ĠBIR PUBBLIKU ġ L.S.279.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 279.01
REGOLAMENTI DWAR IL-ĠBIR PUBBLIKU
13 ta’ Marzu, 1981
L-AVVIŻ LEGALI 28 ta’ l-1981.
Titolu.
Ġbir Pubbliku.
Tifsir.
Kap. 279.
2. F’dawn ir-regolamenti, espressjonijiet imfissra bl-Att dwar
il-Ġbir Pubbliku jkollhom l-istess tifsir mogħti lilhom b’dak l-Att.
Applikazzjoni għal 
liċenza.
3. (1) L-applikazzjonijiet għal liċenza għal ġbir pubbliku
jistgħu jinkisbu mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u għandhom
jiġu ppreżentati lill-Kummissarju mhux aktar tard minn ħmistax-il
jum qabel id-data meta tkun ser issir il-ġabra.
(2) Ma tiġi aċċettata ebda applikazzjoni bħal dik jekk ma
jkollhiex magħha lista ta’ min se jkunu l-kolletturi li jkun fiha l-
ismijiet, l-indirizzi u l-etajiet tagħhom.
Dmirijiet ta’ 
promoturi.
4. Promotur għandu -
(a) joħroġ ċertifikat ta’ awtorità  lil kull kollettur fejn
jawtorizzah biex hekk jagħmilha, liema ċertifikat
għandu jkun fil-forma murija fl-Ewwel Skeda u li
jinkiseb mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija;
(b) jaghti lil kull kollettur badge ta’ kollettur li tkun fil-
forma murija fit-Tieni Skeda u li tinħareġ mill-
Kummissarju;
(ċ) meta tispiċċa l-ġabra, jew jekk il-liċenza relattiva tkun
ġiet imħassra, meta tiġi hekk imħassra, jagħti lura ċ-
ċertifikati ta’ awtorità  u l-badges kollha lill-
Kummissarju;
(d) jeżerċita d-diliġenza kollha xierqa biex jiżgura li jiġu
mħarsa d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Eliġibilità  ta’ 
kolletturi.
5. Ebda persuna ma tista’ tagħmilha ta’ kollettur, jekk -
(a) ma jkollhiex l-età  ta’ erbatax-il sena jew iżjed;
(b) ma tkunx ingħatat permess biex helk tagħmilha mill-
Kummissarju;
(ċ) ma jkollhiex ċertifikat ta’ awtorità  maħruġ mill-
promotur;
(d) ma jkollhiex badge maħruġa mill-Kummissarju.
Dmirijiet ta’ 
kollettur.
6. (1) Kollettur ma għandux, għall-fini ta’ ġabra -
(a) jaġixxi b’mod li joħloq jew x’aktarx joħloq xi
inkonvenjenza, jew idejjaq jew jastakola lil persuni
oħra;
(b)  iżur xi dar li hu jew xi kollettur ieħor ikun diġà  żar
għall-istess ġabra;
(ċ) jaghmilha ta’ kollettur fl-istess post fejn ikun hemm
2 L.S.279.01 ħ ĠBIR PUBBLIKU
kollettur ieħor kemm-il darba ma tinżammx distanza
ta’ mhux inqas minn tletin metru bejn kollettur u ieħor;
(d) juża xi strumenti mużikali, loudspeakers jew xi mezz
ieħor li jista' jkabbar il-ħoss mingħajr il-permess għal
hekk tal-Kummissarju; u
(e) iżur xi stabbiliment tal-Gvern jekk ma jkunx inkiseb
bil-quddiem permess speċjali miktub mingħand is-
Segretarju Amministrattiv.
(2) Kull kollettur għandu -
(a) jilbes il-badge ta’ kollettur fuq in-naħa tax-xellug ta’
sidru f’kull ħin matul il-ġabra;
(b) juri ċ-ċertifikat ta’ awtorità , meta jitlobulu xi uffiċjal
tal-pulizija jew xi resident ta’ xi dar li jkun żar għall-
fini tal-ġabra;
(ċ) jkun responsabbli għall-kustodja taċ-ċertifikat ta’
awtorità  u l-badge tiegħu u għandu jagħti lura l-
imsemmija ċertifikat u badge lill-promotur minnufih
wara li jispiċċa minn kollettur; u
(d) jobdi kull ordni mogħti fuq il-post minn uffiċjal tal-
pulizija.
Depożitu ta’ dħul 
f'kont f’bank.
7. Kull dħul minn kull ġabra għandu jiġi depożitat f’kont
f’bank f’isem il-korp li jorganizza l-ġabra u kull ħruġ jew ħlasijiet
għandhom, safejn hu possibbli, isiru b’cheque mill-imsemmi kont.
ĠBIR PUBBLIKU ġ L.S.279.01 3
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 4)
PULIZIJA TA’ MALTA
ATT DWAR IL-ĠBIR PUBBLIKU
Ċertifikat ta’ Awtorità
................................. li joqgħod .................................................
(isem)(indirizz)
.................................... ta’ l-età  ta’ ............. hu b’dan awtorizzat
li jagħmilha ta’ kollettur għall-benefiċċju ta’ ..............................
fi ....................................... fi ...................................................
(lokalità )(perijodu ta’ ġabra)
Nru. tal-Kollettur .....................
..........................
Promotur
.............................................
Kummissarju tal-Pulizija
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 4)
ATT DWAR IL-ĠBIR PUBBLIKU
Ġabra Nru. ................. Data ...............
Għall-benefiċċju ta’ .................................
Isem il-Kollettur u n-Nru. ........................
....................................................................
Minn ........................ sa ..........................
Lokalità  ...........................
Kummissarju tal-Pulizija
