KONTROLL TAL-PREZZIJIET TAL-BINI 
(XOGĦOL TA’ KONKOS U ĠEBEL) ġ L.S.288.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 288.01
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL
TAL-PREZZIJIET TAL-BINI 
(XOGĦOL TA’ KONKOS U ĠEBEL)
12 ta’ Awissu, 1980
L-AVVIŻ LEGALI 72 ta’ l-1980.
Titolu.
Kontroll tal-Prezzijiet tal-Bini (Xogħol ta’ Konkos u Ġebel).
Iffissar ta’ 
prezzijiet għal 
ċertu xogħlijiet.
2. Il-prezzijiet speċifikati fl-ewwel kolonna ta’ l-Iskeda huma
dawk iffissati fit-tieni kolonna tagħha.
2 L.S.288.01 ħ
KONTROLL TAL-PREZZIJIET TAL-BINI 
(XOGĦOL TA’ KONKOS U ĠEBEL)
SKEDA
Regolament 2
Noti:
(1) Il-prezzijiet fuq imsemmija japplikaw għal bini ta’ għoli sa żewġ sulari u
jinkludu t-tromba tat-taraġ għal bejt, l-opramorta, ventilaturi u rżalt lixx, iżda ma
jinkludux xogħol ornamentali bħal gwarniċi u rżalt bil-lavur, ċmusa u sollijiet bil-
lavur, saljaturi, ħnejjiet u balavostri.
Għal xoghlijiet f’livell aktar għoli mill-ewwel sular, ir-ratita’ hawn fuq
għandhom jiżdiedu bir-rati li ġejjin:
(2) L-aperturi kollha ta’ wisgħa li ma teċċedix il-1.2m ma għandhomx jitnaqqsu
mill-kejl. L-ebda ħlas ma għandu jsir għall-blajjet, il-koxox u x-xwieki tagħhom.
(3) Għal aperturi usa minn 1.2m u li għandhom blaijet, koxox u xwieki, dak il-
wisa’ biss li jeċċedi l-1.2m għandu jitnaqqas mill-kejl. Ħlas isir biss għal blata fejn
teċċedi l-l.2 m.
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
1. Xogħol tal-Konkos:
Soqfa tal-konkos ta’ ħxuna ta’ 0.15m b’taħlita ta’
1:2:4 (Grad 20) li jinkludu saff wieħed ta’ xibka Nru. 106
bħala reinforz, u l-armar kollu meħtieġ ............................. Lm5.90,0 kull m2
2. Xogħol ta’ Ġebel tal-Franka:
(a) Ħitan tal-Kantun tas-Singlu - Ħitan tal-franka
tal-kantun tas-singlu mqiegħda bit-tajn tax-
xaħx, ta’ ħxuna minn 0.15 m sa 0.23 m
minġurin minn żewġ uċuħ u maqtugħin għal
għoli ta’ daqs wieħed .................................... Lm4.00,0 kull m2
(b) Ħitan tal-Kantun tad-Dobblu - Ħitan tal-
franka tad-dobblu ta’ ħxuna minn 0.375 m sa
0.6 m, imqegħdin bit-tajn tax-xaħx,
magħmulin minn qoxra fuq barra u oħra fuq
ġewwa ta’ ħxuna ta’ mhux anqas minn 0.15
m, inkatinati flimkien, u minġurin fuq iż-
żewġ uċuh ta’ barra u maqtugħin għal għoli
ta’ daqs wieħed ............................................. Lm7.50,0 kull m2
(ċ) Pedamenti tal-Ġebel -
(i) għal ħitan - kantun tas-singlu ............... Lm3.60,0 kull m2
(ii) għal ħitan tal-kantun tad-dobblu ........... Lm6.75,0 kull m2
f’livell tat-tieni sular .................................................. 10%
f’livell tat-tielet sular ................................................. 15%
f’livell tar-raba’ u l-ħames sular ................................. 171/2%
