LOTTERIJI TAL-GVERN (LOTTERIJA L-KBIRA) ġ L.S.292.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 292.02
REGOLAMENTI DWAR IL-LOTTERIJI TAL-GVERN 
(LOTTERIJA L-KBIRA)
1 ta’ Lulju, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 96 ta’ l-1991, kif emendat bl-Avviżi Legali 3, 21, 46 u
54 ta’ l-1992, 99 ta’ l-1993, 54 ta’ l-1996 u 134 ta’ l-2000.
Titolu.
Lotteriji tal-Gvern (Lotterija l-Kbira).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"Bord" tfisser il-Bord maħtur taħt ir-regolament 10;
"Direttur" tfisser id-Direttur tal-Lottu Pubbliku u sal-limitu ta’ l-
awtorità  mogħtija, tinkludi kull uffiċjal tad-Dipartiment awtorizzat
mid-Direttur għal hekk għal kull wieħed mill-għanijiet ta’ dawn ir-
regolamenti;
"tlugħ" tfisser l-estrazzjoni bix-xorti, b’mezzi fiżiċi jew
mekkaniċi, ta’ dik l-ittra u, jew, numri li tagħti l-jedd lill-ġugatur li
jkollu biljett li jġib l-ittra u, jew, in-numru korrispondenti hekk
imtella’ għall-premju dovut;
"Ministru" tinkludi, sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull
persuna awtorizzata mill-Ministru għal hekk għal kull wieħed mill-
għanijiet ta’ dawn ir-regolamenti;
"uffiċjal pubbliku" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bil-
Kostituzzjoni.
Lotterija l-Kbira.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1992;
A.L. 99 ta’ l-1993.
3. (1) Għandu jsir tlugħ ta’ lotterija, li tkun magħrufa bħala l-
Lotterija l-Kbira, kif jiġi ordnat mill-Ministru, f’xi Ħadd ta’ kull
xahar ta’ Frar, April, Ġunju, Awissu, Ottubru u Diċembru
f’nofsinhar, jew kemm jista’ jkun malajr wara, u f’dak il-post li l-
Ministru jista’ minn żmien għal żmien jordna. Il-premjijiet għal
dan it-tlugħ tal-lotterija jkunu dawk murija fil-paragrafu A ta’ l-
Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti:
Iżda l-Ministru jista’ b’avviż jordna li l-Lotterija Ewropea
organizzata mill-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Lotteriji u Lottu Statali
tiġi abbinata ma’ waħda mill-Lotteriji l-Kbar ta’ Malta u li l-
premjijiet għal dik il-Lotterija Ewropea għandhom ikunu dawk
stabbiliti fil-paragrafu B ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
regolamenti.
(2) Kull biljett fil-Lotterija l-Kbira jkun intitolat għal premju
wieħed biss ta’ dik il-Lotterija. Madankollu, biljetti rebbieħa ta’
premju f’Lotterija Kbira li magħha Lotterija Ewropea tkun abbinata
jipparteċipa wkoll fit-tlugħ ta’ dik il-Lotterija Ewropea abbinata.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolamenti (1) u (2),
l-Ministru jista’, b’avviż pubblikat fil-Gazzetta, jżid in-numru u,
jew, il-valur tal-premjijiet jew jibdel il-jum, il-ħin u l-post ta’ xi
tlugħ partikolari.
2 L.S.292.02 ħ LOTTERIJI TAL-GVERN (LOTTERIJA L-KBIRA)
Proċedura tat-
tlugħ.
Sostitwit:
A.L. 46 ta’ l-1992.
4. It-tlugħ tal-Lotterija l-Kbira għandu jitmexxa mill-Bord.
It-tlugħ tal-Lotterija Ewropea għandu jitmexxa mill-organizzaturi
tal-Lotterija Ewropea.
Biljetti li 
jipparteċipaw.
Emendat:
A.L. 21 ta’ l-1992;
A.L. 46 ta’ l-1992;
A.L. 54 ta’ l-1992.
5. (1) Il-Biljetti kollha għandhom jiġu enumerati minn 00000
sa 99999.
(2) Għandhom jiġu offerti għall-bejgħ għal-Lotterija l-Kbira
żewġ sets ta’ biljetti enumerati A.00000 sa A.99999 u B.00000 sa
B.99999.
(3) Il-biljetti kollha li jiġu offerti għall-bejgħ, sew jekk
jinbiegħu jew le, għandhom jipparteċipaw f’Lotterija Kbira u kull
premju mirbuħ minn biljetti mhux mibjugħin għandu jintilef, barra
l-ewwel premju, li dwar dan l-ewwel premju biss, għandhom isiru
kull tlugħ ieħor kif meħtieġ f’dik id-data u f’dak il-ħin li d-Direttur
jiddeċiedi sakemm jiġi żgurat illi l-ewwel premju tal-Lotterija l-
Kbira ġie allokat lil biljett mibjugħ.
Żmien għall-bejgħ 
ta’ biljetti.
6. Il-bejgħ kollu ta’ biljetti għandu jieqaf f’ħin u data qabel
il-ħin tat-tlugħ li jiġu avżati mill-Ministru fil-Gazzetta.
Prezz ta’ biljetti. 7. (1) Il-biljetti għandhom jinxtraw mingħand id-Direttur u l-
ħlas tagħhom isir max-xiri.
(2) Il-prezz ta’ biljetti tal-Lotterija l-Kbira jkun ta’ġ żewġ liri
(Lm2). Iżda l-bejjiegħa u l-aġenti għandhom iħallsu lid-Direttur
lira u tmenin ċenteżmu (Lm 1.80c) għal kull biljett tal-Lotterija l-
Kbira. Id-Direttur għandu jagħti lura flus permezz ta’ nota ta’
kreditu għal kull folja sħiħa ta’ biljetti tal-Lotterija l-Kbira
mogħtija lura lilu mingħand bejjiegħ u, jew, aġent mhux iktar tard
mill-jum u l-ħin ta’ qabel it-tlugħ kif stabbilit mid-Direttur.
(3) Il-prezz ta’ biljett li jinbiegħ barra minn Malta għandu jkun
ikkwotat f’munita barranija mid-Direttur li għandu wkoll jikkalkola
f’dak il-prezz ammont għall-pustaġġ, ħlasijiet tal-bank u spejjeż
oħra inċidentali.
Reġistrazzjoni ta’ 
biljetti mibjugħa.
8. Id-Direttur għandu jżomm reġistrazzjoni tal-biljetti kollha
mibjugħin dwar kull lotterija.
Bonus lill-
bejjiegħa/aġenti ta’ 
biljetti tal-
Lotterija.
9. Il-Ministru jista’ jawtorizza lid-Direttur iħallas bonus
wieħed jew iktar minn wieħed lill-bejjiegħa u, jew, aġenti kif u
meta meħtieġ.
Kostituzzjoni tal-
Bord.
10. (1) Għandu jitwaqqaf Bord, magħmul mid-Direttur jew
minn rappreżentant tiegħu bħala Chairman, minn rappreżentant ta’
l-Awditur Ġenerali, minn rappreżentant ta’ l-Accountant General u
minn dawk il-membri l-oħra li l-Ministru jista’ jaħtar minn żmien
għal żmien.
(2) Il-Bord għandu jaqdi dawk id-dmirijiet li huma speċifikati
f’dawn ir-regolamenti u dawk id-dmirijiet l-oħra li jistgħu
jingħataw lilu mid-Direttur dwar is-sorveljanza tal-lotterija.
(3) Tliet membri tal-Bord, li wieħed minnhom ikun id-Direttur
jew ir-rappreżentant tiegħu, jifformaw quorum tal-Bord.
(4) Kull membru tal-Bord ikollu vot wieħed, iżda fil-każ ta’
voti indaqs iċ-Chairman ikollu wkoll vot deċiżiv.
LOTTERIJI TAL-GVERN (LOTTERIJA L-KBIRA) ġ L.S.292.02 3
Laqgħat tal-Bord.
Sostitwit:
A.L. 46 ta’ l-1992.
11. Il-Bord għandu jiltaqa’ matul it-tlugħ u f’dawk id-dati u l-
ħinijiet l-oħra li jistabbilixxi d-Direttur. Il-preżenza tal-Bord ma
tkunx meħtieġa waqt it-tlugħ tal-Lotterija Ewropea.
Konsenja ta’ 
matriċijiet.
12. Qabel kull tlugħ id-Direttur għandu jikkonsenja lill-Bord
għall-eżami -
(a) il-matriċijiet kollha tal-biljetti mibjugħa;
(b) il-biljetti kollha mhux mibjugħa u l-matriċijiet
tagħhom.
Matriċijiet riċevuti 
mis-Segretarju 
għall-Affarijiet ta’ 
Għawdex.
13. (1) Is-Segretarju għall-Affarijiet ta’ Għawdex għandu
jirrappreżenta u jaġixxi għad-Direttur f’Għawdex f’kull ħaġa li
għandha x’taqsam mal-lotterija. 
(2) Is-Segretarju għall-Affarijiet ta’ Għawdex għandu jibgħat
lid-Direttur f’dak iż-żmien u b’dak il-mod li d-Direttur jeħtieġ, il-
matriċijiet tal-biljetti kollha mibjugħa f’Għawdex u l-biljetti kollha
mhux mibjugħa flimkien mal-matriċijiet tagħhom.
(3) Is-Segretarju għall-Affarijiet ta’ Għawdex għandu jżomm
il-biljetti u l-matriċijiet f’kamra tas-sigurezza taħt il-kustodja
tiegħu.
Il-Bord jibqa’ 
responsabbli għall-
matriċijiet.
14. Il-Bord ikun responsabbli għat-tiżmim f’sigurezza tal-
matriċijiet kollha konsenjati lilu mid-Direttur taħt ir-regolament 12
sa ġimgħa wara ż-żmien ta’ validità  tal-biljetti ta’ kull tlugħ ta’
lotterija.
It-tlugħ isir fil-
pubbliku.
Sostitwit:
A.L. 46 ta’ l-1992.
15. It-tlugħ tal-Lotterija l-Kbira għandu jsir fil-pubbliku fl-
uffiċċju tad-Direttur jew f’dak il-post l-ieħor li minn żmien għal
żmien jista’ jiġi stabbilit għal hekk mill-Ministru, fil-preżenza tal-
Bord u ta’ kull membru tal-pubbliku preżenti li jkun hemm dak il-
ħin. It-tlugħ tal-Lotterija Ewropea għandu jsir f’dik id-data, post u
f’dak il-ħin stabbiliti mill-organizzaturi tal-Lotterija Ewropea, li
f’dak il-każ il-preżenza tal-Bord ma tkunx meħtieġa.
Żmien ta’ validità  
ta’ biljett.
16. (1) Il-jedd biex issir talba għal premjijiet jintilef wara
ħamsin (50) jum tax-xogħol mill-jum tat-tlugħ b’dan illi l-Ministru
jista’ fid-diskrezzjoni assoluta tiegħu jawtorizza l-ħlas ta’ premju
jew ta’ parti minnu jekk il-biljett rebbieħ jiġi preżentat wara l-
iskadenza taż-żmien li fih tista’ ssir it-talba.
(2) Jekk rebbieħ ma jkunx jista’ jippreżenta l-biljett fiż-żmien
stabbilit ta’ ħamsin jum tax-xogħol, il-premju rilevanti jista’
jitħallas lill-persuna li isimha jkun jidher fuq il-matriċi rispettiva
maqtugħa minn mal-biljett u depożitata fid-dipartiment qabel it-
tlugħ.
Il-biljetti rebbieħa 
u l-vouchers 
relattivi jinżammu 
mill-Awditur 
Ġenerali.
17. (1) Il-biljetti rebbieħa u l-vouchers tal-ħlas relattivi
għandhom jinżammu taħt ir-responsabbiltà  ta’ l-Awditur Ġenerali.
(2) Meta, iżda, biljett jiġi esebit f’qorti, ir-Reġistratur ta’ dik
il-qorti jkun responsabbli għall-kustodja tiegħu.
4 L.S.292.02 ħ LOTTERIJI TAL-GVERN (LOTTERIJA L-KBIRA)
Emendata:
A.L. 3 ta’ l-1992;
A.L. 21 ta’ l-1992;
A.L. 46 ta’ l-1992;
A.L. 54 ta’ l-1992;
A.L. 54 ta’ l-1996;
A.L. 134 ta’ l-
2000.
SKEDA TA’ PREMJIJIET
(Regolament 3)
B’żieda ma’ dan, il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien
jawtorizza premjijiet addizzjonali biex jingħataw lil min ikollu
biljett li jiehu sehem f’xi Lotterija Kbira partikolari u/jew f’xi serje
ta’ Lotteriji Kbar.
B. Lotterija Ewropea
Jekk Malta tiġi dikjarata rebbieħa tal-Premju Ewropew, dak il-
premju għandu jitqassam f’ishma ndaqs bejn id-detentur/i tal-
A. Lotterija l-Kbira
L-EWWEL PREMJU: Lm150,000 għandhom jiġu allokati lill-
biljett rebbieħ li jkollu l-ittra u l-ħames
(5) figuri kollha jikkorrispondu ma’, u fl-
istess ordni ta’, ta’ l-ewwel numru
mtellgħa li jkollu l-ittra u l-ħames (5)
figuri jikkorrispondu ma’, u fl-istess
ordni ta’, biljett mibjugħ għal dik il-
lotterija partikolari.
IT-TIENI PREMJU: Lm10,000 għandhom jiġu allokati lill-
biljett rebbieħ li jkollu l-ittra u l-ħames
(5) figuri kollha jikkorrispondu ma’, u fl-
istess ordni ta’, n-numru mtellgħa li jmiss
eżatt wara l-għoti ta’ l-ewwel premju.
IT-TIELET PREMJU: Lm 1,000 għandhom jiġu allokati lil
kull wieħed mill-ħames (5) biljetti
rebbiehħ li jkollhom l-ittra u l-ħames (5)
figuri kollha jikkornspondu ma’, u fl-
istess ordni ta’, xi wieħed mill-ħames
numri li jittellgħu eżatt wara l-ghoti tat-
tieni premju.
IR-RABA’ PREMJU: Lm500 għandhom jiġu allokati lil kull
wieħed mill-għoxrin (20) biljett rebbieħ li
jkollhom l-ittra u l-ħames (5) figuri kollha
jikkorrispondu ma’, u fl-istess ordni ta’,
xi wieħed mill-għoxrin numru li jittellgħu
eżatt wara l-għoti tat-tielet premju.
PREMJIJIET OĦRA: Lm 1,000 għandhom jiġu allokati għal
kull wieħed mill-biljetti rebbieħa li
jkollhom il-ħames (5) figuri
jikkorrispondu ma’, u fl-istess ordni ta’,
il-ħames (5) figuri ta’ xi wieħed minn
numri mtellgħa għall-għoti ta’ l-ewwel
premju; u
Lm100 għandhom jiġu allokati għal
kull wieħed mill-biljetti rebbieħa li
jkollhom il-ħames (5) figuri kollha
jikkorrispondu ma’, u fl-istess ordni ta’,
il-ħames (5) figuri ta’ xi wieħed minn
numri kollha mtellgħa għat-tieni, it-tielet
u r-raba’ premjijiet.
LOTTERIJI TAL-GVERN (LOTTERIJA L-KBIRA) ġ L.S.292.02 5
biljett/i rebbieħ/a mibjugħ/a biss li jkollhom il-ħames (5) figuri
jikkorispondu ma’, u fl-istess ordni ta’, il-ħames (5) figuri li
jagħmlu n-numru rebbieħ imtella’ fil-Lotterija Ewropea.
Jekk Malta ma tiġix dikjarata r-rebbieħa tal-Premju Ewropew,
kull biljett li jkollu l-ħames (5) figuri kollha jikkorispondu ma’, u
fl-istess ordni ta’, il-ħames (5) figuri li jagħmlu n-numru rebbieħ
imtella’ fil-Lotterija Ewropea għandu jirbaħ premju ta’
konsolazzjoni ta’ Lm10,000.
