żmien aqsar bi ftehim
mal-persuni kollha li jkollhom x’jaqsmu) lill-applikant, lill-
awtorità  responsabbli u lil kull persuna oħra li tkun ġiet notifikata
bis-smigħ taħt id-disposizzjonijiet tar-regola 21 u li tkun dehret fis-
smigħ ta’ qabel.
TAQSIMA VI
Deċiżjonijiet.
tkun id-deċiżjoni tat-tribunal u, fil-każ ta’ voti ndaqs, iċ-chairman
tat-tribunal ikollu vot ieħor jew vot deċiżiv.
(2) Id-deċiżjoni tat-tribunal tkun iffirmata miċ-chairman u tiġi
depożitata mas-Segretarju tat-tribunal.
(3) Kopja tad-deċiżjoni tat-tribunal għandha tintbagħat, fi
żmien sebat ijiem minn meta tiġi depożitata, mis-Segretarju tat-
tribunal lill-applikant, lill-awtorità  responsabbli, lill-pazjent (meta
dan ma jkunx l-applikant), u lil kull persuna oħra kif jordna t-
tribunal, u l-imsemmi Segretarju għandu fl-istess ħin jgħarraf lill-
applikant u lill-awtorità  responsabbli bil-jedd tagħhom li jitolbu r-
raġunijiet li jkunu wasslu għad-deċiżjoni skond is-subregola (5):
Iżda meta t-tribunal jidhirlu li ma jkunx mixtieq li kopja
tad-deċiżjoni tiegħu tingħata lill-pazjent (meta dan ma jkunx l-
applikant), id-deċiżjoni titwassallu b’dak il-mod li t-tribunal
jidhirlu xieraq.
(4) Ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tat-tribunal ikunu ffirmati miċ-
chairman.
(5) L-applikant u l-awtorità  responsabbli jistgħu, fi żmien
wieħed u għoxrin jum wara li jirċievu kopja tad-deċiżjoni tat-
tribunal, jitolbu lit-tribunal biex jagħti r-raġunijiet tiegħu, u t-
tribunal għandu jilqa’ kull talba bħal dik ħlief meta jidhirlu li ma
jkunx mixtieq li hekk jagħmel fl-interessi tal-pazjent jew għal xi
raġunijiet speċjali oħra.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din ir-regola, it-
tribunal jista’, meta jidhirlu xieraq li hekk jagħmel, jipprojbixxi l-
pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew il-pubblikazzjoni fil-qosor tad-
deċiżjoni sħiħa jew parti minnha, jew jordna li d-deċiżjoni sħiħa
jew fil-qosor tista tiġi pubblikata biss lil dawk il-persuni u taħt
dawk il-kondizzjonijiet li jippreskrivi t-tribunal.
Żmien.
jista’ jiġi mtawwal miċ-chairman tat-tribunal b’dawk il-
kondizzjonijiet (jekk ikun hemm) li jidhirlu xierqa u dak iż-żmien
jista’ jittawwal għalkemm l-applikazzjoni biex dak iż-żmien
jittawwal ma ssirx qabel ma jkun għadda ż-żmien stabbilit.
Notifika ta’ avviżi, 
eċċ.
28. Kull applikazzjoni, avviż, taħrika ta’ xhieda jew dokument
8 L.S.262.03 ħ TRIBUNAL TA’ REVIŻJONI DWAR SAĦĦA MENTALI
li skond dawn ir-regoli għandhom jintbagħtu jew jingħataw lil xi
persuna jistgħu jintbagħtu bil-posta mħallsa bil-quddiem jew
konsenjati -
(a) fil-każ li jintbagħtu lit-tribunal, iċ-chairman jew is-
Segretarju tiegħu, fl-uffiċċju tat-Tribunal;
(b) f’kull każ ieħor, fl-aħħar indirizz magħruf tal-persuna
li lilha tkun mibgħuta,
u jekk mibgħuta jew mogħtija lir-rappreżentant awtorizzat ta’ xi
persuna jitqiesu li jkunu ngħataw jew intbagħtu lil dik il-persuna.
Ilsien tat-tribunal. 29. L-ilsien Malti jkun l-ilsien li jintuża mit-tribunal u l-
proċedimenti kollha għandhom isiru b dak l-ilsien. 
TRIBUNAL TA’ REVIŻJONI DWAR SAĦĦA MENTALI ġ L.S.262.03 9
L-EWWEL SKEDA
Regola 3
FORMULA 1 
Applikazzjoni minn Pazjent fl-Isptar
Jiena ........................................................................... b’din qed
(isem u indirizz tal-pazjent)
nagħmel applikazzjoni lit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Saħħa Mentali skond l-
artikolu ............. (agħti l-artikolu ta’ l-Att) ta’ l-Att dwar is-Saħħa Mentali.
Dettalji ta’ l-applikazzjoni ..........................................................
(isem ta’ l-isptar)
Dettalji ta’ l-applikazzjoni .......................................................
(l-applikant jista’ jagħti r-raġunijiet tiegħu għax qed jagħmel l-applikazzjoni. Jekk
ikun mixtieq smigħ formali, dan għandu jitniżżel hawnhekk).
...................................................................................................
Firma tal-pazjent jew tal-persuna
awtorizzata biex tiffirma f’ismu ....................
Data .........................................
FORMULA 2
Applikazzjoni mill-Qarib l-aktar viċin tal-pazjent 
u mill-Qarib Sostitwit
1. Jiena .................................................................. b’din qed
(isem u indirizz tal-pazjent)
nagħmel applikazzjoni lit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Saħħa Mentali skond l-
artikolu ........ (agħti l-artikolu ta’ l-Att) ta’ l-Att dwar is-Saħħa Mentali dwar
............................................ (semmi l-pazjent) li jinsab miżmum fi
......................................................
(isem ta’ l-isptar)
2. Jiena -
(a) il-qarib l-aktar viċin tal-pazjent skond kif imfisser fl-Att, billi jiena
................................................, tiegħu/tagħha, u qed
(għid kif tiġi mill-pazjent)
neżerċita l-funzjonijiet bħala l-qarib l-aktar viċin,
jew (b) il-qarib l-aktar viċin tal-pazjent skond kif imfisser fl-Att, billi jiena
........................tiegħu/ tagħha, iżda ġejt żvestit mill-
(għid kif tiġi mill-pazjent)
funzjonijiet ta’ qarib l-aktar viċin b’Digriet tal-Qorti li jġib id-data
............................
(data tad-digriet)
jew (ċ) ġejt awtorizzat, biex neżerċita l-funzjonijiet tal-qarib l-aktar viċin tal-
pazjent b’Digriet tal-Qorti u kopja tiegħu tinsab ma’ din l-applikazzjoni.
10 L.S.262.03 ħ TRIBUNAL TA’ REVIŻJONI DWAR SAĦĦA MENTALI
3. Dettalji ta’ l-applikazzjoni .................................................
(l-applikant jista’ jagħti r-raġunijiet tiegħu għax qed jagħmel l-applikazzjoni. Jekk
ikun mixtieq smigħ formali, dan għandu jitniżżel hawnhekk).
...................................................................................................
Firma tal-pazjent jew tal-persuna
awtorizzata biex tiffirma f’ismu ....................
Data .........................................
TRIBUNAL TA’ REVIŻJONI DWAR SAĦĦA MENTALI ġ L.S.262.03 11
IT-TIENI SKEDA
Regola 6
Dikjarazzjoni mill-Awtorità  Responsabbli
A. Fatti għat-tagħrif tat-tribunal, safejn taf l-awtorità .
l. L-isem sħiħ tal-pazjent.
2. L-età  tal-pazjent.
3. Id-data tad-dħul tal-pazjent fl-isptar li qed jinżamm fih issa.
4. L-istorja ta’ l-awtorità  biex jinżamm preżenti, i.e. data ta’ dħul, artikolu
ta’ l-Att li sar taħtu, data ta’ kull tiġdid jew trasferiment ta’ wara, jew
tneħħija ta’ restrizzjoni malli jintbagħat mill-isptar.
5. Xorta waħda jew aktar ta’ diżordni mentali li dwarhom il-pazjent ikun
reġistrat bħala li qed jinżamm fl-isptar (kif emendata b’xi
klassifikazzjoni mill-ġdid taħt l-Att).
6. Isem u indirizz tal-qarib l-aktar viċin tal-pazjent jew, jekk xi persuna
oħra qed teżerċita l-funzjonijiet tal-qarib l-aktar viċin, dik il-persuna.
7. Jekk l-awtorità  responsabbli tkun tal-fehma li l-applikant mhux intitolat
taht l-Att li jaghmel l-applikazjoni, ir-raġunijiet għal din il-fehma.
B. Rapporti
1. Dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex l-awtorità  responsabbli mhix lesta li
teħles lill-pazjent (inkluż rapport fuq il-kondizzjoni mentali tal-pazjent
u dettalji tal-faċilitajiet li jeżistu għall-kura tal-pazjent jekk l-awtorità
għat-tiżmim tkun inħelset) jew, fil-każ ta’ applikazzjoni taht l-artikolu
29 ta’ l-Att, ir-raġunijiet li fuqhom l-awtorità  qieset l-kriterji speċjali
msemmija f’dak l-artikolu.
2. Jekk l-applikant ikun il-pazjent u jkun talab smigħ formali, il-fehma ta’
uffiċjal mediku responsabbli dwar jekk dan ma jkunx ta’ ħsara għas-
saħħa tal-pazjent.
3. Osservazzjonijiet ohra fuq l-applikazzjoni.
