PROĊEDURA TAL-MONTI ġ L.S.269.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 269.01
REGOLAMENTI DWAR
IL-PROĊEDURA TAL-MONTI
1 ta’ April, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 44 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviżi Legali 5 ta’ l-
1985, 77 ta’ l-1990 u 90 ta’ l-1995.
Titolu.
Proċedura tal-Monti.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 90 ta’ l-1995.
Kap. 269.
2. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"l-Att" tfisser l-Att dwar il-Monte di Pietà ;
"flus", għall-għan ta’ dawn ir-regolamenti, ma tinkludix ċekkijiet
maħruġa mit-Teżor;
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tat-Taxxi Interni u, sal-
limitu ta’ kull delega mogħtija skond id-disposizzjonijiet tar-
regolament 3, tinkludi kull persuna hekk delegata;
"rahan" tfisser u tinkludi kull oġġett tad-deheb jew tal-fidda jew
ġojjelli oħra konsenjati lill-Kummissarju bħala garanzija għall-
għoti ta’ flus b’self mill-Monti skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att.
Amministrazzjoni.
li jista’, bil-miktub u suġġett għal dawk il-limitazzjonijiet li
jidhirlu xierqa, jiddelega lil kull uffiċial li jkun qed iservi fid-
dipartiment tiegħu, kull wieħed mid-drittijiet, dmirijiet, setgħat u
funzionijiet oħra mogħtija lilu jew imposti fuqu b’dawn ir-
regolamenti fl-amministrazzjoni tal-Monti.
Ġranet u ħinijiet 
tax-xogħol.
4. (1) II-Monti jkun miftuħ għax-xogħol fil-ġranet kollha li
d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jkun miftuħ għall-pubbliku.
(2) It-transazzjonijiet fil-Monti jsiru bejn it-tmienja ta’
filgħodu u nofs inhar f’kull jum li fih Il-Monti jkun miftuħ għax-
xogħol kif intqal qabel.
Persuni taħt it-
tmintax-il sena.
5. Ebda flus ma jiġu mogħtija b’self mill-Monti lil persuni li
jkunu taħt it-tmintax-il sena; lanqas ma jista’ jaċċetta rahan
mingħand, jew jagħtihom lura lil, persuni bħal dawk.
Dettalji li 
għandhom 
jingħataw lill-
Kummissarju.
6. Kull persuna li tkun qed tipprova tikseb self mingħand Il-
Monti kontra konsenja ta’ rahan, u kull persuna li tipprova tirtira
rahan mal-ħlas lura tas-self relattiv, għandha tagħti lill-
Kummissarju isimha sħiħ u l-indirizz tagħha, kif ukoll dawk il-
partikolaritajiet jew dokumenti oħra li jkunu meħtieġa biex tiġi
stabbilita l-identità  ta’ l-imsemmija persuna.
L-anqas u l-ogħla 
ammont ta’ self.
7. (1) Bla ħsara għad-disposijonijiet tar-regolament 9, Il-
Monti ma għandux jagħti b’self xi ammont li jkun inqas minn lira fi
transazzjoni waħda, l-anqas ma għandu jagħti b’self xi ammont li
jkun ogħla minn mitejn u ħamsin lira fi transazzjoni waħda.
(2) Kull kwistjoni dwar x’jikkostitwixxi transazzjoni waħda
għall-finijiet tas-subregolament (1) għandha tiġi stabbilita mill-
2 L.S.269.01 ħ PROĊEDURA TAL-MONTI
Kummissarju fid-diskrezzjoni assoluta tiegħu.
L-inqas imgħax li 
jitħallas.
8. Ikun x’ikun iż-żmien li jgħaddi bejn il-jum li fih jingħata s-
self mill-Monti u l-jum li fih is-self jitħallas lura, l-anqas ammont
ta’ mgħax li jitħallas ikun dak li jitħallas għal tletin jum.
Valutazzjoni ta’ 
rahan.
9. (1) Ebda self ma jingħata mill-Monti li jkun iżjed minn
tliet kwarti tal-valur tal-kontenut ta’ deheb jew fidda li jkun jinsab
fir-rahan relattiv, b’żieda ta’ nofs il-valur ta’ kull djamanti, perli,
jew ħaġar ieħor prezzjuż li jkun ingastat fih.
(2) Il-valuri għall-finijiet tas-subregolament (1) jiġu stabbiliti
mill-Kummissarju u d-deċiżjoni tiegħu fil-kwistjoni tkun finali.
Tiġdid ta’ self. 10. (1) Meta xi self mogħti mill-Monti jiġi mġedded, issir
valutazzjoni ġdida tar-rahan relattiv mill-Kummissarju.
(2) Ebda self ma jiġi mġedded qabel ma l-imgħax fuqu sad-
data tat-tiġdid ikun tħallas.
Biljetti. 11. (1) Meta l-Kummissarju jirċievi rahan mingħand xi
persuna ma’ l-għoti ta’ self, il-Kummissarju għandu jagħti lill-
imsemmija persuna biljett fil-formula relattiva murija fl-Iskeda.
(2) Limsemmi biljett għandu jingħata lura lill-Kummissarju
mal-ħlas lura tas-self, u l-Kummissarju għandu mbagħad jagħti lura
r-rahan li kontra tiegħu jkun ingħata s-self oriġinarjament. Ma
tingħata ebda riċevuta mill-Kummissarju dwar flus b’self hekk
imħallsa lura.
Sekwestru ta’ 
rahan meta biljett 
jintilef, eċċ.
12. (1) Jekk xi persuna titlef il-biljett imsemmi fir-regolament
11(1), jew jekk dak il-biljett jiġi distrutt jew xort’oħra ma jinstabx,
is-sid tar-rahan għandu jagħti lill-Kummissarju dikjarazzjoni fil-
formula relattiva murija fl-Iskeda.
(2) Meta l-Kummissarju jkun sodisfatt li xi rapport bħal dak li
jkun sarlu jkun ġenwin, hu għandu jieħu ħsieb li ssir nota ta’
sekwestru fil-formula relattiva murija fl-Iskeda.
(3) Rahan li jkun ġie sekwestrat skond id-disposizzjonijiet ta’
dan ir-regolament ma jistax jiġi rtirat qabel ma jgħaddu tliet snin
mid-data li fiha s-self relattiv ikun sar.
(4) Irtirar ta’ rahnijiet li jkunu ġew sekwestrati skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jista’ jsir biss ma’ l-għoti ta’
garanzija għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju għall-ħlas tal-valur
reali tar-rahan. Il-garanija tingħata wkoll fil-każ tal-ħlas lura ta’
kull ħlas żejjed li jibqa’ wara l-bejgħ tar-rahnijiet sekwestrati.
Bejgħ ta’ rahnijiet 
mhux mifdija.
13. Il-bejgħ ta’ rahnijiet mhux mifdija b’irkant pubbliku
(magħdud il-bejgħ ta’ rahnijiet li jkunu ġew sekwestrati skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 12) għandu jsir f’dak il-post u
f’dak il-ħin li l-Kummissarju jista’ jistabbilixxi b’avviż pubblikat
fil-Gazzetta, hekk iżda li, bejn il-publikazzjoni ta’ l-imsemmi avviż
u meta jsir il-bejgħ, ir-rahnijiet offerti għall-bejgħ għandhom
jitqegħdu għall-wiri pubbliku fil-post tal-Monti.
Konservazzjoni ta’ 
records.
14. (1) Biljetti u records oħra dwar self u rahnijiet jistgħu jiġu
distrutti mill-Kummissarju wara li jgħaddu għaxar snin mill-ħlas
lura tas-self relattiv u l-fidwa tar-rahnijiet relattivi, jew mill-ħlas
ta’ kull dħul żejjed mir-rahnijiet mibjugħa b’irkant pubbliku.
PROĊEDURA TAL-MONTI ġ L.S.269.01 3
(2) Biljetti u records oħra dwar id-dħul żejjed li ma jiġix
mitlub minn sidien ta’ rahnijiet mibjugħa, jistgħu jiġu distrutti meta
jgħaddu għaxar snin mid-data tal-bejgħ tar-rahan relattiv.
Segretezza.
regolamenti, jew biex jiġi evitat frodi jew serq, jew ħlief meta qorti
kompetenti tordna xort’oħra, kull persuna li jkollha xi dmir
uffiċjali jew li tkum impjegata fl-amministrazzjoni ta’ dawn ir-
regolamenti għandha tqis bħala sigrieti u konfidenzjali -
(a) biljetti u dokumenti jew records oħra dwar il-
funzjonijiet tal-Monti;
(b) il-konsenja lill-Monti ta’ xi rahan skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att;
(ċ) tagħrif dwar il-ħwejjeġ ta’ hawn fuq jew dwar xi self
magħmul mill-Monti.
Ħwejjeġ 
finanzjarji.
Emendat:
A.L. 5 ta’ l-1985;
A.L. 77 ta’ l-1990.
16. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti,
il-ħwejjeġ finanzjarji tal-Monti jkunu mmexxija bl-istess mod bħal
ħwejjeġ tad-dipartimenti tal-Gvern, u jkunu suġġetti għal-liġijiet u
r-regolamenti kollha magħmula għal dan l-għan u għad-direttivi
amministrattivi kollha maħruġa mill-awtorità  kompetenti dwar
dawn il-ħwejjeġ:
Iżda -
(a) il-Ministru għandu b’warrant jawtorizza l-ħruġ
b’avvanz mill-Fond ta’ Ħelsien tat-Teżorerija ta’
kapital biżżejjed lill-Monti sabiex dan ikun jista’ jaqdi
l-funzjonijiet tiegħu skond l-artikolu 4(3) ta’ l-Att u l-
attiv f’self imsemmi fis-subartikolu (1) ta’ l-imsemmi
artikolu għandu jitqies li ġie hekk avvanzat fid-data
tal-bidu fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti;
(b) flejjes li jiġu riċevuti mal-fidwa jew bejgħ ta’ rahnijiet
għandhom jinżammu mill-Kummissarju għax-xogħol
ta’ kuljum tal-Monti, hekk iżda li -
(i) l-ammont ta’ flus miżmuma fuq il-post tal-Monti
ma għandux ikun iżjed minn ħamest elef lira fl-
aħħar tal-jum;
(ii) l-imgħax li jinġabar matul kull xahar għandu
jgħaddi lir-Revenue; u
(iii) l-ammont totali ta’ kull dħul żejjed imsemmi fil-
paragrafu (ċ) li jitħallas lura matul xi xahar
għandu jiġi addebitat lill-kont ta’ depożitu
msemmi f’dak il-paragrafu;
(ċ) l-Accountant General għandu jħaddem kont ta’
depożitu li fih iqiegħed kull dħul żejjed imsemmi fl-
artikolu 4(2) u fl-artikolu 5(1) ta’ l-Att sakemm jew
jinġabar mis-sidien tar-rahnijiet mibjugħa, jew
sakemm jgħaddi ż-żmien imsemmi fl-imsemmija
subartikoli, meta jitqiegħed fir-Revenue.
Reati.
(a) tagħti tagħrif falz għall-finijiet tar-regolament 6; jew
4 L.S.269.01 ħ PROĊEDURA TAL-MONTI
(b) tirrapporta b’mod falz li tkun tilfet biljett dwar xi
rahan jew li dak il-biljett ikun ġie distrutt jew li
xort’oħra ma nstabx,
dik il-persuna tkun ħatja ta’ reat u, bla ħsara għal kull piena ogħla
taħt xi liġi oħra, teħel meta tinsab ħatja multa ta’ mhux inqas minn
ħamsa u għoxrin lira u mhux iżjed minn mitt lira għal kull reat bħal
dak.
SKEDA
(Regolament 11)
Nru ...................
DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI
Regolamenti dwar il-Proċedura tal-Monti
Biljetti dwar Oġġetti Mirhuna
Is-Sur/Sinjura/Sinjorina .......................................... rahan/rahnet
............ li jiżen .............................. grammi li fuq l-Monti silef is-
somma ta’ .................................
Data .......................
Għall-Kummissarju tat-Taxxi Interni
Min jagħmel il-valutazzjoni Keeper Kaxxier
Oġġetti mirhuna għandhom jiġu mifdija jew imġedda fi żmien
TLIET SNIN mid-data ta’ dan il-biljett; inkella l-oġġetti jinbiegħu
b’irkant pubbliku. Jekk mill-bejgħ jibqa’ dħul żejjed, dan jitħallas
lid-detentur tal-biljett, wara li jitnaqqsu d-drittijiet tal-Monti. L-
imgħax li jitħallas lill-Monti jkun bir-rata ta’ 5 fil-mija fis-sena.
Jekk id-dħul żejjed ma jiġix mitlub fi żmien għaxar snin mill-bejgħ
ta’ l-oġġett mirhun, id-dritt għall-ħlas tiegħu jispiċċa.
Rahan mifdi minn ...................................
Indirizz ......................................................................................
Somma magħtija ..........................
Mgħax dovut ................................
Ammont miġbur ...........................
Data ............................. Kaxxier ................................
PROĊEDURA TAL-MONTI ġ L.S.269.01 5
(Regolament 12)
Nru ...................
DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI
Regolamenti dwar il-Proċedura tal-Monti
Rapport ta’ biljett mitluf jew distrutt
Lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni
B’dan qed jingħata avviż għall-finijiet tar-regolament 12 illi l-
biljett li d-dettalji tiegħu qed jingħataw fuq in-naħa ta’ wara ġie
mitluf jew distrutt, jew xort’oħra ma jistax jinstab. Qed jiġi mitlub
li r-rahan relattiv jiġi sekwestrat skond l-imsemmija Regolamenti.
Data .......................
Firma .....................................
Indirizz ........................................
......................................
DETTALJI TAL-BILJETT
Rahan Nru ................................................
Data tal-ħruġ ............................................
Detentur tal-biljett ....................................
Ammont ta’ self ........................................
Deskrizzjoni tar-rahan ................................................................
.......................................................................................................
.......................................................................................................
(Regolament 12)
Nru ...................
DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI
Regolamenti dwar il-Proċedura tal-Monti
Nota ta’ Sekwestru
Is-Sur/Sinjura/Sinjorina ................................ li joqgħod/toqgħod
........................................................................ iddikjara/iddikjarat
li l-biljett tar-rahan Nru ........... maħruġ fi ........................... f’isem
...................... ma nstabx. Ir-rahan relattiv, li fuqu s-self kien
tħallas, qed jiġi għalhekk sekwestrat skond il-liġi.
Data ...........................
.................................
Keeper tar-rahnijiet
6 L.S.269.01 ħ PROĊEDURA TAL-MONTI
għall-Kummissarju tat-Taxxi Interni
