PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY ġ L.S.281.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 281.01
REGOLAMENTI DWAR IL-PROFESSJONI
TA’ L-ACCOUNTANCY
15 ta’ April, 1987
L-AVVIŻ LEGALI 29 ta’ l-1987, kif emendat bl-Avviż Legali 199 ta’ l-
1996.
Titolu.
Professjoni ta’ l-Accountancy.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 281.
Accountancy;
"detentur ta’ warrant" tfisser persuna li tkun inħarġilha warrant
biex teżerċita l-professjoni ta’ accountant jew warrant biex taħdem
ta’ uditur;
Kap. 386.
Kumpanniji.
Xogħol li jista’ jsir 
biss minn detentur 
ta’ warrant.
3. (1) L-ebda persuna ħlief detentur ta’ warrant ma tista’
tagħmel xogħol jew tagħti s-servizzi indikati fis-subregolament (2).
(2) (a) Proġetti dwar flus jew profitti jew studji dwar il-
fattibilità  li jkunu preparati jew għal promozzjoni ta’
investiment jew b’konnessjoni ma’ applikazzjoni għal
finanzjament jew għal assistenza finanzjarja jew mod
ieħor;
(b) valutazzjoni ta’ ishma u valutazzjonijiet ta’ negozji;
(ċ) ir-rapportar fuq ħwejjeġ ta’ accountancy fi prospetti
maħruġa għal sottoskrizzjoni pubblika;
(d) iċ-ċertifikazzjoni u l-ħruġ ta’ konteġġi perjodiċi jew
finali minbarra l-konteġġi għal skopijiet interni;
Kap. 386.
dwar il-Kumpanniji;
Kap. 123.
fuq l-Income dwar kumpanniji minbarra dawk privati u
meħlusin, skond l-Att dwar il-Kumpanniji;
(g) xoljiment ta’ kumpannija.
(3) Kull min jaġixxi b’kontravenzjoni tad-disposizzjonijiet ta’
dan ir-regolament ikun ħati ta’ reat u meta jinstab ħati jeħel multa
ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira.
Każijiet meta d-
detentur ta’ 
warrant ma jistax 
jaġixxi ta’ uditur.
4. (1) Min ikun certified public accountant and auditor ma
jistax jaħdem ta’ uditur -
(a) jekk matul is-sentejn ta’ qabel jew f’kull żmien waqt li
kien qed jagħmel verifika għal klijent, hu jew sieħbu
jew impjegat ikun wettaq jew kellu s-setgħa li jwettaq
2 L.S.281.01 ħ PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY
dmirijiet eżekuttivi jew ikun ħa jew kellu s-setgħa li
jieħu deċiżjonijiet eżekuttivi dwar il-ħwejjeġ tal-
klijent; jew
(b) ikollu interess dirett jew indirett fil-ħwejjeġ tal-klijent
li għandu jivverifika l-konteġġi tiegħu, ħlief għall-ħlas
lilu dovut għax-xogħol tiegħu.
(2) Kull min jaġixxi b’kontravenzjoni ta’ dan ir-regolament
ikun ħati ta’ reat u meta jinstab ħati jeħel multa ta’ mhux iżjed
minn elf lira.
Meta d-detentur ta’ 
warrant ma jistax 
jaġixxi ta’ 
stralċjarju.
5. (1) Ebda detentur ta’ warrant ma jista’ jaġixxi ta’
stralċjarju ta’ kumpannija jekk hu kellu kariga ma’ jew
b’konnessjoni ma’ dik il-kumpannija, f’kull żmien matul is-sentejn
qabel id-data meta l-kumpannija tiġi xolta.
(2) Kull min jaġixxi b’kontravenzjoni ta’ dan ir-regolament
ikun ħati ta’ reat u meta jinstab ħati jeħel multa ta’ mhux iżjed
minn elf lira.
Linji gwida.
Emendat:
A.L. 199 ta’ l-
1996.
6. (1) Il-Bord ta’ l-Accountancy jista’ bl-approvazzjoni tal-
Ministru joħroġ linji gwidi lid-detenturi ta’ warrant dwar:
(a) l-indipendenza professjonali tad-detenturi ta’ warrant;
(b) il-konfidenzjalità  ta’ informazzjoni miksuba minn
detentur ta’ warrant jew mill-impjegati tiegħu dwar
xogħol imwettaq jew servizzi mogħtija b’konnessjoni
mal-professjoni ta’ l-accountancy;
(ċ) ir-reklamar u pubbliċità  minn detenturi ta’ warrant;
(d) kif jinkiseb xogħol professjonali;
(e) il-kriterji li għandhom x’jaqsmu mal-ħlas li jintalab;
(f) konteġġi ta’ klijenti u flus miżmumin għan-nom ta’
klijenti u terzi persuni; u
(g) l-imġieba professjonali ta’ l-accountants u udituri.
(2) Linji gwida maħruġa skond is-subregolament (1)
għandhom -
(a) jiġu pubblikati fil-Gazzetta; jew
(b) jiġu pubblikati mill-Ministeru tal-Finanzi
f’pubblikazzjoni separata u l-fatt li tkun saret dik il-
pubblikazzjoni għandu jiġu avżat fil-Gazzetta flimkien
ma’ kull tagħrif dwar fejn wieħed ikun jista’ jara dik
il-pubblikazzjoni jew minn fejn ikunu jistgħu jinkisbu
kopji tagħha mill-pubbliku.
(3) Linji gwida maħruġin skond dan ir-regolament ma jibdewx
iseħħu qabel ma tgħaddi ġimgħa wara l-pubblikazzjoni li ssir fil-
Gazzetta skond ma hemm fis-subregolament (2)(a) jew (b).
Assigurazzjoni 
għal indenniz.
7. Kull persuna li, u kull soċjetà  skond l-artikolu 10 ta’ l-Att
li, jinħtieġu li jkunu koperti minn polza ta’ l-assigurazzjoni għal
indenniz skond l-artikolu 11 ta’ l-Att għandhom ikunu hekk koperti
matul iż-żmien ta’ validità  tal-polza ta’ l-assigurazzjoni għal
ammont minimu ta’ ħamsa u għoxrin elf lira (inklużi l-ispejjeż
sabiex tiġi difiża t-talba) dwar kull detentur ta’ warrant li jkun
PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY ġ L.S.281.01 3
jipprattika ħlief f’soċjetà  u ta’ ħamsa u għoxrin elf lira (inklużi l-
ispejjeż sabiex tiġi difiża t-talba) dwar kull detentur ta’ warrant li
jkun jipprattika f’soċjetà :
Iżda somma li ma tkunx taqbeż l-erbgħa fil-mija ta’ l-
ammont kopert tista’ titnaqqas mill-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni
fuq kull talba singola koperta minn polza.
Proċeduri fl-
inkjesti.
8. Il-Bord ta’ l-Accountancy għandu f’kull inkjesta għall-
finijiet ta’ l-artikolu 14 ta’ l-Att isegwi l-proċedura indikata fir-
regoli ta’ proċedura msemmija fl-lskeda.
SKEDA
(Regolament 8)
Regoli ta’ Proċedura
Titolu.
il-Professjoni ta’ l-Accountancy.
Tifsir.
"akkuża" tfisser akkuża speċifikata f’avviż ta’ inkjesta;
Kap. 281.
"avviż ta' inkjesta" għandha tifsir kif mogħti lilha bir-regola
5(1);
"Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Accountancy imwaqqaf bl-Att;
L.S.281.01
"detentur ta’ warrant" għandha l-istess tifsira kif mogħtija lilha
fir-Regoli dwar il-Professjoni ta’ l-Accountancy, u kull riferenza
għal detentur ta’ warrant, dwar kull kwerela jew rapport jew dwar
kull proċedura, hija riferenza għal detentur ta’ warrant li kontra
tiegħu tkun mibgħuta lill-Bord il-kwerela jew ir-rapport;
"President" tfisser il-President tal-Bord ta’ l-Accountancy u
tinkludi, fil-każ ta’ l-assenza tal-President minn laqgħa tal-Bord, il-
membru li jaġixxi bħala president għal dik il-laqgħa;
"Segretarju" tfisser is-Segretarju tal-Bord ta’ l-Accountancy
nominat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6(5) ta’ l-Att;
"warrant xieraq" tfisser il-warrant ta’ certified public
accountant jew il-warrant ta’ certified public accountant and
auditor, skond kif ikun il-każ.
Kif japplikaw ir-
regoli.
3. Warrant jista’ jiġi biss sospiż jew revokat skond l-artikolu
14(1)(a) jew (2)(b) ta’ l-Att b’konsegwenza ta’ inkjesta miżmuma
skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli, dwar l-akkuża jew l-
akkużi formulati f’avviż ta’ inkjesta notifikat skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli lill-persuna li kontra tagħha l-
akkuża tkun saret jew l-akkużi jkunu saru.
Kwereli u rapporti.
(a) kwerela bil-miktub dwar il-kondotta ta’ detentur ta’
warrant tkun intbagħtet lill-Bord mill-Ministru jew
minn xi membru tal-Bord jew minn xi korp jew
4 L.S.281.01 ħ PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY
persuna, jew rapport bil-miktub dwar il-kondotta ta’
detentur ta’ warrant tkun intbagħtet lill-Bord minn
persuna li jkollha kariga pubblika, jew
(b) kwerela bil-miktub illi detentur ta’ warrant ma jkunx
tajjeb li jkompli jeżerċita l-professjoni tiegħu
minħabba mard mentali jew fiżiku tiġi mibgħuta lill-
Bord mill-Ministru jew minn xi membru tal-Bord jew
minn xi korp jew persuna, jew rapport bil-miktub dwar
l-inkapaċità  ta’ detentur ta’ warrant li jkompli
jeżerċita l-professjoni tiegħu minħabba r-raġunijiet fuq
imsemmija jintbagħat lill-Bord minn persuna li jkollha
kariga pubblika,
is-Segretarju għandu jissottometti l-kwerela jew ir-rapport lill-
President.
(2) Safejn kwerela tirreferi għal kondotta jew inkapaċità
minħabba mard ma għandhiex titmexxa aktar ’il quddiem kemm-il
darba u sakemm ma tiġix konfermata permezz ta’ dikjarazzjoni bil-
ġurament; u kull dikjarazzjoni bħal dik -
(a) għandha turi l-indirizz u d-de skrizzjoni tad-dikjarant,
u
(b) jekk xi fatt dikjarat ma jkunx jaf bih personalment id-
dikjarant, għandha turi l-oriġini tat-tagħrif tad-
dikjarant u r-raġunijiet għat-twemmin tiegħu dwar il-
verità  tal-fatt.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregola (2), il-
President għandu jordna lis-Segretarju biex jinnotifika lid-detentur
tal-warrant li tkun ġiet riċevuta l-kwerela jew ir-rapport, u jgħid is-
sustanza tal-kwerela jew rapport u jibgħat lid-detentur tal-warrant
kopja ta’ kull dikjarazzjoni ġuramentata mogħtija skond is-
subregola (2), u jitlob lid-detentur tal-warrant biex jissottometti
lill-Bord, għeluq dik id-data li l-President jistabbilixxi, kull
spjegazzjoni li d-detentur tal-warrant ikun jista’ jagħti; u kull
spjegazzjoni bħal dik għandha tkun bil-miktub u għandha tasal
għand is-Segretarju għeluq iż-żmien stabbilit mill-President:
Iżda, safejn kwerela jew rapport jirreferi għal kondotta,
jekk ma jkunx jidher lill-President li jkun diskutibbli jekk dik il-
kondotta tikkostitwixxix waħda mill-azzjonijiet jew omissjonijiet
imsemmijin fl-artikolu 14(1)(a) ta’ l-Att, huwa għandu jordna lis-
Segretarju biex jirreferi dik il-kwerela jew rapport lill-Bord jew
biex jiddeċiedi illi l-kwerela jew rapport ma għandhomx jitmexxew
aktar ’il quddiem jew biex jordna lis-Segretarju li jinnotifika lid-
detentur tal-warrant skond id-disposizzjonijiet ta’ din is-subregola.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li jaħbtu qabel ta’ din ir-
regola, il-President għandu jordna lis-Segretarju biex jibgħat għal
inkjesta kwerela jew rapport lill-Bord flimkien ma’ kull
spjegazzjoni mogħtija wara mid-detentur tal-warrant u kull
dikjarazzjoni ġuramentata mogħtija skond is-subregola (2).
(5) F’din ir-regola l-frażi "persuna li jkollha kariga pubblika"
tfisser uffiċjal ta’ Dipartiment tal-Gvern jew awtorità  pubblika li
taġixxi bħala hekk, jew kull persuna li jkollha kariga ġudizzjarja
PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY ġ L.S.281.01 5
jew kull uffiċjal li jkun ma’ qorti.
Avviż ta’ inkjesta.
ikun intbagħat lill-Bord skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel u
kemm-il darba l-Bord ma jkunx sodisfatt għal kollox bl-
ispjegazzjoni miktuba tad-detentur tal-warrant, is-Segretarju
għandu jinnotifika lid-detentur tal-warrant (f’dawn ir-regoli
msejjaħ "avviż ta’ inkjesta") li għandu -
(a) jispeċifika, fil-forma ta’ akkuża jew akkużi, il-ħwejjeġ
li dwarhom l-inkjesta tkun ser tinżamm, u
(b) jgħid id-data, il-ħin u l-post li fihom l-inkjesta tkun ser
tinżamm.
(2) L-inkjesta ma għandhiex tiġi ffissata għal xi data qabel
tmint ijiem wara d-data meta jingħata l-avviż ta’ inkjesta lid-
detentur tal-warrant.
(3) Is-Segretarju għandu jara li dak l-avviż jiġi notifikat jew
personalment lid-detentur tal-warrant, jew billi jiġi notifikat b’dak
l-avviż fil-post tar-residenza tiegħu.
(4) Avviż ta’ inkjesta għandu jkun fil-forma murija fil-
Formula A li hemm fl-Appendiċi li jinsab ma’ dawn ir-regoli,
b’dak it-tibdil kif iċ-ċirkostanzi jistgħu jeħtieġu.
(5) Għandha tintbagħat ma’ kull avviż ta’ inkjesta kopja ta’
dawn ir-regoli.
(6) Kopja ta’ l-avviż ta’ inkjesta għandha tiġi notifikata lill-
kwerelant jew lil min ikun bagħat ir-rapport.
Ġurnata u ħin ta’ 
inkjesta.
6. Il-President għandu jistabbilixxi l-ġurnata u l-ħin biex issir
inkjesta.
Avviż difettuż.
President jew f’xi stadju tas-smigħ ikun jidher lill-Bord, illi l-avviż
ta’ inkjesta jkun difettuż, il-President jew il-Bord, skond il-każ,
għandu jagħti ordnijiet għall-emenda ta’ l-avviż kif jidhirlu
meħtieġ kemm-il darba, wara li jittieħed kont tal-meriti tal-każ, l-
emendi meħtieġa jkunu jistgħu jsiru mingħajr inġustizzja.
(2) Meta fil-fehma tal-President jew tal-Bord ikun spedjenti
minħabba fl-eżerċizzju minnu tas-setgħa mogħtija bis-subregola
(1), illi l-inkjesta għandha tiġi posposta jew differita, il-President
jew il-Bord, skond il-każ, għandu jagħti dawk l-ordnijiet għal hekk
li jidhirlu meħtieġa.
Proċeduri fil-
pubbliku.
8. Il-proċeduri quddiem il-Bord għandhom jinżammu fil-
pubbliku; iżda l-Bord jista’, meta jidhirlu meħtieġ jew xieraq,
jordna illi l-proċeduri jinżammu privatament.
Astensjoni jew 
rikuża.
Kap. 12.
9. (1) Kull membru tal-Bord u s-Segretarju għandu jastjeni
ruħu milli jieħu sehem f’xi inkjesta jew jista’ jiġi rikużat f’kull
waħda miċ-ċirkostanzi li fiha mħallef jastjeni jew jista’ jiġi rikużat
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Kull rikuża bħal dik għandha ssir qabel il-qari mis-
Segretarju ta’ l-akkuża jew l-akkużi lid-detentur tal-warrant,
kemm-il darba r-raġuni tar-rikuża ma tkunx qamet jew il-parti ma
6 L.S.281.01 ħ PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY
tkunx saret taf biha wara.
(3) Il-Bord għandu jiddeċiedi l-oġġezzjoni qabel il-qari ta’ l-
imsemmija akkuża jew akkużi jew wara f’każijiet xierqa u d-
deċiżjoni tiegħu tkun finali.
Għajnuna legali u 
għajnuna oħra.
10. (1) Kull parti f’kull proċedura quddiem il-Bord tista’ tiġi
mgħejjuna minn avukat jew prokuratur legali. Id-detentur tal-
warrant jista’ jkun ukoll mgħejjun minn detentur ieħor tal-warrant.
(2) Il-President għandu jgħarraf bid-disposizzjonijiet ta’ dawn
ir-regoli lil kull parti fil-proċedimenti li tidher quddiem il-Bord
mingħajr xi għajnuna bħal dik.
Qari ta’ l-akkuża. 11. Il-proċedimenti ta’ l-inkjesta għandhom jibdew bil-qari
mis-Segretarju ta’ l-akkuża jew l-akkużi. Wara dan il-President
għandu jagħmel lid-detentur tal-warrant il-mistoqsija jekk
jammettix jew jiċħadx l-akkuża jew l-akkużi.
Ammissjoni jew 
ċaħda.
12. (1) Jekk id-detentur tal-warrant jammetti l-akkuża jew l-
akkużi l-Bord jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jiddispensa mill-
produzzjoni ta’ xhieda u jgħaddi biex jagħti d-deċiżjoni tiegħu
f’dik il-ġurnata jew f’xi ġurnata oħra iffissata għal dak l-għan.
(2) Jekk id-detentur tal-warrant jiċħad l-akkuża jew l-akkużi l-
Bord għandu jkompli bl-inkjesta.
(3) Jekk id-detentur tal-warrant jonqos milli jattendi mingħajr
raġuni ġusta u l-Bord ikun sodisfatt illi l-avviż ta’ inkjesta jkun ġie
notifikat kif meħtieġ b’dawn ir-regoli, il-Bord jista’, jekk jidhirlu
xieraq, ikompli bl-inkjesta wkoll fin-nuqqas tiegħu:
Iżda, jekk id-detentur tal-warrant ma jkunx jista’ jattendi
minħabba raġuni ġusta, hu jista’, jekk ikun jippreferixxi hekk,
jitlob li l-inkjesta titkompla u jinnomina waħda mlll-persuni
msemmija fir-regola 10(1) biex tirrappreżentah fil-proċedimenti.
Proċedimenti. 13. Il-proċedimenti dwar inkjesta jkunu dawn li ġejjin:
(a) Xhieda b’sustenn ta’ l-akkuża għandhom ikunu
prodotti u eżaminati mill-parti li tipproduċihom jew
fin-nuqqas tagħha mill-Bord u kontro-eżaminati mid-
detentur tal-warrant; wara dan kull membru tal-Bord
ikun jista’ jagħmel mistoqsijiet kif jidhirlu meħtieġ.
(b) Ix-xhieda tad-difiża għandhom jinstemgħu u f’każ li d-
detentur tal-warrant jixtieq jagħti x-xiehda tiegħu,
jista’ jagħmel hekk kemm-il darba x-xiehda tiegħu
tingħata qabel dik ta’ kull xhud li jkun ser jiġi prodott
minnu. Ix-xhieda għandhom ikunu eżaminati mid-
detentur tal-warrant jew mill-persuna li minnha jkun
mgħejjun jew rappreżentat u kontro-eżaminati minn
kull parti oħra fil-proċedimenti; wara dan kull membru
tal-Bord ikun jista’ jagħmel mistoqsijiet kif jidhirlu
meħtieġ.
(ċ) Meta jkunu tressqu l-provi kollha, id-detentur tal-
warrant jista’, personalment jew permezz tal-persuna
li minnha jkun mgħejjun jew rappreżentat, jindirizza
lill-Bord u jagħmel id-difiża tiegħu.
(d) Il-Bord għandu wara dan jagħti d-deċiżjoni tiegħu
PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY ġ L.S.281.01 7
f’dik il-ġurnata jew f’xi ġurnata oħra iffissata għal dak
l-għan.
(e) Il-Bord ma jkunx prekluż f’kull stadju tal-
proċedimenti sakemm tingħata d-deċiżjoni milli jerġa’
jisma’ xi xhud jew milli jitlob il-produzzjoni ta’ xi
dokumenti.
Akkuża mhux 
pruvata.
14. Fil-każijiet kollha meta l-Bord ikun sodisfatt illi l-akkuża
jew l-akkużi ma tkunx jew ma jkunux ġew pruvati, il-Bord għandu
jiddeċiedi skond hekk u għandu jniżżel deċiżjoni li l-akkuża jew l-
akkużi ma tkunx jew ma jkunux ġew pruvati u illi d-detentur tal-
warrant ikun jew ma jkunx ħati dwar il-ħwejjeġ li għalihom l-
akkuża jew l-akkużi jirreferu.
Deċiżjonijiet fil-
pubbliku u bil-
miktub.
15. (1) Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jingħataw fil-
pubbliku u bil-miktub; għandhom ikunu iffirmati mill-President.
Deċiżjonijiet 
jintbagħtu lill-
Ministru.
(2) L-oriġinal għandu jintbagħat mis-Segretarju lill-Ministru,
flimkien mal-proċess sħiħ ta’ l-inkjesta.
(3) Meta l-Ministru jirċievi d-deċiżjoni tal-Bord huwa għandu
jiddeċiedi jekk jikkonfermax jew le dik id-deċiżjoni tal-Bord u jekk
il-warrant tad-detentur ta’ l-istess warrant għandux jiġi sospiż,
revokat, kanċellat jew mod ieħor:
Iżda l-Ministru għandu dejjem jikkonferma d-deċiżjoni tal-
Bord fejn dan jiddeċiedi li l-akkuża ma tkunx ġiet ippruvata.
Validità  ta’ 
proċedimenti.
l6. Meta skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dawn ir-regoli l-inkjesta tkun differita għal xi laqgħa wara, il-
validità  tal-proċedimenti f’dik il-laqgħa ma għandhiex tiġi
attakkata minħabba biss illi l-membri tal-Bord li kienu preżenti fil-
laqgħa ta’ qabel ma kienux preżenti fil-laqgħa ta’ wara jew illi
membri tal-Bord li kienu preżenti fil-laqgħa ta’ wara ma kienux
preżenti fil-laqgħa ta’ qabel.
Kopja tad-
deċiżjoni.
17. Is-Segretarju għandu jinnotifika mingħajr dewmien lid-
detentur tal-warrant kopja tad-deċiżjoni tal-Bord.
Formula ta’ taħrik 
tax-xhieda.
18. L-avviż lil xi persuna biex tidher quddiem il-Bord biex
tagħti xiehda u, jew, biex tipproduċi dokumenti għandu jkun skond
il-forma murija fil-Formula B li hemm fl-Appendiċi li jinsab ma’
dawn ir-regoli.
Firma u notifika ta’ 
avviż.
19. Kull avviż imsemmi f’dawn ir-regoli għandu jkun iffirmat
mill-President.
Setgħa tal-Bord.
(a) li jżomm il-bonordni, u
(b) li jirregola d-diskussjoni.
Diskussjonijiet 
konfidenzjali.
21. Il-membri tal-Bord u s-Segretarju ma għandhom jikxfu
ebda ħaġa diskussa mill-Bord waqt l-inkjesta.
Proċedimenti oħra.
Kap. 273.
22. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Inkjesti għandhom
japplikaw għall-Bord f’kull inkjesta miżmuma skond dawn ir-
regoli.
(2) Bla ħsara kif provdut espressament xort’oħra, u b’mod
partikolari skond is-subregola (1), il-Bord għandu jirregola l-
8 L.S.281.01 ħ PROFESSJONI TA’ L-ACCOUNTANCY
proċeduri tiegħu stess.
APPENDIĊI
Regoli 5(4), 18
FORMULA A
BORD TA’ L-ACCOUNTANCY
Avviż ta’ Inkjesta
Lil ........................................................................ (data)
Jiena b’dan nagħtik avviż illi l-Bord ta’ l-Accountancy ordna
inkjesta biex jikkunsidra u jiddeċiedi l-akkuża/l-akkużi imputata/i
lilek, jiġifieri .................................................................................
Inti qiegħed b’dan tiġi mgħarraf illi l-ewwel seduta ta’ l-
imsemmija inkjesta sejra tinżamm nhar ................. il- ....................
fil- .........................
Kopja tar-Regoli ta’ Proċedura dwar il-Professjoni ta’ l-
Accountancy hija annessa biex tagħraf timxi.
Inti mwissi illi n-nuqqas min-naħa tiegħek li tidher mingħajr ma
tagħti spjegazzjoni xierqa għan-nuqqas tiegħek ma jtellifx lill-Bord
ta’ l-Accountancy milli jkompli l-inkjesta fin-nuqqas tiegħek.
President
Bord ta’ l-Accountancy
FORMULA B
BORD TA’ L-ACCOUNTANCY
Avviż lil Persuna biex tagħti x-xiehda u/jew biex tipproduċi 
dokumenti, eċċ.
Lil ................................................................ (data).
Inti b’dan meħtieġ tattendi quddiem il-Bord ta’ l-Accountancy
nhar ............................ il- .................................. fil- ...................
u hekk f’kull ġurnata oħra li għaliha s-smigħ ikun ġie differit, biex
tagħti x-xiehda u/jew tipproduċi d-dokumenti li ġejjin: ...................
.......................................................................................................
il-kwistjoni ta’ inkjesta li qed issir kontra .......................................
Inti mwissi illi jekk tonqos li tattendi kif hawnhekk meħtieġ
tista’ teħel il-penalitajiet skond il-liġi.
President
Bord ta’ l-Accountancy
