LOTTERIJI INSTANTANJI TAL-GVERN ġ L.S.292.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 292.03
REGOLAMENTI DWAR IL-LOTTERIJI 
INSTANTANJI TAL-GVERN
15 ta’ Diċembru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 179 ta’ l-1995, kif emendat bl-Avviż Legali 135 ta’ l-
1997.
Titolu.
Lotteriji Instantanji tal-Gvern.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"aġent" tflsser persuna li tkun awtorizzata mid-Direttur li tbiegħ
biljetti tal-Lotteriji Instantanji tal-Gvern;
"biljett" tfisser il-biljett stampat bil-għan u li jkollu stampat fuqu
dan it-tagħrif li ġej:
(a) numru ta’ reġistrazzjoni ta’ biljett li jkun mgħotti u li
jkollu sovrastampat il-kliem "null jekk dan jitneħħa", u
li bih id-Direttur ikun jista’ jidentifika biljetti rebbieħa
li jkunu qegħdin jieħdu sehem fil-logħba, u
(b) il-prezz tax-xiri tal-biljett;
"Dipartiment" tfisser id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku;
"Direttur" tfisser id-Direttur tal-Lotteriji u sal-limitu ta’ l-
awtorità  mogħtija, tinkludi lil kull uffiċjal tad-Dipartiment li jkun
awtorizzat mid-Direttur għaldaqstant għal kull għan ta’ dawn ir-
regolamenti;
"ġugatur" tfisser min ikollu biljett validu li bih jieħu sehem fil-
Lotteriji Instantanji tal-Gvern;
"logħba" tfisser Lotterija Instantanja tal-Gvern;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi u
tinkludi, sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull min jiġi awtorizzat
mill-Ministru għaldaqstant għal kull għan ta’ dawn ir-regolamenti;
"numru tal-biljett" tfisser in-numru li jkun hemm fuq kull biljett
li jkun mgħotti u li jagħmel il-biljett wieħed validu.
Kif issir il-logħba.
mingħand xi aġent awtorizzat. Ikun hemm rebħ meta jingiref kull
spazju li jkun hemm mgħotti b’kisja opaka li titħassar skond kif
ikun hemm indikat fuq il-biljett stess u jinstabu tlett tikek jew iktar
li jkunu jaqblu ma’ xulxin u li jkunu juru xi jkun il-premju rebbieħ.
Kondizzjonijiet.
ikunu japplikaw għal u għandhom jorbtu lil kull ġugatur hekk kif
jitħallas il-prezz ta’ kull logħba.
(2) Kopja ta’ dawn ir-regolamenti għandha tinżamm għall-wiri
pubbliku fid-Dipartiment.
Biljetti u prezzijiet.
2 L.S.292.03 ħ LOTTERIJI INSTANTANJI TAL-GVERN
biljett stess, iżda l-prezz ta’ kull biljett għandu jkun ta’ mhux anqas
minn 25 ċenteżmu u ta’ mhux iżjed minn Lm1.
(2) Il-biljetti li jieħdu sehem fil-logħob għandhom ikunu dawk
biss li jiġu offerti għall-bejgħ mid-Dipartiment.
(3) Biljett li jkun fih tibdil, ikun stampat ħażin, mhux komplet,
imbagħbas, imħassar, b’xi difett, ma jinqarax jew misruq, jew jekk
xi biċċa min-numri fil-kaxxa tkun imbagħbsa, jew jekk il-biljett
ikollu xi difett ieħor li jkun, dan jista’ jitqies bħala wieħed null
skond id-diskrezzjoni assoluta tad-Direttur, u d-deċiżjoni tiegħu
tkun waħda finali u għaldaqstant din ma tkunx tista’ tiġi kontestata.
(4) Il-kisja li jkun ħemm fuq il-kaxxa fejn ikun hemm miktub
"Null jekk dan Jitneħħa" għandha tkun sħiħa u mhux mimsusa meta
l-biljett jiġi preżentat għall-validazzjoni tiegħu kemm-il darba d-
Direttur ma jiddeċidix xort’oħra.
(5) Ir-responsabbiltà , jekk ikun il-każ, dwar biljett li jiġi
dikjarat null hija limitata għall-għoti ta’ biljett ieħor minfloku.
(6) Il-biljetti rebbieħa għandhom ukoll jgħaddu minn kull test
ta’ validazzjoni konfidenzjali tad-Dipartiment.
Rati ta’ 
kummissjoni u 
bonus li jingħata 
lill-agenti.
6. (1) Ir-rati ta’ kummissjoni fuq il-bejgħ ta’ biljetti lill-
aġenti mid-Dipartiment ikun ta’ għaxra fil-mija tal-valur ta’ kull
biljett.
(2) Il-Ministru jista’ jawtorizza lid-Direttur li jħallas bonus
jew bonusijiet lill-aġenti skond kif u meta jkun meħtieġ.
Allokazzjoni ta’ 
premjijiet.
7. Il-Fond tal-Premjijiet għandu jkun jikkonsisti f’mhux inqas
minn ħamsin fil-mija ta’ l-ammont magħmul mill-valur tal-bejgħ
ta’ miljun biljett wara li titnaqqas il-kummissjoni minnhom. Dak il-
Fond tal-Premjijiet għandu jintgħamel minn diversi premjijiet
skond l-istruttura tal-logħba.
Avviż ta’ rebħ. 8. Id-dritt li titressaq talba għal rebħ jiġi preskritt bl-
iskadenza ta’ sena mid-data tal-bejgħ mid-Dipartiment lill-aġenti
tiegħu ta’ l-aħħar biljett minn kwantità  ta’ miljun biljett, u talba li
tkun ġiet hekk preskritta ma għandhiex tintlaqa’ mid-Direttur:
Iżda meta l-aħħar jum ta’ perjodu li fih ikunu jistgħu isiru
t-talbiet ikun jaħbat il-Ħadd jew jum ta’ vakanza pubblika, dak il-
perjodu għandu jittawwal sa l-ewwel jum tax-xogħol li jiġi
minnufih wara.
Biljetti rebbieħa. 9. Il-ħlas isir mid-Dipartiment lid-detentur ta’ biljett rebbieħ
validu meta dan jippreżenta dak il-biljett. Dak il-ħlas jeżonera għal
kollox lid-Dipartiment minn kull obbligu li jkollu.
Twaqqif ta’ Fond 
ghal-Lotteriji 
Instantanji u 
tqassim ta’ profitti.
Emendat:
A.L. 135 ta’ l-
1997.
10. (1) Il-flus kollha li jidħlu mill-bejgħ ta’ biljetti li jsir
skond dawn ir-regolamenti għandhom jitħallsu lit-Teżor u jiġu
mqegħdin bi kreditu ta’ kont li għandu jinżamm f’dak id-
Dipartiment u li jissejjaħ "Fond għal-Lotteriji Instantanji".
(2) Għandhom jitħallsu mill-Fond għal-Lotteriji Instantanji,
mingħajr ebda ħtieġa ta’ approprjazzjoni oħra minbarra dawn ir-
regolamenti, il-premjijiet inkorporati fil-fond tal-premjijiet, l-
ispejjeż ta’ l-amministrazzjoni u kull nefqa oħra li jkollha x’taqsam
ma’ dan kollu; u l-bilanċ għandu jitħaddem sabiex iwettaq b’mod
LOTTERIJI INSTANTANJI TAL-GVERN ġ L.S.292.03 3
umanitarju u meritevoli dawk l-għanijiet li jkunu ta’ xorta soċjali u
ċivika hekk kif jista’ jiġi ordnat mill-Ministru, wara li jikkonsulta
ruħu ma’ Bord Konsultattiv li jiġi minnu maħtur għal dak l-għan:
Iżda ħamsa u tletin fil-mija (35%) tal-bilanċ nett għandu
jiġi allokat biex iġib ’il quddiem u jsaħħaħ għanijiet ta’ xorta
sportiva hekk kif jista’ jiġi ordnat mill-Ministru, wara li jikkonsulta
ruħu mal-Bord Konsultattiv u mal-Ministru responsabbli għall-
isport.
Ħatra ta’ aġenti.
skond dawk il-modi li hu jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi
għal dawk il-persuni li jkunu jixtiequ jinħatru aġenti bil-għan li
jbiegħu biljetti fil-logħbiet immexxija mid-Dipartiment skond
dawn ir-regolamenti.
(2) Id-Direttur għandu jikkonsidra dik l-applikazzjoni u jista’
jilqa’ jew jiċħad dik l-applikazzjoni mingħajr ma jkollu ebda
obbligu li jagħti xi raġuni għaliex ikun qiegħed jagħmel dan.
(3) Id-Direttur jista’ jimponi kull kondizzjoni li jidhirlu fuq l-
aġenti hekk kif ikun jenħtieġ minn żmien għall-ieħor.
