NOTIFIKA TA’ TAĦRIKIET TAT-TRIBUNALI LOKALI ġL.S.291.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 291.01
REGOLAMENTI DWAR IN-NOTIFIKA
TA’ TAĦRIKIET TAT-TRIBUNALI LOKALI
18 ta’ Marzu, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 133 ta’ l-2004.
Titolu.
Notifika ta’ Taħrikiet tat-Tribunali Lokali.
Tifsir.
tkunx teħtieġ xort’oħra -
Kap. 291.
''att ġudizzjarju'' tfisser kull ordni bil-miktub maħruġa skond l-
Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja jew regolamenti maħruġa
taħt dan l-istess Att u tinkludi t-taħrika u t-taħrika ta’ xhud;
''dikjarazzjoni'' tfisser stqarrija magħmula mill-uffiċjal inkarigat
bit-tqassim tan-notifika, liema dikjarazzjoni trid titniżżel fuq ir-
riferta mill-istess uffiċjal skond il-formola preskritta fl-Iskeda;
Kap. 389.
''gwardjan lokali'' tfisser dawk il-persuni li għandhom il-liċenza
għaldaqshekk skond l-artikolu 14 ta’ l-Att dwar il-Gwardjani
Privati u Lokali;
''indirizz postali'' tfisser -
(i) fil-każ ta’ persuna naturali, l-indirizz fejn dik il-
persuna ġeneralment tirċievi l-posta, jew f’xi indirizz
ieħor li hi stess tkun indikat lill-uffiċjali ta’ operatur
postali; u
(ii) fil-każ ta’ korp ġuridiku li jkollu personalità ġuridika
distinta, l-aħħar indirizz reġistrat;
''l-aħħar indirizz reġistrat'' tfisser:
(i) fir-rigward ta’ persuna li isimha jidher fl-aħħar
Reġistru Elettorali, l-indirizz muri għal dik il-persuna;
u
(ii) fil-każ ta’ korp ġuridiku li jkollu personalità ġuridika
distinta,
(a) l-indirizz ta’ l-uffiċċju reġistrat li dak il-korp
ġuridiku jkun irreġistra ma’ xi korp ta’ l-istat
jew awtorità f’Malta li għandu, skond il-liġi,
ikun reġistrat bih sabiex ikun jista’ jiffunzjona,
jew
(b) f’dawk il-każijiet fejn ma hemmx obbligu ta’
reġistrazzjoni, l-indirizz ta’ l-uffiċċju prinċipali
li jkun ġie reġistrat volontarjament ma’ xi korp
jew awtorità statali;
''membru tad-dar'' tinkludi, fost oħrajn, lil kull membru tal-
familja li fiż-żmien li fih titqassam it-taħrika jkun jgħix, ukoll jekk
temporanjament, f’dak l-aħħar indirizz reġistrat jew fl-indirizz
postali;
2 L.S.291.01ħ NOTIFIKA TA’ TAĦRIKIET TAT-TRIBUNALI LOKALI
''post tan-negozju'' tfisser l-indirizz minn fejn isir il-kummerċ
prinċipali ta’ dak in-negozju, u dan jinkludi iżda ma huwiex limitat
għal, indirizz jew indirizzi minn fejn jiġi amministrat u, jew
immaniġġat in-negozju u, jew isiru l-operazzjonijiet prinċipali ta’
dak in-negozju;
''post tax-xogħol'' tfisser kull post fejn wieħed ikun jaħdem, sew
jekk bħala l-persuna li timpjega, sew jekk bħala impjegat, sew jekk
bħala persuna li tipprovdi servizz, kemm bi ħlas kemm bla ħlas;
''servizz'' tfisser kull servizz, sew jekk is-servizz jingħata fuq
bażi permanenti sew jekk jingħata fuq bażi temporanja;.
Kap. 291.
''taħrika'' tfisser ordni bil-miktub maħruġa skond l-artikolu 7(3) u
(4) ta’ l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja;
''taħrika ta’ xhud'' tfisser taħrika li permezz tagħha persuna tiġi
msejħa sabiex tagħti x-xiehda tagħha quddiem Tribunal Lokali, fil-
post u fil-ħin indikat fl-istess taħrika;
Kap. 291.
''uffiċjal'' tfisser gwardjani lokali, uffiċjali ta’ Operatur Postali,
uffiċjali tal-Pulizija, u kull entità jew persuna oħra li bis-setgħa ta’
l-Att tal-Kummissarji għall-Ġustizzja jew regolamenti oħra
maħruġin taħt dak l-istess Att tiġi fdata bin-notifika ta’ atti
ġudizzjarji;
''uffiċjali ta’ Operatur Postali'' tfisser persuni impjegati bħala
pustiera mal-Posta, u li lilhom ġie mogħti l-inkarigu tat-tqassim ta’
artikoli postali.
Notifika. 3. (1) In-notifika ta’ taħrika ssir bil-kunsinna tat-taħrika:
(a) f’kull post f’Malta jew f’Għawdex, personalment lill-
persuna li lilha għandha tiġi notifikata t-taħrika, jew
(b) fl-indirizz postali jew fl-aħħar indirizz reġistrat tal-
persuna mħarrka, jew
(ċ) fil-post tan-negozju jew fil-post tax-xogħol tal-persuna
mħarrka:
Iżda n-notifika skond il-paragrafu (b) tkun valida biss jekk
it-taħrika titħalla ma’ xi membru tal-familja jew ma’ xi membru
tad-dar, jew ma’ persuna li qiegħda tagħti servizz f’dik id-dar:
Iżda iktar in-notifika skond il-paragrafu (ċ) tkun valida biss
jekk it-taħrika titħalla ma’ persuna fis-servizz jew fl-impjieg
tagħha, jew mal-prokuratur tagħha, jew ma’ persuna awtorizzata
minnha biex tirċievi l-posta tagħha:
Iżda wkoll illi taħrika ma tistax titħalla ma’ persuna taħt l-
età ta’ erbatax-il sena u lanqas ma’ xi persuna li minħabba mard
tal-moħħ ma tkunx tista’ tagħti xiehda dwar dik in-notifika, u b’dan
ukoll li persuna titqies li tkun kapaċi tagħti xiehda sakemm ma
jiġix ippruvat il-kuntrarju.
(2) Ma tista’ titqajjem l-ebda oġġezzjoni dwar irregolarità tan-
notifika abbażi ta’ inosservanza tar-raġunijiet elenkati f’kull
proviso hawn qabel jekk jirriżulta illi t-taħrika tkun fil-fatt waslet
għand il-persuna li lilha kellha tkun notifikata.
Notifika lil persuna 
ġuridika.
4. Fil-każ ta’ korp li jkollu personalità ġuridika distinta, in-
NOTIFIKA TA’ TAĦRIKIET TAT-TRIBUNALI LOKALI ġL.S.291.01 3
notifika lil dak il-korp issir bil-kunsinna tat-taħrika:
(a) fil-post tan-negozju, jew fl-indirizz postali jew fl-
aħħar indirizz reġistrat lil kull persuna li għandha r-
rappreżentanza ġuridika ta’ dak il-korp, jew lis-
segretarju tal-kumpannija, jew lil persuna awtorizzata
bil-miktub minn dak il-korp sabiex tirċievi taħrikiet,
jew lil kull impjegat ta’ dak il-korp, jew lil kull
persuna li tkun qed tagħti servizz lil dak il-korp, jew
(b) bil-mod provdut fir-regolament 3, lil kull persuna li
għandha r-rappreżentanza ġuridika ta’ dak il-korp, jew
lis-segretarju tal-kumpannija, jew lil persuna
awtorizzata bil-miktub minn dak il-korp sabiex tirċievi
taħrikiet.
Persuni abbord 
bastimenti, eċċ.
Kap. 12.
5. Fil-każ ta’ persuni abbord vapuri, bastimenti oħra jew
inġenji ta’ l-ajru, jew persuni li jagħmlu parti mill-ekwipaġġ li ma
jkollhomx darhom f’Malta, in-notifika tista’ ssir billi t-taħrika
titħalla mas-sid jew mal-kaptan tal-vapur, tal-bastiment jew ta’ l-
inġenji ta’ l-ajru, jew f’idejn persuna oħra li tkun qed topera jew
taġixxi flokhom, jew fl-assenza tagħhom f’idejn l-aġent tal-vapur
jew bastiment ieħor kif jista’ jagħti l-każ, jew fl-assenza tagħhom u
ta’ l-aġent, f’idejn kuraturi mqabbda mill-Qorti skond artikolu 929
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Meta persuna 
tirrifjuta notifika.
6. Meta persuna li lilha tkun indirizzata taħrika, kif ukoll
meta kull persuna li hi obbligata li taċċetta dik it-taħrika, tirrifjuta
li tirċeviha personalment mingħand uffiċjal imqabbad bil-kunsinna
tan-notifika, l-uffiċjal għandu jħalli t-taħrika kemm jista’ jkun
raġonevolment viċin tal-persuna li tkun irrifjutat it-taħrika, u l-
persuna li lilha tkun ġiet indirizzata dik in-notifika għandha titqies
li tkun ġiet validament notifikata f’dik il-ġurnata u f’dak il-ħin li
din tkun ġiet rifjutata.
Meta ma tistax issir 
notifika.
7. (1)(a) Fil-każ li mat-tieni darba li jsir tentattiv sabiex
titqassam it-taħrika hekk kif stipulat fir-regolamenti 3
u 4, dan ma jkunx possibbli, l-uffiċjal inkarigat min-
notifika għandu jħalli t-taħrika fl-aħħar indirizz
reġistrat tal-persuna indikata fuq it-taħrika jew inkella
jwaħħalha ma’ l-istess bieb:
Iżda l-uffiċjal ma jistax iħalli t-taħrika fl-indirizz
l-aħħar reġistrat jew iwaħħalha mal-bieb ta’ dak l-
indirizz l-aħħar reġistrat kemm-il darba t-tieni tentattiv
ma jkunx sar l-għada ta’ l-ewwel tentattiv jew inkella
aktar tard.
(b) Barra minn hekk, l-isem u l-kunjom tal-persuna
mħarrka, in-numru tal-karta ta’ l-identità tal-persuna
mħarrka, it-Tribunal Lokali fejn ikun ser jinstema’ l-
każ, id-data u l-ħin tas-seduta, u l-kontravvenzjoni
għandhom jiġu ppubblikati, darba, fil-Gazzetta tal-
Gvern jew inkella f’gazzetta ta’ kuljum.
(ċ) Madankollu jekk l-aħħar indirizz reġistrat ma jkunx
magħruf, persuna titqies notifikata jekk siltiet mit-
taħrika jiġu ppubblikati skond il-paragrafu (b).
4 L.S.291.01ħ NOTIFIKA TA’ TAĦRIKIET TAT-TRIBUNALI LOKALI
(2) F’każ li n-notifika ssir skond is-subregolament (1)(a) u (b),
l-uffiċjal inkarigat min-notifika għandu jimla r-riferta skond kif
stipulat fir-regolament 12.
(3) Kopji tas-siltiet li jiġu ppubblikati skond il-proviso mas-
subregolament (1)(b) għandhom jiġu esibiti fit-Tribunal mill-
Prosekutur u dak il-fatt għandu jiġi reġistrat fil-proċedimenti tat-
Tribunal.
(4) Kull notifika li ssir skond is-subregolament (1) għandha,
f’kull każ, titqies li tkun saret tliet ijiem mid-data meta ġew
pubblikati l-estratti rispettivi.
Persuni preżenti 
f’Malta.
8. Ir-regolament 7 japplika wkoll f’każ illi n-notifika ma
tkunx ġiet ikkonsenjata u l-uffiċjal inkarigat minn dik in-notifika
jkun jidhirlu li xi waħda mill-persuni msemmija fir-regolament 4
tkun qegħda hawn Malta.
Notifika ta’ 
taħrikiet ta’ xhieda.
9. (1) Taħrika ta’ xhud għandha tiġi notifikata bl-istess mod
hekk kif stipulat fir-regolamenti 3 sa 5 u regolament 10:
Iżda jekk il-persuna mħarrka, kif ukoll kull persuna li hi
obbligata li taċċetta dik it-taħrika ta’ xhud għan-nom tal-persuna
mħarrka, tirrifjuta li tirċeviha personalment mingħand l-uffiċjal
imqabbad bil-kunsinna tan-notifika, l-uffiċjal għandu jħalliha
kemm jista’ jkun raġonevolment viċin tal-persuna li tkun
irrifjutatha, u dik il-persuna tista’ tiġi misjuba ħatja ta’ disprezz.
(2) L-uffiċjal inkarigat minn notifika għandu jimla r-riferta
skond ir-regolament 12.
In-notifika 
għandha ssir mill-
gwardjani lokali.
Kap. 291.
10. Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, kull notifika ta’ atti
ġudizzjarji mitluba mill-Kunsill Lokali jew ordnati mit-Tribunal
Lokali, għandha ssir minn gwardjani lokali, u, jew uffiċjali ta’
Operatur Postali, u, jew uffiċjali tal-Pulizija, u, jew kull entità jew
persuna awtorizzata għal hekk bis-saħħa ta’ l-Att dwar il-
Kummissarji għall-Ġustizzja jew regolamenti oħra:
Iżda mandati kawtelatorji u eżekuttivi jistgħu jiġu notifikati
jew eżegwiti biss minn uffiċjali tal-Qorti jew uffiċjali tal-Pulizija.
Ħinijiet tan-
notifiki.
11. Att ġudizzjarju jista’ jiġi notifikat jew eżegwit mit-Tnejn
sas-Sibt, iż-żewġ ġranet inklużi, mhux qabel is-sebgħa ta’ filgħodu
u mhux wara s-sebgħa ta’ filgħaxija, esklużi l-btajjel pubbliċi:
Madanakollu meta l-urġenza tal-każ ma tkunx tippermetti
mod ieħor, il-Kummissarju jista’ jordna li n-notifika ssir f’kull
ġurnata jew ħin li hu jħoss opportun.
Persuni awtorizzati 
biex jinnotifikaw.
12. (1) Il-Ministru jista’ jappunta persuni awtorizzati biex
jinnotifikaw għall-fini ta’ xogħol meħtieġ in konnessjoni mat-
tqassim ta’ taħrikiet u, jew atti ġudizzjarji oħra. Il-parametri li
għandha topera fihom persuna awtorizzata biex tinnotifika huma
dawk stipulati fl-ittra ta’ awtorizzazzjoni li tappuntaha biex iservi
ta’ persuna awtorizzata biex tinnotifika.
(2) Il-Ministru għandu jivverifika li l-persuna li se tiġi
appuntata bħala persuna awtorizzata biex tinnotifika kif ukoll kull
uffiċjal li huwa impjegat tal-persuna awtorizzata biex tinnotifika u
NOTIFIKA TA’ TAĦRIKIET TAT-TRIBUNALI LOKALI ġL.S.291.01 5
li għandu taħt idejh l-operat tas-servizzi huwa persuna li:
(a) ma tkunx instabet ħatja f’Malta jew x’imkien ieħor ta’
xi delitt ta’ omiċidju volontarju jew ta’ offiża gravi fuq
il-persuna jew ta’ xi delitt kontra l-proprjetà aggravat
bl-ammont li jeċċedi l-elf lira jew bil-vjolenza jew ta’
xi delitt kontra l-fiduja pubblika jew ta’ xi delitt gravi
ieħor; jew
(b) ma tkunx iddikjarata falluta, u l-qagħda finanzjarja
tagħha ma tkunx prekarja jew xort’oħra tagħmel lill-
applikant mhux adatt; jew
(ċ) ma tkunx tkeċċiet mill-Pulizija jew mill-Forzi Armati
jew mis-Servizzi tal-Ħabs minħabba xi reat jew xi
nuqqas ieħor fl-imġieba; jew
(d) ma tkunx uffiċjal pubbliku ħlief uffiċjal li jkun
jappartjeni għal grad jew kategorija kif jista’ jiġi
preskritt mill-Ministru, jew membru tal-Pulizija, jew
tal-Forzi Armati, jew 
(e) ma tkunx instabet f’Malta jew xi mkien ieħor ħatja ta’
xi delitt kontra l-persuna jew kontra l-proprjetà u l-
applikazzjoni ssir fi żmien ħames snin minn meta jsir
id-delitt.
(3) L-ebda persuna ma tista’ topera, taħdem jew toffri s-
servizzi tagħha bħala persuna awtorizzata biex tinnotifika, kemm-il
darba tali persuna ma tkunx awtorizzata skond dawn ir-
regolamenti. Ebda persuna ma tista’ timpjega, tħaddem jew
tippermetti l-użu ta’ servizzi ta’ persuna awtorizzata biex
tinnotifika kemm-il darba dak is-servizz ma jkunx provdut minn
persuna awtorizzata biex tinnotifika kwalifikata.
(4) M’huwiex permess illi wieħed jopera, iħaddem jew joffri s-
servizzi ta’ persuna awtorizzata biex tinnotifika kemm-il darba
dawk is-servizzi ma jkunux provduti minn persuna awtorizzata biex
tinnotifika awtorizzat skond dawn ir-regolamenti.
Riferta ta’ notifika.
r-riferta u jniżżel l-isem u l-kunjom tal-persuna li tkun ġiet
notifikata, u jekk il-persuna notifikata ma tkunx dik li tidher fuq it-
taħrika, l-uffiċjal għandu jniżżel isem u kunjom il-persuna ma’ min
tkun tħalliet it-taħrika. L-uffiċjal għandu wkoll iniżżel il-post fejn
tkun saret in-notifika flimkien mad-data u l-ħin ta’ meta tkun saret
in-notifika:
Iżda jekk persuna tirrifjuta li taċċetta t-taħrika skond ir-
regolament 4, l-uffiċjal għandu jniżżel ukoll dan il-fatt u ċ-
ċirkostanzi li wasslu għal dak ir-rifjut fuq ir-riferta:
Iżda jekk in-notifika ssir skond ir-regolament 7(1)(b) huwa
biżżejjed jekk, fuq ir-riferta, l-uffiċjal jikkonferma l-post, id-data u
l-ħin li fihom hu pprova jinnotifika lill-persuna:
Iżda wkoll jekk att ġudizzjarju jiġi notifikat, f’każ ta’
persuna f’xi wieħed mill-postijiet imsemmija fir-regolament 3(b) u,
fir-rigward ta’ persuna ġuridika f’wieħed mill-postijiet elenkati fir-
regolament 4(a) jew (b), il-persuna li lilha tkun mogħtija t-taħrika
6 L.S.291.01ħ NOTIFIKA TA’ TAĦRIKIET TAT-TRIBUNALI LOKALI
tirrifjuta li tidentifika lilha nnifisha u l-uffiċjal inkarigat minn
notifika jkun konvint li l-persuna li rrifjutat li tidentifika lilha
nnifisha la hija taħt l-età ta’ erbatax-il sena u lanqas ma tbati minn
mard tal-moħħ, ikun biżżejjed jekk, fuq ir-riferta l-uffiċjal iniżżel
il-fatti, id-data, il-ħin u l-post fejn tkun saret in-notifika. Iżda
għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, notifika skond ir-regolament
4(b) għandha tkun limitata għall-proċedura stipulata fir-regolament
3(b).
L-uffiċjal inkarigat minn notifika jista’ jniżżel dettalji oħra
relevanti fuq ir-riferta.
L-uffiċjal inkarigat 
min-notifika.
14. L-uffiċjal inkarigat minn notifika ghandu jimla’ r-riferta
skond il-formula li hemm fl-Iskeda.
Ir-riferta hi prova 
fiha nnifisha.
15. Ir-riferta għandha titqies bħala prova fiha nnifisha sakemm
ma jiġix ippruvat bil-kontra minn xi parti involuta fil-proċess u l-
Kummissarju jkun sodisfatt li prima facie il-prova miġjuba kontra
r-riferta hija ġustifikata.
Dawn ir-
regolamenti 
mhumiex 
inkonsistenti ma’ 
liġijiet oħra.
Kap. 291.
Kap. 9.
16. Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, l-ebda regolament
ma għandu jitqies li huwa inkonsistenti jew imur kontra dak li hu
provdut fl-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja jew il-Kodiċi
Kriminali.
NOTIFIKA TA’ TAĦRIKIET TAT-TRIBUNALI LOKALI ġL.S.291.01 7
SKEDA
QUDDIEM
Data: 05/Feb/2004 Seduta Mosta 17/Mar/2004 16.30 Kontrav Nru: 901-98177-9 Nru 9434
Taħrika 2
Innotifika lil: Mario Farrugia, Fredlin, 151 Triq Ħamri, Naxxar.
Jiena, .........................................................................., hawn taħt iffirmat, nikkonferma illi
dan ta’ hawn fuq huwa korrett.
Firma ta’ l-Uffiċjal_......................................... Data.................................
WARA
Peress illi ma rrisponda ħadd, jien ħallejt it-taħrika/waħħalt it-taħrika mal-bieb, fl-aħħar
indirizz reġistrat, u ċjoè .................................................................................................., nhar
.................... data_............................ fi ..................... ħin_........................
_
Għalkemm it-taħrika ġiet rifjutata jien ħallejtha fl-indirizz indikat fuq it-taħrika/................,
nhar .................................. data_........................ fi ................... ħin ..................
Rimarki Oħra .........................................................................
Jiena, ....................................................., hawn taħt iffirmat, nikkonferma illi dan ta’ hawn
fuq huwa korrett.
Firma ta’ l-Uffiċjal_....................................... Data ................................
MQASSMA
Isem u Kunjom tar-riċevitur
Data u Ħin
Post fejn Tqassmet (jekk differenti milli jidher fuq)
MA RRISPONDA ĦADD
1. Data u Ħin
1. Post
2. Data u Ħin
2. Post
IRRIFJUTATA
Data u Ħin
Post
