LOTTERIJI TAL-GVERN (SUPER FIVE) ġ L.S.292.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 292.01
REGOLAMENTI DWAR IL-LOTTERIJI TAL-GVERN 
(SUPER FIVE)
18 ta’ Jannar, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 2 ta’ l-1990, kif emendat bl-Avviżi Legali 37 u 127 ta’
l-1990, 63 ta’ l-1991, 37 ta’ l-1998, u 62 u 92 ta’ l-2001.
Titolu.
Lotteriji tal-Gvern (Super Five).
Tifsir.
Emendat:
A.L. 37 ta’ l-1998;
A.L. 62 ta’ l-2001.
2. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"aġent" tfisser persuna awtorizzata mid-Direttur li taċċetta u
tivvalida l-biljetti għan-nom tal-ġugatur sabiex tibgħathom lid-
Dipartiment għad-dħul fi tlugħ partikolari;
"perijodu għal talbiet ta’ rebħ" tfisser il-perijodu wara t-tlugħ li
fih il-ġugatur li jkollu biljett rebbieħ jista’ jitlob il-premju;
"Dipartiment" tfisser id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku;
"Direttur" tfisser id-Direttur tal-Lottu Pubbliku u sal-limitu ta’ l-
awtorità  mogħtija, tinkludi kull uffiċjal tad-Dipartiment awtorizzat
mid-Direttur għal hekk għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dawn ir-
regolamenti;
"tlugħ" tfisser l-estrazzjoni bix-xorti b’mezzi fiżiċi, mekkaniċi
jew elettroniċi, ta’ ħames numri minn wieħed (1) sa tnejn u erbgħin
(42) li jintitolaw lill-ġugatur tal-biljett li fuqu jkollu tliet, erba’ jew
ħames numri korrispondenti hekk imtella’, għall-premju dovut;
"logħba" tfisser il-Lotterija tas-Super Five, minn tnejn u erbgħin
numru;
"numru tal-makna" tfisser in-numru tat-terminal tal-computer
tal-post tal-bejgħ;
"il-computer prinċipali" tfisser is-sistema tal-computer sitwata
fid-Dipartiment jew f’lokalità  oħra kif indikata mid-Direttur, u li
fuqha kull informazzjoni dwar biljetti li jkunu qegħdin jieħdu
sehem fi tlugħ tinqara’ u tinħażen u tkun tista’ hekk tinġabar għal
aktar proċessar tat-tlugħ;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi u
tinkludi, sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull persuna awtorizzata
mill-Ministru għal hekk għal xi wieħed mill-ghanijiet ta’ dawn ir-
regolamenti;
"post tal-bejgħ" tfisser kull banka jew kull fergħa jew taqsima
tad-Dipartiment jew il-post tan-negozju ta’ aġent awtorizzat li
fihom jistgħu jinbiegħu biljetti għat-tlugħ;
"ġugatur" tfisser il-persuna li jkollha biljett validu maħruġ
permezz ta’ terminal;
"terminal" tfisser id-data capture machine sitwata f’post tal-
bejgħ jew banka minn fejn ikun jista’ jsir bejgħ awtorizzat;
2 L.S.292.01 ħ LOTTERIJI TAL-GVERN (SUPER FIVE)
"biljett" tfisser il-biljett stampat minn terminal u li fuqu jkun
hemm din l-informazzjoni li ġejja:
(a) numru tat-tlugħ speċifiku għal tlugħ f’ġimgħa
partikolari;
(b) in-numru tal-makna jew in-numru ta’ l-aġent tat-
terminal tal-post tal-bejgħ rilevanti;
(ċ) in-numru tar-reġistrazzjoni tal-biljett;
(d) il-ġugata mħallsa; u
(e) ħames numri differenti minn wieħed (1) sa tnejn u
erbgħin (42) kif magħżulin mill-ġugatur.
Jum, ħin u 
enumerar tat-tlugħ.
Emendat:
A.L. 63 ta’ l-1991.
3. (1) It-tlugħ tal-logħba għandu jsir kull nhar ta’ Erbgħa fis-
7.00 p.m., jew kemm jista’ jkun kmieni wara dak il-hin, f’dak il-
post li l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jindika:
Iżda meta l-jum tat-tlugħ jaħbat btala pubblika, it-tlugħ
għal dik il-ġimgħa partikolari għandu jsir fil-jum ta’ qabel u jekk
dak il-jum ikun ukoll btala pubblika, it-tlugħ imbagħad isir l-ewwel
Ħamis ta’ wara.
(2) Kull tlugħ għandu jkun identifikat b’numru progressiv.
Kif isir it-tlugħ.
Emendat:
A.L. 37 ta’ l-1998;
A.L. 62 ta’ l-2001.
4. L-għan ta’ ġugatur huwa li jagħżel ħames numri differenti
minn wieħed (1) sa tnejn u erbgħin (42). Isir rebħ meta jew tlieta,
jew erbgħa, jew ħamsa mill-ħames numri magħżulin minn qabel
mill-ġugatur ikunu jikkorrispondu ma’ tlieta jew erbgħa jew ħamsa
mill-ħames numri rebbieħa li jitilgħu fi tlugħ partikolari.
Kondizzjonijiet. 5. (1) Dawn ir-regolamenti u kondizzjonijiet għandhom
japplikaw għal u jkunu jorbtu lill-ġugaturi kollha malli jsir il-ħlas
tal-ġugata relattiva.
(2) Kopja ta’ dawn ir-regolamenti għandha tkun disponibbli
għall-wiri lill-pubbliku fid-Dipartiment u fil-post tan-negozju ta’ l-
aġenti kollha.
Biljetti u ġugati.
Emendat:
A.L. 37 ta’ l-1998.
6. (1) Il-prezz ta’ kull ġugata ikun ta’ 50 ċenteżmu u għandu
jinħareġ biljett għal kull ġugata. 
(2) Ġugatur wieħed jista’ jagħmel numru bla limitu ta’ ġugati
f’xi żmien wieħed dwar tlugħ partikolari.
(3) Biljett għandu jkollu reġistrati fuqu ħames numri minn
wieħed (1) sa disgħa u tletin (39).
(4) Meta ġugatur jircievi biljett, dan ikun jikkostitwixxi
għarfien illi n-numri miktubin fuqu jkunu dawk magħżulin mill-
ġugatur innifsu. Hija r-responsabbiltà  tal-ġugatur li jassigura li n-
numri stampati fuq il-biljett ikunu korretti qabel ma joħroġ mill-
post tal-bejgħ.
(5) Ġugatur jipparteċipa fit-tlugħ biss meta l-informazzjoni
rilevanti dwar il-ġugata tiegħu tiġi depożitata fid-Dipartiment mill-
aġent awtorizzat, u wara li din tkun iddaħħlet fil-computer
prinċipali. Jekk, għal xi raġuni tkun li tkun, dik l-informazzjoni ma
tasalx u ma tiddaħħalx fil-computer prinċipali fid-Dipartiment, il-
ġugati li jkollhom x’jaqsmu jiġu invalidati awtomatikament u l-
ġugatur ikollu jedd biss għal rimborż ekwivalenti għall-ammont
LOTTERIJI TAL-GVERN (SUPER FIVE) ġ L.S.292.01 3
milgħub u dan wara li jippreżenta l-biljetti rilevanti.
Aġent jitqies bħala 
aġent tal-ġugatur.
Emendat:
A.L. 37 ta’ l-1990.
7. (1) Minkejja kull ħaġa li hawn f’dawn ir-regolamenti jew
f’xi liġi oħra, l-aġent għandu jitqies li jkun biss l-aġent tal-ġugatur
għall-iskop li jibgħat informazzjoni dwar il-ġugati biex din
tinħażen f’data capturing machines fid-Dipartiment, jew għall-
iskop li jivvalida informazzjoni dwar ġugati waqt li jgħin ġugatur
biex jieħu sehem fit-tlugħ; u l-aġent ma jkunx qiegħed għal dawn l-
iskopijiet, jaġixxi bħala aġent tad-Dipartiment.
(2) Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jispeċifika rati ta’
kummissjoni differenti li jitħallsu lill-aġenti mid-Dipartiment dwar
il-bejgħ u dwar it-tisrif tal-biljetti rebbieħa.
(3) Il-biljetti li jieħdu sehem fit-tlugħ għandhom ikunu dawk
biss maħżuna fil-computer prinċipali fid-Dipartiment.
(4) Jekk il-partikolaritajiet tal-biljett fil-pussess tal-ġugatur
ma jkunux b’xi mod jaqblu ma’ dawk reġistrati fil-computer
prinċipali, il-ġugatur ikun marbut b’dak li jiġi determinat dwar il-
premju mid-Dipartiment kif kalkolat fuq il-partikolaritajiet
reġistrati fuq il-mezz ta’ ħażna tal-computer prinċipali.
(5) Biljett li jkun ġie reġistrat bħala null fuq id-data capturing
media tal-computer prinċipali għandu jitqies bħala null u bla ebda
validità  jekk issir talba għal premju, u l-ġugatur ma jkollux każ
kontra d-Dipartiment u, jew, l-aġent, sew jekk dik ir-reġistrazzjoni
ta’ nullità  tkun attribwibbli għall-ġugatur, sew għal xi ħaġa li tkun
marret ħażin fis-sistema tal-computer, jew minħabba fi żball ta’ l-
operatur u, jew, ta’ l-aġent.
Allokazjoni ta’ 
bejgħ, inkluż Fond 
ta’ Premjijiet.
Emendat:
A.L. 37 ta’ l-1990;
A.L. 127 ta’ l-
1990;
A.L. 63 ta’ l-1991;
A.L. 37 ta’ l-1998;
A.L. 62 ta’ l-2001;
A.L. 92 ta’ l-2001.
8. (1) Mill-ammont totali ta’ bejgħ li jsir dwar kull logħba,
għaxra fil-mija (10%) ta’ dak l-ammont għandhom jiġu allokati
għall-kummissjonijiet li jingħataw lill-aġenti u s-sussidji li jistgħu
jiġu allokati għall-attivitajiet sportivi jew dawk l-attivitajiet li l-
Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi. Ħamsa u
erbgħin fil-mija (45%) tal-bejgħ totali jiġu allokati u mħallsa mid-
Dipartiment għal fond ta’ premjijiet, u l-fond ta’ premjijiet
jitqassam kif ġej:
Taqsima 1 - Ħamsa u tletin fil-mija (35%) tal-fond tal-
premjijiet;
Taqsima 2 - Tletin fil-mija (30%) tal-fond tal-
premjijiet;
Taqsima 3 - Ħamsa u tletin fil-mija (35%) tal-fond tal-
premjijiet:
Iżda l-Ministru jista’ jawtorizza premju ogħla għat-
Taqsima 1 għar-rigward tat-tlugħ li jkun imiss minnufih wara,
liema premju għandu jitħallas jekk jiġri li l-premju attwali tat-
Taqsima 1 miġmugħ sad-data ta’ dak it-tlugħ ikun inqas minn dak
awtorizzat mill-Ministru.
(2) It-tliet taqsimiet ta’ rebħ ta’ premju f’kull logħba
għandhom jiġu allokati kif ġej:
Taqsima 1 - bħala dividend għal biljetti li jkollhom
ħames numri rebbieħa f’xi logħba waħda;
Taqsima 2 - bħala dividend għal biljetti li jkollhom
4 L.S.292.01 ħ LOTTERIJI TAL-GVERN (SUPER FIVE)
erba’ numri rebbieħa f’xi logħba waħda;
Taqsima 3 - bħala dividend għal biljetti li jkollhom
tliet numri rebbieħa f’xi logħba waħda:
Iżda l-anqas ħlas lil rebbieħ ta’ Taqsima 3 ma għandux
ikun ta’ anqas minn għaxar liri (Lm10):
Iżda ukoll meta ħamsa u tletin fil-mija (35%) tal-fond tal-
premjijiet allokati għal Taqsima 1 ikunu mgħoddija fuq Taqsima 3
skond il-proviso li jirregola l-premju massimu li jitħallas fuq
Taqsima 1, il-premju fuq Taqsima 3 ma għandu qatt ikun anqas
minn għoxrin lira (Lm20).
(3) Ir-rebbieħa tat-Taqsima 1 ma jistgħux jitolbu dividendi tat-
Taqsima 2 jew Taqsima 3, u r-rebbieħa tat-Taqsima 2 ma jistgħux
jitolbu dividendi tat-Taqsima 3.
(4) Jekk f’xi Taqsima jkun hemm aktar minn biljett wieħed
rebbieħ, il-flus tal-premju allokat għal dik it-Taqsima għandhom
jinqasmu ndaqs skond in-numru ta’ biljetti rebbieħa f’dik it-
Taqsima.
(5) Id-Dipartiment jista’ joħroġ l-isem u l-lokalità  residenzjali
tar-rebbieħa tal-premju tat-Taqsima 1 f’kull logħba kemm-il darba
l-ġugatur ma jagħtix istruzzjonijiet xort’oħra lid-Direttur.
(6) Jekk f’xi tlugħ ma jkunx hemm ebda rebbieħ tal-premju
tat-Taqsima 1 jiġri li l-fond totali tal-premju ta’ dik it-Taqsima
f’dak it-tlugħ għandu jiżdied mal-fond tal-premju ta’ l-istess
Taqsima tal-logħba li jkun imiss sew sew wara dak it-tlugħ:
Iżda meta fi tlugħ partikolari l-premju tat-Taqsima 1 ikun
jaqbeż l-ammont ta’ mitejn elf lira (Lm200,000) u f’dak it-tlugħ
partikolari ma jkun hemm ebda rebbieħ tal-premju ta’ dik it-
Taqsima, għaldaqstant jiġri li l-fond totali ta’ dik it-Taqsima fit-
tlugħ ta’ wara ma jiżdiedx aktar, u l-fond tal-premjijiet tal-logħba li
jkun imiss sewwa sew wara dak it-tlugħ u ta’ kull logħba oħra li
tiġi wara sakemm il-premju tat-Taqsima 1 jibqa’ ma jintrebaħx,
għandu jitqassam kif ġej:
Taqsima 1 - Xejn fil-mija (0%) tal-fond tal-premjijiet,
b’mod li l-premju tat-Taqsima 1 jibqa’ l-ammont tat-
tlugħ ta’ qabel meta dan il-premju ikun għadu kemm
qabeż l-ammont ta’ mitejn elf lira (Lm200,000);
Taqsima 2 - Tletin fil-mija (30%) tal-fond tal-
premjijiet;
Taqsima 3 - Sebgħin fil-mija (70%) tal-fond tal-
premjijiet.
(7) Jekk f’xi tlugħ ma jkunx hemm rebbieħa tat-Taqsima 2,
jiġri li l-fond tal-premju tat-Taqsima 2 ta’ dak it-tlugħ jiżdied mal-
fond tal-premju tat-Taqsima 3 u jinqasam indaqs bejn ir-rebbieħa
kollha tal-premju tat-Taqsima 3 ta’ dak it-tlugħ.
(8) Jekk f’xi tlugħ ma jkunx hemm rebbieħ tat-Taqsima 3 jiġri
li l-fond tal-premju tat-Taqsima 3 ta’ dak it-tlugħ jiżdied mal-fond
tal-premju tat-Taqsima 2 u jinqasam indaqs bejn ir-rebbieħa kollha
tal-premju tat-Taqsima 2 ta’ dak it-tlugħ.
LOTTERIJI TAL-GVERN (SUPER FIVE) ġ L.S.292.01 5
(9) Jekk f’xi tlugħ partikolari la jkun hemm rebbieħa tal-
premju tat-Taqsima 2 u l-anqas tat-Taqsima 3, il-fondi tal-
premjijiet jiġu trasferiti għall-fondi tal-premjijiet rispettivi tal-
logħba li tkun tmiss sew sew wara.
Flus ta’ premju.
fi żmien tletin ġurnata konsekuttivi mid-data tat-tlugħ rispettiv,
iżda jekk l-aħħar jum għal talbiet ta’ rebħ taħbat nhar ta’ Sibt, nhar
ta’ Ħadd jew btala pubblika, il-perijodu għal talbiet ta’ rebħ għandu
jittawwal għall-ewwel jum tax-xogħol li jaħbat wara.
(2) Ir-rebbieħa tal-premjijiet tat-Taqsima 1 għandhom
jippreżentaw il-biljetti rebbieħa tagħhom fid-Dipartiment fil-
perijodu preskritt u waqt il-ħinijiet indikati mill-Ministru minn
żmien għal żmien.
(3) Ebda flus ta’ premju ma jitħallsu kemm-il darba ma jiġix
preżentat il-biljett rebbieħ rilevanti.
(4) Kemm-il darba ma jintalabx xort’oħra mill-Ministru jew
minn min jippreżenta l-biljett rebbieħ, il-flus tal-premju għandhom
jitħallsu lil min jippreżenta l-biljett rebbieħ. Il-ħlas li jsir ta’ xi
premju li jintrebaħ minn ġugatur permezz ta’ dak il-biljett għandu
jitqies bħala twettieq sħiħ mid-Dipartiment ta’ l-obbligazzjonijiet
tiegħu.
(5) Il-Ministru jista’ jawtorizza l-ħlas tal-flus ta’ premju lir-
rebbieħa wara li jiskadi l-perijodu għal talbiet ta’ rebħ jekk fid-
diskrezzjoni assoluta tiegħu ikun jidhirlu li ċ-ċirkostanzi jkunu
jiġġustifikaw dak il-ħlas.
Ħlas ta’ premjijiet.
b’ċekk jew skond kif id-Direttur jista’ jordna minn żmien għal
żmien.
(2) Il-ħlas ta’ premjijiet tat-Taqsima 2 u tat-Taqsima 3 jista’
jsir minn postijiet tal-bejgħ awtorizzati fi flus likwidi jew b’ċekk
maħruġ fuq isem l-aġent jew fuq isem persuni oħra hekk
awtorizzati mid-Dipartiment.
Avviż tar-riżultati 
u talbiet għal 
premjijiet.
11. (1) Id-Direttur għandu jippubblika ir-riżultati ta’ kull
logħba malajr kemm jista’ jkun wara kull tlugħ. Ir-riżultati
pubblikati għandhom jinkludu:
(a) in-numri li jkunu telgħu;
(b) l-ammont tal-Fond ta' Premjijiet allokat għal kull
Taqsima;
(ċ) il-valur ta' kull premju fit-Taqsima 1, Taqsima 2 u
Taqsima 3.
(2) Ġugaturi li jidhrilhom li jkunu intitolati għal premju fit-
Taqsima 1, Taqsima 2 jew Taqsima 3 u li, meta japplikaw f’post
tal-bejgħ li jkun mgħammar b’terminal, ma jiksbux konferma li l-
biljett ikun rebbieħ ta’ dak il-premju, għandhom jippreżentaw it-
talba tagħhom ta’ rebħ lid-Direttur matul il-perijodu għal talbiet ta’
rebħ flimkien mal-biljett tal-ġugatur.
(3) Premjijiet mirbuħa fuq biljett rebbieħ depożitat fid-
Dipartiment iżda li għal xi raġuni jkunu baqgħu ma ntalbux egħluq
tliet xhur kalendarji li jiġu wara id-data tat-tlugħ relattiv, jintilfu.
6 L.S.292.01 ħ LOTTERIJI TAL-GVERN (SUPER FIVE)
(4) Id-detentur ta’ biljett rebbieħ ma jkollux jedd għall-flus
tal-premju:
(a) jekk il-biljett ma jkunx sħiħ, jew ikun fih xi tibdil jew
korrezzjoni fin-numri reġistrati fuqu; jew
(b) jekk ma jkunx jaqbel fl-aspetti kollha ma’ dak li jkun
reġistrat u maħżun fil-computer prinċipali:
Iżda, meta l-biljett rebbieħ ma jkunx sħiħ, il-Ministru jista’
fid-diskrezzjoni tiegħu jawtorizza l-ħlas tal-flus tal-premju jekk
ikun sodisfatt li l-parti prodotta ikun fiha l-elementi meħtieġa biex
tiġi stabbilita l-awtentiċità  tal-biljett jew li l-partijiet prodotti jkunu
partijiet ta’ l-istess biljett u jkollhom dawk l-elementi.
(5) Id-dokumentazzjoni tad-Dipartiment għal dak li hu ħlas ta’
premju dwar biljett għandha tkun konklużiva.
(6) Ebda premju ma jġorr imgħax kontra d-Dipartiment.
(7) Id-Direttur għandu jistabbilixxi l-jum u l-ħin sa meta
jistgħu jinxtraw biljetti f’post tan-negozju ta’ aġent għal xi tlugħ
partikolari. Din l-informazzjoni għandha tintwera b’mod
prominenti f’dak il-post tan-negozju.
Ħatra ta’ aġenti. 12. (1) Id-Direttur jista’ jirċievi applikazzjonijiet f’dik l-
għamla li jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi mingħand
persuni li jkunu jixtiequ jinħatru bħala aġenti bil-għan li jbiegħu
biljetti fil-logħba mmexxija mid-Dipartiment.
(2) Id-Direttur għandu jikkonsidra dawk l-applikazzjonijiet u
jista jaċċetta jew jirrifjuta dawk l-applikazzjonijiet mingħajr l-
obbligu li jagħti xi raġuni għal dan.
Dmirijiet ta’ l-
aġent.
13. Persuna li tinħatar biex tagħmilha ta’ aġent għandha -
(a) tiffirma dak il-ftehim li d-Dipartiment jista’ jispeċifika
minn żmien għal żmien;
(b) tħares dawk id-direttivi u ħtiġiet, kemm jekk verbali
jew bil-miktub, maħruġin mid-Direttur b’riferenza
għat-tmexxija tan-negozju, is-siegħat tax-xogħol u l-
ġranet tan-negozju ta’ l-aġent, u b’riferenza għall-
bejgħ u r-ritorn tal-biljetti tal-logħba, jew l-
operazzjoni jew il-metodu ta’ operazzjoni tat-
terminals li jkunu mqiegħda fil-postijiet tal-bejgħ ta’ l-
aġent, u l-provdiment ta’ dawk id-dettalji jew data u r-
ritorn ta’ informazzjoni u flus li jkunu meħtieġa mid-
Dipartiment minn żmien għal żmien.
Termini tal-ħatra. 14. (1) Persuna li tinħatar biex tagħmilha ta’ aġent tista’,
minkejja id-disposizzjonijiet ta’ xi ftehim, ikollha l-ħatra tagħha
mitmuma jekk:
(a) il-formola ta’ l-applikazzjoni mibgħuta mill-aġent
wara tinstab mid-Direttur li ma tkunx mimlija b’mod
korrett jew adegwat;
(b) l-aġent jiġi akkużat b’xi reat jew ikun, fil-fehma tad-
Direttur, imexxi lilu nnifsu f’manjiera li d-Direttur
jistabbilixxi li tkun ta’ ħsara għall-aħjar interessi tad-
Dipartiment tiegħu;
LOTTERIJI TAL-GVERN (SUPER FIVE) ġ L.S.292.01 7
(ċ) l-aġent jonqos fil-qadi jew osservanza ta’ l-
obbligazzjonijiet tiegħu skond dawn ir-regolamenti
jew taħt xi ftehim bil-miktub li jkun jeżisti minn żmien
għal żmien bejn l-aġent u d-Dipartiment.
(2) Il-ħatra ta’ aġent għandha tkun fuq dawk il-patti li d-
Direttur jista’ fid-diskrezzjoni assoluta tiegħu jistabbilixxi, u dik il-
ħatra għandha tkun personali għall-aġent maħtur u ma tkunx
suġġetta għal trasferiment jew ċessjoni, jew disposizzjoni oħra
mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tad-Direttur.
(4) Id-Direttur, għar-rigward ta’ xi aġent li s-servizzi tiegħu
jista’ jtemm, jista’ jissospendi lil dak l-aġent mingħajr ma jtemm
dik il-ħatra għal dak il-perijodu jew perijodi u fuq dawk il-patti u l-
kondizzjonijet li d-Direttur jista’ jistabbilixxi.
