KONTROLL TAL-PREZZIJIET TAL-BINI (PROVI) ġ L.S.288.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 288.02
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL
TAL-PREZZIJIET TAL-BINI (PROVI)
7 ta’ Ġunju, 1985
L-AVVIŻ LEGALI 17 ta’ l-1985.
Titolu.
Kontroll tal-Prezzijiet tal-Bini (Provi).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 288.
"Tribunal" tfisser it-Tribunal għall-Kontroll tal-Prezzijiet tal-
Bini mwaqqaf bl-artikolu 9 ta’ l-Att.
Produzzjoni ta’ 
dokumenti u lista 
ta’ xhieda.
3. (1) Persuna li tippreżenta rikors jew risposta fit-Tribunal
għandha, flimkien mar-rikors jew mar-risposta, tippreżenta fir-
Reġistru tat-Tribunal:
(a) id-dokumenti kollha fil-pussess tagħha li jkollha l-
hsieb li tagħmel referenza għalihom b’sustenn tal-każ
tagħha;
(b) lista tad-dokumenti kollha, li mhux fil-pussess tagħha,
iżda li taf li jeżistu, li għalihom ikollha l-ħsieb li
tagħmel referenza b’sustenn tal-każ tagħha; u
(ċ) lista tax-xhieda li jkollha l-ħsieb tipproduċi, inkluża t-
taħrika tal-parti l-oħra, li tiddikjara dwar kull wieħed
minnhom il-prova li jkollha l-ħsieb tistabbilixxi bix-
xiehda tagħhom.
(2) Id-dokumenti u l-listi msemmija fis-subregolament (1)
għandhom jiġu ppreżentati b’nota.
Ebda xhieda oħra 
ma jistgħu 
jinġiebu.
4. Ma jista’ jinġieb ebda xhud li ismu ma jkunx ingħata fil-
lista msemmija fir-regolament 3, kemm-il darba t-Tribunal ma
jkunx sodisfatt li x-xhud ma kienx magħruf lill-parti fiż-żmien
meta ġie ppreżentat ir-rikors jew ir-risposta, skond il-każ, jew li l-
ħtieġa li jinġieb ix-xhud qamet f’xi żmien wara l-preżentata tar-
rikors jew tar-risposta, jew kemm-il darba l-parti opposta ma
tagħtix il-kunsens tagħha.
Każijiet li fihom hi 
preskritta l-
produzzjoni ta’ 
dokumenti oħra.
5. Meta xi dokument ma jinġiebx jew ma jkunx inkluż fil-
lista msemmija fir-regolament 3, il-produzzjoni tiegħu titħalla biss:
(a) jekk minkejja d-diliġenza kollha xierqa, id-dokumenti
ma setgħux jinġiebu qabel il-preżentata tar-rikors jew
tar-risposta li magħhom kellhom jinġabu, u l-
preżentata tar-rikors jew tar-risposta ma setgħetx, bla
preġudizzju, titħalla għal aktar tard; jew
(b) jekk it-Tribunal ikun sodisfatt mill-ħtieġa jew mill-
espedjenza li jkollu d-dokument quddiemu: iżda t-
Tribunal jista’, meta jiddeċiedi fuq l-ispejjeż tal-
kawża, iqis il-produzzjoni tardiva tad-dokument; jew
2 L.S.288.02 ħ KONTROLL TAL-PREZZIJIET TAL-BINI (PROVI)
(ċ) jekk il-parti opposta, b’nota separata jew
b’annotazzjoni fil-marġini jew fit-tarf tan-nota li biha
ġie prodott id-dokument, tagħti l-kunsens tagħha;
(d) jekk jiġi pruvat li l-parti li tipproduċi d-dokument ma
kenits taf bih, jew ma setgħetx, bil-mezzi provvduti
bil-liġi, tipproduċih fiż-żmien xieraq; jew
(e) jekk id-dokument li għandu jiġi prodott ikun ktieb jew
karta oħra fl-oriġinal, li kopji tagħhom jew estratti
minnhom, dwar il-kwistjoni, kienu prodotti fiż-żmien
xieraq.
