TFAL U ŻGĦAŻAGĦ (ORDNIJIET GĦALL-ĦARSIEN) ġ L.S.285.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 285.01
REGOLAMENTI DWAR TFAL U ŻGĦAŻAGĦ
(ORDNIJIET GĦALL-ĦARSIEN)
29 ta’ Novembru, 1985
L-AVVIŻ LEGALI 49 ta’ l-1985, kif emendat bl-Avviż Legali 43 ta’ l-
1999.
Titolu.
u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien).
Tifsir.
Kap. 285.
Ħarsien);
"Direttur" tfisser id-Direttur tas-Servizzi Soċjali;
"ordni għall-ħarsien" tfisser ordni għall-ħarsien magħmul taħt l-
Att, u fil-forma murija fl-Iskeda;
"taħdem bi qligħ" tfisser tagħmel xi forma ta’ attività  li minnha
jinkiseb qligħ li jkun iżjed mill-flus li jitħallsu dwar it-tifel jew iż-
żagħżugħ skond ir-regolament 8(4).
Proċedura sabiex 
jintbagħtu każijiet 
lill-Qorti tal-
Minorenni.
Emendat:
A.L. 43 ta’ l-1999.
Kap. 9.
3. (1) Meta d-Direttur ikun jaf b’xi oġġezzjoni mill-persuna li
tkun qed teżerċita l-awtorità  ta’ ġenituri fuq, jew tkun il-kustodju
ta’, xi tifel jew żagħżugħ għal ordni għall-ħarsien magħmul mill-
Ministru taħt l-artikolu 4(1) ta’ l-Att, għandu, kemm jista’ jkun
malajr, iżda f’ebda każ mhux iżjed tard minn sebat ijiem mill-jum li
fih ikun sar jaf b’dik l-oġġezzjoni, jirreferi l-każ lill-Qorti tal-
Minorenni permezz ta’ komunikazzjoni bil-miktub indirizzata lir-
Reġistratur tal-Qrati jew lill-persuna li prinċipali tkun tagħmel ix-
xogħol ta’ reġistratur kif tista’ tiġi assenjata għal dak l-għan skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 369 tal-Kodiċi Kriminali.
(2) Il-komunikazzjoni msemmija fis-subregolament (1)
għandu jkollha magħha -
(a) kopja ta’ l-ordni għall-ħarsien rilevanti ffirmata mill-
Ministru;
(b) jekk l-oġġezzjoni tkun saret bil-miktub, kopja ta’ dik l-
oġġezzjoni; jekk l-oġġezzjoni saret verbali,
dikjarazzjoni bil-miktub li jkun fiha s-sustanza ta’ dik
l-oġġezzjoni verbali;
(ċ) kopja tar-rappreżentazzjonijiet bil-miktub magħmula
mid-Direttur lill-Ministru taħt l-artikolu 4(1) ta’ l-Att;
(d) dikjarazzjoni bil-miktub fejn tindika l-persuni, inklużi
l-ġenituri u l-kustodju, jekk ikun hemm, mismugħa
mill-Ministru jew mogħtija opportunità  li jagħtu l-
fehmiet tagħhom skond l-artikolu 4(1) ta’ l-Att u qabel
ma saret l-ordni għall-harsien; u
(e) lista ta’ persuni (bl-indirizzi tagħhom) li, fil-fehma
tad-Direttur, jistgħu jgħinu lill-Qorti tal-Minorenni
biex tirrevedi l-każ.
2 L.S.285.01 ħ TFAL U ŻGĦAŻAGĦ (ORDNIJIET GĦALL-ĦARSIEN)
Il-mod u ż-żmien li 
fiħ il-Qorti tal-
Minorenni 
għandha tirrevedi 
każ.
Kap. 287.
4. (1) Bla ħsara għal dak provdut iktar 'il quddiem, il-mod kif
u ż-żmien li fih il-Qorti tal-Minorenni għandha tirrevedi każ kif
provdut fl-artikolu 4(4) ta’ l-Att għandu jkun skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Qorti tal-Minorenni.
(2) Il-Qorti tal-Minorenni għandha żżomm seduta biex
tirrevedi każ kemm jista’ jkun malajr, iżda f’ebda każ iktar tard
minn sebat ijiem mill-jum li fih ir-Reġistratur ta’ dik il-Qorti jkun
irċieva mingħand id-Direttur il-komunikazzjoni bil-miktub
imsemmija fir-regolament 3.
(3) Il-Qorti tal-Minorenni għandha tisma’ l-każ kemm jista’
jkun malajr, u għandħa f’kull każ tagħti d-deċiżioni tagħha mhux
iktar tard minn wieħed u għoxrin jum mid-data ta’ l-ewwel seduta
msemmija fis-subregolament (2).
Kap. 12.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 77(2), (3) u
(4) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Civili, il-Ministru
jista’ u l-persuna li qed toġġezzjona għall-ordni għall-ħarsien tista’
tiġi rappreżentata minn avukat jew prokuratur legali, u dak l-avukat
jew il-prokuratur legali jista’ jeżamina jew jeżamina mill-ġdid ix-
xhieda, iġib provi u jagħmel favur jew kontra l-ordni għall-ħarsien
kull sottomissjoni oħra li l-Qorti jidhrilha ammissibbli:
Iżda l-Ministru ma jkunx meħtieġ li jattendi personalment
matul xi seduta tal-Qorti tal-Minorenni, ħlief meta tkun meħtieġa
x-xhieda tiegħu.
(5) Il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Minorenni biex jiġu
riveduti każijiet kif provdut fl-artikou 4(4) ta’ l-Att jitqiesu li huma
proċeduri ċivili; u l-piż li jiġi ppruvat li l-ordni għall-ħarsien
għandu jiġi konfermat, ikun f’kull każ, tal-Ministru.
(6) Il-Qorti tal-Minorenni tkun tista’ teħtieġ provi oħrajn
minbarra dawk sottomessi mill-Ministru jew mill-persuna li
toġġezzjona għall-ordni għall-ħarsien u għal dan il-għan il-Qorti
tal-Minorenni tista’, ex officio, tħarrek lil kull persuna biex tixhed
u tordna li jinġiebu kull dokumenti:
Iżda l-Qorti tal-Minorenni ma tistax teħtieġ xi prova li
xort’oħra ma tkunx ammissibbli f’qorti ċivili:
Kap. 12.
Iżda wkoll ebda ħaġa f’dan is-subregolament ma għandha
titqies li tolqot l-artikoli 587, 588, 589(2) u 637(3) tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(7) Kull meta t-tifel jew iż-żagħżugħ li dwaru jkun sar ordni
għall-ħarsien ikun meħtieġ mill-partijiet jew mill-Qorti tal-
Minorenni ex officio biex jixhed, l-imsemmija Qorti tista’, jekk
tkun sodisfatta li fiċ-ċirkostanzi speċjali jkun xieraq li hekk isir,
tordna lill-ġenituri u l-kustodju, inkluża l-persuna li qed tagħmel l-
oġġezzjoni u lil kull qraba oħra ta’ l-imsemmi tifel jew taż-
żagħżugħ, li jirtiraw mill-Qorti waqt li tkun qed tinstema’ x-xiehda
tiegħu:
Iżda jekk il-persuna hekk eskluża tkun il-persuna li qed
tagħmel l-oġġezzjoni għall-ordni għall-ħarsien, il-Qorti tal-
Minorenni għandha tinformaha bis-sustanza ta’ kull allegazzjoni
magħmula kontriha jew kontra xi qraba viċini tagħha mit-tifel jew
miż-żagħżugħ waqt ix-xiehda tiegħu:
TFAL U ŻGĦAŻAGĦ (ORDNIJIET GĦALL-ĦARSIEN) ġ L.S.285.01 3
Iżda wkoll għall-fini ta’ dan is-subregolament persuna li
tgħix jew li għexet għal perijodu ta’ ġimgħatejn jew għal perijodi li
flimkien jammontaw għal ġimgħatejn mal-persuna li tagħmel l-
oġġezzjoni għall-ordni għall-ħarsien għandha, wkoll jekk ma tiġix
minnħa b’konsangwinità  jew bi żwieġ, titqies li hi qarib viċin ta’
dik il-persuna.
(8) Ma għandha titqajjem ebda oġġezzjoni dwar il-kompetenza
tal-Qorti tal-Minorenni li tirrevedi każ kif provdut fl-artikolu 4(4)
ta’ l-Att għax it-tifel jew iż-żagħżugħ li dwaru sar l-ordni għall-
ħarsien, ikun għalaq, minn dik id-data li fiha sar l-imsemmi ordni
iżda qabel ma l-Qorti tal-Minorenni ddeċidiet il-każ, l-età  ta’
sittax-il sena.
Proċedura tal-Bord 
Konsultattiv dwar 
it-Tfal u ż-
Żgħażagħ.
5. (1) Il-Bord għandu jiltaqa’ kif u meta jkun meħtieġ iżda
għandu jiltaqa’ bl-urġenza fuq it-talba tal-Ministru jew tad-Direttur
magħmula lilu permezz tas-Segretarju tal-Bord.
(2) Iċ-Chairman u żewġ membri oħra jiffurmaw quorum.
(3) Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jittieħdu b’maġġoranza
sempliċi ta’ voti, iżda, fil-każ ta’ voti ndaqs iċ-Chairman ikollu vot
ieħor jew vot deċiżiv.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10(4) u ta’ l-
artikolu 11(3) ta’ l-Att, il-Bord għandu jagħmel rakkomandaz-
zjonijiet lill-Ministru dwar it-tqegħid, it-trasferiment jew il-ħelsien
ta’ xi tifel jew ta’ xi żagħżugħ li jkun taħt il-ħarsien tal-Ministru.
(5) Għandha tintbagħat kopja lid-Direttur ta’ kull
rakkomandazzjoni magħmula mill-Bord.
(6) Il-Bord għandu, mhux iktar tard mill-ħmistax-il jum ta’
Frar ta’ kull sena, jibgħat lill-Ministru rapport ta’ l-attivitajiet
tiegħu kollha matul is-sena kalendarja ta’ qabel.
Il-mod li bih 
għandhom 
jitmexxew djar, 
hostels u 
istituzzjonijiet.
6. (1) Ikun id-dmir ta’ kull persuna jew persuni responsabbli
għad-dar, hostel jew istituzzjoni li magħha jew li fiha tifel jew
żagħżugħ ikun ġie alloġġat jew akkomodat skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10(1) ta’ l-Att li jiżguraw li dak it-
tifel jew dak iż-żagħżugħ ikun trattat u mrobbi f’ambjent li
normalment issib f’familja Maltija tajba u li twassal għal sigurtà
psikoloġika kif ukoll għal fiżiku tajjeb, sabiex ikun hemm żvilupp
normali u tajjeb. B’mod partikolari, dik il-persuna jew dawk il-
persuni għandhom jipprovdu dieta bilanċjata u nutrijenti u
għandħom jżommu livell ta’ iġjene li normalment ikun aċċettabbli
għas-sodisfazzjon tad-Direttur; u għandhom jiżguraw ukoll li, bla
ħsara għal kull ħaġa li hemm f'xi liġi oħra, it-tifel jew iż-żagħżugħ
jattendi servizzi reliġjużi regolarment u jirċievi tagħlim reliġjuż.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subregolament (1) għandhom,
mutatis mutandis, japplikaw għall-akkomodazzjoni, manteniment u
alloġġ ta’ tifel jew żagħżugħ taħt id-disposizzjonijiet l-oħra ta' l-
artikolu 10 ta' l-Att.
Drittijiet u 
dmirijiet tad-
Direttur.
7. Id-Direttur jew kull welfare officer mid-Dipartiment tiegħu
għandu -
(a) id-dmir li jispezzjona kull bini li fih tifel jew żagħżugħ
ikun akkomodat jew alloġġat biex jiżgura li qed
4 L.S.285.01 ħ TFAL U ŻGĦAŻAGĦ (ORDNIJIET GĦALL-ĦARSIEN)
jitħarsu d-disposizzjonijiet tar-regolament 6;
(b) id-dritt li f’kull ħin xieraq iżur u jintervista tfal jew
żgħażagħ fil-post fejn ikunu akkomodati jew alloġġati;
(ċ) jagħmel arranġamenti kif jidhirlu xierqa fl-interess tat-
tifel jew taż-żagħżugħ sabiex dak it-tifel jew dak iż-
żagħżugħ iżur jew jiġu jżuruh il-kustodji, il-ġenituri
jew qraba oħra f’intervalli regolari;
(d) jagħti pariri matul il-perijodu li matulu t-tifel jew iż-
żagħżugħ ikun akkomodat jew alloġġat u jżomm
kuntatt regolari mal-familji, mal-qraba jew mal-
kustodji ta’ dak it-tifel jew dak iż-żagħżugħ.
Persuni xierqa. 8. (1) Sabiex tifel jew żagħżugħ jiġi alloġġat ma’ persuna
xierqa skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10(1)(b) ta’ l-Att, id-
Direttur għandu jżomm reġistru ta’ persuni xierqa u għandu s-
setgħa li jinkludi fih jew li jħassar minnu dawk l-ismijiet li fil-
fehma tiegħu għandhom ikunu hekk inklużi jew hekk imħassra.
(2) Ħlief fil-każ ta’ qarib viċin tat-tifel jew taż-żagħżugħ,
dawn il-persuni għandhom ikunu koppji miżżewġa b’kondotta ta’
relazzjonijiet matrimonjali tajba.
Kap. 16.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, ebda
tifel jew żagħżugħ ma jista’ jkun alloġġat ma’ persuna xierqa
sakemm din il-persuna ma kenitx tkun tikkwalifika biex taddotta t-
tifel jew iż-żagħżugħ konċernat skond id-disposizzjonijiet tat-
Titolu III ta’ l-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi Ċivili.
(4) Id-Direttur għandu jħallas, dwar kull tifel jew kull
żagħżugħ alloġġat skond l-artikolu 10(1)(b) ta’ l-Att, dik ir-
rimunerazzjoni li tista’ minn żmien għal żmien tkun stabbilita mill-
Ministru bi ftehim mal-persuna xierqa jew mad-direzzjoni ta’ l-
istituzzjoni li tkun:
Iżda -
(i) ma għandha titħallas ebda rimunerazzjoni mid-
Direttur dwar xi tifel jew żagħżugħ li jkun qed
jaħdem bi qligħ, f’liema każ dak it-tifel jew dak
iż-żagħżugħ ikollu jikkontribwixxi għall-
persuna jew għall-istituzzjoni li magħha jew li
fiha jkun alloġġat somma li ma tkunx iżjed mir-
rimunerazzjoni li xort’oħra titħallas mid-
Direttur skond dan ir-regolament;
L.S.318.08
(ii) minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolament 13
tar-Regolamenti dwar l-Allowances tat-Tfal, ma
għandha titħallas ebda allowance taħt dawk ir-
regolamenti dwar tifel jew żagħżugħ li dwaru
tkun qed titħallas ir-rimunerazzjoni mid-Direttur
taħt dan ir-regolament.
(5) B’żieda mad-dmirijiet u mar-responsabbilitajiet li hemm
fir-regolament 6, kull persuna xierqa u kull istituzzjoni privata li
magħha jkun hemm alloġġat tifel jew żagħżugħ għandha tirrapporta
kull inċident, aċċident, ħarba, inċident ta’ skart, korriment, mard
jew mewt minnufih malli jiġru lid-Direttur jew lill-welfare officer
fid-Dipartiment tiegħu.
TFAL U ŻGĦAŻAGĦ (ORDNIJIET GĦALL-ĦARSIEN) ġ L.S.285.01 5
(6) Kull persuna xierqa jew istituzzjoni privata li magħha tifel
jew żagħżugħ ikun alloġġat għandha tagħmel ftehim formali mad-
Direttur li fih ikunu murija d-drittijiet u r-responsabbilitajiet tal-
persuna xierqa jew ta’ l-istituzzjoni privata, skond il-każ,
magħduda kull kondizzjoni li d-Direttur jista’ jidhirlu meħtieġa fiż-
żmien meta jiġi ffirmat dak il-ftehim.
SKEDA
TAQSIMA I
Ref. Nru. ...........
Att dwar Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien)
ORDNI GĦALL-ĦARSIEN
Sinjur/Sinjura,
Bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lili bl-artikolu 4 ta' l-Att dwar
Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien), nordna illi:
Isem ...........................................................................................
Bin/bint ......................................................................................
li twieled/twieldet ......................................................................
li joqgħod/toqgħod .....................................................................
...................................................................................................
ikun/tkun taħt il-ħarsien tiegħi skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
imsemmi Att b'seħħ mill- ...............................................................
Bħala missier/omm/kustodiu ta’ l-imsemmi/ja ............................
jekk inti ma taqbilx ma’ dan l-Ordni għall-Ħarsien għandek jedd
tressaq l-oġġezzjoni tiegħek quddiem id-Direttur tas-Servizzi
Soċjali mhux iżjed tard minn wieħed u għoxrin (21) jum mid-data li
fiha tirċievi dan l-ordni.
............................  ..............................
Data Ministru tax-Xogħol u Servizzi Soċjali
6 L.S.285.01 ħ TFAL U ŻGĦAŻAGĦ (ORDNIJIET GĦALL-ĦARSIEN)
TAQSIMA II
Ref. Nru. ..............
Att dwar Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien)
ORDNI TEMPORANJU GĦALL-ĦARSIEN
Sinjur/Sinjura,
Bis-saħħa tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 5 ta’ l-Att dwar Tfal u
Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien), nordna illi:
Isem ........................................................................................... 
Bin/bint ......................................................................................
li twieled/twieldet ......................................................................
li joqgħod/toqgħod .....................................................................
...................................................................................................
ikun/tkun taħt il-ħarsien tiegħi skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
imsemmi Att.
Dan l-Ordni Temporanju jibqa’ jseħħ għal wieħed u għoxrin (21)
jum mid-data ta’ hawn taħt.
............................  ..............................
Data Ministru tax-Xogħol u Servizzi Soċjali 
