REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 296.01
REGOLI DWAR IR-REĠISTRAZZJONI 
TA’ ARTIJIET
1 ta’ Marzu, 1982
L-AVVIŻ LEGALI 16 ta’ l-1982, kif emendat bl-Avviżi Legali 55 ta’ l-
1982, 7 ta’ l-1985, 212 ta’ l-1990, u 12 u 83 ta’ l-1995.
Titolu.
ta’ l-Artijiet.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 296.
"ċertifikat ta’ titolu" tfisser iċ-ċertifikat u pjanta relattiva għal
kull biċċa jew qata’ art miżmuma fir-Reġistru kif provdut fir-regola
17;
"ċertifikat ta’ ipoteka" tfisser iċ-ċertifikat ta’ kull ipoteka,
reġistrata kontra xi ċertifikat ta’ titolu, mogħti lill-persuna li d-
drittijiet tagħha huma mħarsa mill-ipoteka jew lil dik il-persuna
intitolata li jkollha l-pussess tiegħu jew iddepożitat kif provdut fl-
artikolu 36 ta’ l-Att;
"negozju" tfisser disponiment ta’ art jew ta’ ipoteka fuq art, jew
it-trasmissjoni ta’ art jew ipoteka, imsemmijin fit-Taqsima IV ta’ l-
Att u tinkludi kull dokument ippreżentat lir-Reġistratur dwarhom;
"pjanta" tfisser kull survey, dijagramma jew skizz ta’ art li turi
fejn qegħda, il-kobor, l-arja superfiċjali tagħha jew il-qisien
tagħha;
"formola" tinkludi kull formola preskritta fl-Ewwel Skeda li
tinsab ma’ dawn ir-regoli, u kull formola wżata fix-xogħol tar-
Reġistru għall-fini ta’ l-amministrazzjoni tiegħu;
"ċertifikat ta’ art" tfisser iċ-ċertifikat u pjanta relattiva għal kull
biċċa art jew qata’ art mogħtija lis-sid jew iddepożitat fir-Reġistru
kif provdut fl-artikolu 36 ta’ l-Att;
"Reġistru" tfisser ir-Reġistru ta’ l-Artijiet kif imwaqqaf bl-
artikolu 3 ta’ l-Att;
"xerrej" tfisser dak li jirċievi l-benefiċċju ta’ kwalunkwe
trasferiment ta’ dritt fuq ċertifikat ta’ titolu;
"bejjiegħ" tfisser is-sid li jittrasferixxi d-dritt tiegħu muri fuq
ċertifikat ta’ titolu.
Ħtiġiet jew provi 
preskritti.
3. Meta xi formola jew xi avviż preskritt b’dawn ir-regoli
isemmi x’jinħtieġ jew xi prova trid tinġieb meta tiġi depożitata dik
il-formola jew dak l-avviż, dik il-ħtieġa jew prova għandhom
jitqesu li huma preskritti b’dawn ir-regoli.
Avviżi.
ikun biżżejjed għall-iskop ta’ dawn ir-regoli, li r-Reġistratur jagħti
avviż bil-miktub fejn jidentifika l-partijiet li jkunu ddepożitaw l-art
2 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
milquta u x-xorta tan-negozju, att jew dokument kif ukoll kull
dettal ieħor rilevanti kif jidhirlu xieraq.
Proċedura meta 
avviż ma jiġix 
ikkonsenjat.
5. Meta xi avviż jiġi mibgħut lura mill-Postmaster General
minħabba li l-persuna li lilha jkun indirizzat ma tkunx tista’ tinstab,
ir-Reġistratur għandu jippubblika fil-Gazzetta avviż li juri li ittra
reġistrata mmarkata u ndirizzata lill-persuna kif muri fl-artikolu 48
ta’ l-Att ikun intbagħat u dan l-avviż ippubblikat fil-Gazzetta kif
intqal qabel għandu, għall-finijiet u effetti kollha jitqies li jkun
avviż notifikat kif imiss.
Negozji eċċ., 
għandhom jiġu 
depożitati fuq il-
formola xierqa.
6. Negozji, atti, interessi jew il-kontenut ta’ dokumenti jiġu
mdaħħla biss fir-reġistru jekk ikunu depożitati fuq il-formola
xierqa:
Iżda r-Reġistratur jista’ f’ċirkostanzi eċċezzjonali jeżenta
kwalunkwe persuna mid-disposizzjonijiet ta’ din ir-regola.
Reġistrazzjoni ta’ 
akkwisti bi 
preskrizzjoni.
7. Meta persuna titlob li tiġi reġistrata bħala sid ta’ art
akkwistata b’titolu bi preskrizzjoni, għandu jagħmel talba fuq il-
formola preskritta b’dawn ir-regoli.
Sostituzzjoni ta’ 
ċertifikati.
8. (1) Sid ta’ ċertifikat ta’ art jew ta’ ċertifikat ta’ ipoteka li
jitlob lir-Reġistratur biex jinħariġlu ċertifikat ieħor minflok wieħed
mitluf jew distrutt, għandu jippubblika avviż kif preskritt fl-Ewwel
Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regoli jew kif jordnalu r-Reġistratur
f’gazzetta ta’ kuljum, u jitħallew tletin jum għal min irid
joġġezzjona qabel ma jiġi sostitwit iċ-ċertifikat.
(2) Ir-Reġistratur jista’ jġiegħel lill-applikant biex jipproduċi
kopja tal-gazzetta fejn ikun ġie ppubblikat l-avviż flimkien ma’
dikjarazzjoni bil-ġurament li tgħid kif intilef jew kif ġie distrutt iċ-
ċertifikat. Malli ssir it-talba r-Reġistratur għandu jara li avviż
skond il-formola preskritta fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dawn ir-
regoli jiġi ppubblikat fil-Gazzetta fejn jagħti tletin jum lil min ikun
irid joġġezzjona li jinħareġ ċertifikat ġdid.
(3) Ir-Reġistratur jista’ jitlob kull prova oħra b’sostenn ta’ l-
applikazzjoni.
(4) L-oġġezzjoni għas-sostituzzjoni ta’ ċertifikat għandha ssir
bil-miktub lir-Reġistratur li għandu jara li kopja tiġi notifikata lill-
applikant.
(5) Ir-Reġistratur ma għandux joħroġ dak iċ-ċertifikat sakemm
l-oġġezzjoni ma tiġix irtirata jew sakemm il-Qorti kompetenti ma
tiddeċidix li l-oġġezzjoni kienet infondata.
Proċedura "bil-
mod preskritt".
9. Fejn skond it-Taqsima IV ta’ l-Att xi ħaġa tipprovdi li
negozju ta’ art meħtieġ li jsir "bil-mod preskritt" dan għandu jsir
billi jimtlew u jiġu depożitati l-formoli preskritti fl-Ewwel Skeda li
tinsab ma’ dawn ir-regoli.
Żmien preskritt. 10. (1) Fejn xi artikoli ta’ l-Att isemmu żmien preskritt, iż-
żmien preskritt ikun perijodu ta’ tletin jum sakemm dawn ir-regoli
ma jipprovdux xort’oħra.
(2) F’każ li t-tletin jum jaħbat is-Sibt jew jum ta’ btala, l-
ewwel jum ta’ wara, li ma jkunx is-Sibt jew jum ta’ btala, jiġi
meqjus l-aħħar jum.
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 3
Korrezzioni tar-
Reġistru.
11. (1)  Ir-Registratur ma għandux jikkoreġi r-reġistru skond
l-artikolu 49(1)(e) u (f) ta’ l-Att, kemm-il darba u sakemm ma
jagħtix avviż bil-miktub lil kull min jirriżultalu mir-reġistru li
għandu xi interess.
(2) Il-formola ta’ l-avviż għandha tkun skond il-formola
preskritta fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regoli.
Nuqqas ta’ 
produzzjoni ta’ 
dokumenti, eċċ.
12. (1) Jekk xi persuna tonqos li tipproduċi xi pjanta,
dokument, prova, dikjarazzjoni jew ħwejjeġ oħra jew
informazzjoni li r-Reġistratur jista’ jeħtieġ fi żmien tletin jum minn
meta jirċievi talba għal hekk, ir-Reġistratur jista’ jirrifjuta li
japprova jew jirreġistra l-applikazzjoni, negozju jew att depożitat
miegħu, u jista’ imbagħad jirritorna d-dokumenti kollha ppreżentati
ma’ l-applikazzjoni, negozju jew att.
(2) Fil-każ li r-Reġistratur jirrifjuta li japprova jew jirreġistra
kif tipprovdi s-subregola (1), il-persuna msemmija jkollha dritt biss
ta’ ħlas lura ta’ nofs id-drittijiet imħallsa.
Appelli.
Reġistratur, dak l-appell għandu jsir bil-mod, fiż-żmien u bil-
proċedura preskritta hawn taħt:
(a) l-appell isir permezz ta’ rikors li jigi preżentat fi żmien
tnax-il jum minn meta jingħata avviż tad-deċiżjoni tar-
Reġistratur;
(b) ir-rikors biex ikun validu jrid ikun iffirmat minn
avukat u prokuratur legali, u għandu jkollu
indikazzjoni ċara tar-raġunijiet li fuqhom ikun sar l-
appell;
(ċ) ma’ kull rikors għandha tkun preżentata kopja vera
tiegħu biex tiġi notifikata lir-Reġistratur;
Kap. 12.
(d) mal-preżentata ta’ kull rikors għandu jitħallas dritt tar-
reġistru, skond kif preskritt fit-Tariffa A ta’ l-Iskeda A
annessa mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjeni u Proċedura
Ċivili, barra d-drittijiet xierqa għan-notifika tal-kopja
tar-rikors;
(e) id-data tas-smigħ għandha tiġi hekk iffissata mill-
Qorti illi mhux inqas minn tmint ijiem tax-xogħol
jgħaddu bejn il-preżentata tar-rikors u l-ewwel smigħ
tal-kwistjoni, iżda għandhom jitħallew mhux inqas
minn tlett ijiem tax-xogħol bejn id-data tan-notifika
tar-rikors lir-Reġistratur u d-data ffissata għas-smigħ
tar-rikors;
(f) ir-Reġistratur għandu jagħmel is-sottomissjoni tiegħu,
verbalment jew bil-miktub, fl-ewwel smigħ tal-
kwistjoni;
(g) f’nuqqas ta’ xi sottomissjonijiet fil-ġurnata tas-smigħ,
b’kontestazzjoni tat-talba msemmija fir-rikors, il-Qorti
għandha tilqa’ r-rikors;
(h) id-dritt li għandu jitħallas lill-avukat u lill-prokuratur
legali li jidhru għall-partijiet f’appell, għandu jiġi
ffissat mir-Reġistratur tal-Qorti skond it-Tariffa E ta’
l-Iskeda A annessa mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
4 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
Proċedura Civili.
Talbiet għal 
indennizz.
14. Talba għall-ħlas ta’ indenizz mill-Fond ta’ Assigurazzjoni
li trid tinqata’ mir-Reġistratur skond l-artikolu 50(7) ta’ l-Att, jrid
ikollha:
(a) ir-raġunijiet kollha li fuqhom hi bażata t-talba;
(b) dikjarazzjoni bil-ġurament li tagħti tagħrif ċar u
dettaljat tal-fatti li wasslu għat-talba;
(ċ) prova tat-telf finanzjarju imġarrab;
(d) rendikont ta’ rċevuti, dħul ta’ flus jew xi kumpens
ieħor li jista’ jtaffi jew inaqqas it-telf finanzjarju;
(e) prova bid-dokumenti ta’ xi litigazzjoni dwar it-talba,
flimkien ma’ kull prova oħra li jitlob ir-Reġistratur.
Applikazzjonijiet 
għar-reġistrazzjoni 
ta’ art.
15. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ art jew għall-ħruġ ta’
ċertifikat ta’ titolu għandha ssir fuq formola preskritta b’dawn ir-
regoli.
Avviż dwar 
applikazzjoni 
għandu jiġi 
publikat fil-
Gazzetta.
Emendata:
A.L. 83 ta’ l-1995.
16. (1) Avviż dwar applikazzjoni għal titolu reġistrat taħt l-
Att għandu jingħata billi tiġi pubblikata fil-Gazzetta l-formola
preskritta ta’ l-avviż.
(2) Meta r-Reġistratur ikun jeħtieġ aktar tagħrif mingħand l-
applikant taħt it-Taqsima III ta’ l-Att hu għandu jagħmel hekk billi
jagħti avviż bil-miktub lill-applikant jew lill-konsulent legali
tiegħu.
Proċedura wara li 
applikazzjoni għal 
titolu reġistrat tiġi 
approvata.
17. (1) Meta applikazzjoni għall-ħruġ ta’ titolu reġistrat tiġi
approvata, ir-Reġistratur għandu jagħmel ċertifikat ta’ titolu li juri
ċar il-grad u x-xorta tad-dritt li jkollha l-persuna reġistrata bħala
sid; iċ-ċertifikat ta’ l-art maħruġ mir-Reġistratur għandu juri d-
dettalji li jkun hemm fiċ-ċertifikat ta’ titolu.
(2) Iċ-ċertifikat ta’ titolu jitqiegħed fir-Reġistru u jifforma
parti integrali mir-Reġistru dwar titoli għal art.
Ir-reġistru għandu 
jinżamm f’forma 
loose-leaf.
18. (1) Ir-reġistru għandu jinżamm f’forma loose-leaf.
(2) Ir-Reġistratur għandu jenumera kull ċertifikat ta’ titolu
b’numru distintiv.
Forma ta’ ċertifikat 
ta’ titolu.
19. (1) Iċ-ċertifikat ta’ titolu għandu jkun skond il-formola
preskritta fl-Ewwel Skeda li tinsab ma dawn ir-regoli.
(2) Ċertifikat ta’ titolu għandu jitħejja:
(a) relattivament għal xi partikolaritajiet deskritti bi kliem
li għandhom jidhru f’dak iċ-ċertifikat ta’ titolu billi
dawk il-partikolaritajiet jitniżżlu b’typewriter jew bl-
inka li ma titħassarx, fuq il-formola ġusta jew fuq il-
formola relattiva jew fuq formola ta’ anness mehmuża
magħha, liema anness jifforma parti integrali miċ-
ċertifikat ta’ titolu; u
(b) relattivament għal pjanta jew skizz imsemmi fiċ-
ċertifikat ta’ titolu, billi titpinġa jew issir fotokopja
tal-pjanta jew skizz fuq il-formola relattiva jew fuq
formola ta’ anness mehmuża magħha liema anness
jifforma parti integrali miċ-ċertifikat ta’ titolu.
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 5
Ħinijiet tar-
Reġistru.
20. Ir-Reġistru għandu jinżamm miftuħ għal preżentata ta’
dokumenti, f’dawk il-ħinijiet li l-Ministru jista’ b’avviż fil-
Gazzetta jistabbilixxi.
Kopji uffiċjali, 
eċċ., għandhom 
jiġu ffirmati mir-
Reġistratur.
21. Kopji uffiċjali ta’ u estratt mir-reġistru u ta’ u minn
dokumenti depożitati fir-reġistru għandhom jiġu ffirmati mir-
Reġistratur.
Xhieda, eċċ., fuq 
negozju.
22. Il-firem jew marki fuq negozju ppreżentat għar-
reġistrazzjoni, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att, barra minn
negozju li jirriżulta minħabba sentenza ta’ qorti, għandhom ikunu
bix-xhieda jew bl-attestazzjoni skond il-każ ta’ nutar pubbliku.
Forma ta’ 
applikazzjonijiet.
Emendata:
A.L. 55 ta’ l-1982;
A.L. 12 ta’ l-1995.
23. (1) Il-formola trid tkun:
(a) jew ittajpjata, b’mod mekkaniku u/jew elettroniku, jew
miktuba bl-idejn b’ittri majjuskoli, jew in parti
ittajpjata b’mod mekkaniku u/jew elettroniku u in parti
miktuba bl-idejn b’ittri majjuskoli;
(b) fi stat li ma titlifx il-lewn u ma tkunx imtebba’;
(ċ) akkumpanjata bil-pjanta skond kif jista’ jkun preskritt
fid-data tal-preżentata;
(d) tali li jkollha riferenza għal kull anness magħha; u
(e) iffirmata bil-blu minn ta’ l-inqas persuna waħda minn
dawk obbligati jissottomettu, jew li b’mod volontarju
jkunu qegħdin jagħmlu dik l-applikazzjoni.
(2) Meta tintuża formola ta’ anness din trid tkun:
(a) imwaħħla b’labra jew staple mal-formola li magħha
tkun annessa u jkun fiha riferenza għaliha;
(b) enumerata; u
(ċ) iffirmata mill-persuni kollha li jkunu iffirmaw il-
formola li magħha tkun qegħda tiġi annessa.
(3) Jekk ikun meħtieġ li jitneħħew, jew jitbidlu jew jiżdiedu
kelmiet, qabel ma tiġi preżentata l-formola, il-persuna li tkun
ippreżentat dik il-formola għandha tagħmel dak it-tibdil jew dik iż-
żieda permezz ta’ nota fl-aħħar tal-formola; f’kull każ bħal dan il-
persuna għandha tħassar il-kelmiet li għandhom jitneħħew jew
jinbidlu, b’mod li jkunu jistgħu xorta waħda jinqraw il-kelmiet
imħassrin, u għandha tagħmel nota u fiha ssemmi n-numru ta’
kelmiet hekk imħassrin, jew skond il-każ, li kelmiet oħrajn ġew
mibdula flok dawk imħassra, u jniżżel sewwa sew wara l-kelmiet
hekk mibdula; fil-każ ta’ żieda biss ta’ kelmiet dik il-persuna trid
tagħmel sinjal fil-post fejn għandha ssir iż-żieda, u fit-tarf tal-
formola li jkun fiha l-kelmiet "kelmiet miżjuda" u jniżżel sewwa
sew wara l-kelmiet li għandhom jiżdiedu. Dawn in-noti għandhom
ikunu ffirmati mill-partijiet kollha li ffirmaw il-formola. F’din is-
subregola l-espressjoni "kelmiet" tinkludi numri, ċifri jew kull
simbolu ieħor.
Aktar minn 
trasferiment 
wieħed.
Sostitwita:
A.L. 12 ta’ l-1995.
24. (1) Meta jkun hemm applikazzjoni fir-Reġistru, kemm
jekk din tkun waħda għal l-ewwel reġistrazzjoni, kemm jekk tkun
waħda ta’ negozju, u din tkun għadha pendenti, l-applikant jista’
jerġa’ jittrasferixxi jew jipoteka dik l-istess proprjetà  jew parti
minnha, kemm-il darba:
6 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
(a) issir riċerka uffiċjali li bħala riżultat tistabilixxi li l-
eventwali trasferent jew persuna li ser jinnegozja l-art
huwa l-istess persuna jew persuni li f’isimhom saret l-
ewwel l-applikazzjoni; u
(b) tiġi preżentata pjanta tas-sit u pjanta dettaljata sabiex
jiġi stabbilit illi t-talba qed issir dwar l-istess
proprjetà , jew parti mill-istess proprjetà  imsemmija fl-
applikazzjoni li tkun għadha pendenti.
(2) Ir-regoli dwar applikazzjonijiet għal ċertifikat ta’ ipoteka,
ta’ ipoteka kawzjonali u/jew kawzjoni, japplikaw mutatis mutandis
dwar applikazzjonijiet li jiġu sottomessi wara li tkun saret ir-
riċerka uffiċjali msemmija f’din ir-regola.
(3) Tista’ ssir aktar minn riċerka uffiċjali waħda kemm dwar l-
istess applikazzjoni, kif ukoll dwar xi applikazzjoni jew
applikazzjonijiet li jkunu ġew preżentati fir-Reġistru bis-saħħa tas-
subregola (1)(a).
(4) Ir-Reġistratur għandu jindika fir-riċerka uffiċjali kull ħaġa
rilevanti li minħabba fiha l-applikazzjoni ta’ qabel tista’ ma
twassalx għall-ħruġ taċ-ċertifikat relattiv.
(5) Ir-Reġistratur għandu, jekk hekk jidhirlu xieraq, janalizza
l-applikazzjonijiet kollha li jolqtu l-istess art partikolari f’daqqa,
sakemm fiċ-ċertifikat ta’ titolu, ta’ ipoteka jew ta’ ipoteka
kawzjonali, l-ordni kronoloġiku tat-trasferimenti u negozju jiġi
rispettat u enumerat.
(6) Ir-Reġistratur ma għandux jilqa’ applikazzjoni għal
trasferiment jew għal negozju ta’ art li dwarha jkun hemm
applikazzjoni pendenti jekk ma tkunx saret riċerka uffiċjali
b’riżultat li jkun għadu validu fil-jum li fih tiġi preżentata l-
applikazzjoni, u fost id-dokumenti li jiġu preżentati ma’ l-
applikazzjoni għandu jkun hemm ir-riżultat tar-riċerka uffiċjali.
Preżentata ta’ 
negozji.
25. (1) Negozju ppreżentat biex ikun depożitat għandu
jikkonforma mal-ħtiġiet kollha preskritti mill-Att u minn dawn ir-
regoli u miegħu iridu jinġabu:
(a) applikazzjoni fuq il-formola preskritta għar-
reġistrazzjoni ta’ dak in-negozju;
(b) id-dritt preskritt; u
(ċ) kull dokument jew skrittura li b’mod xieraq tkun
meħtieġa mir-Reġistratur.
(2) Il-preżentata ta’ negozju isir billi jiġi ddepożitat fir-
Reġistru.
(3) Min ikun qiegħed jiddepożita xi negozju għandu jibqa’
jistenna fir-Reġistru sakemm jiġi nfurmat jekk in-negozju ġiex
aċċettat għall-preżentata jew le.
Fejn iċ-ċertifikat 
ta’ art jew ipoteka 
irid jiġi prodott.
26. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att, ir-Reġistratur
għandu jirrifjuta li jaċċetta l-preżentata ta’ att li jirrikjedi li ssir xi
nota f’ċertifikat ta’ titolu, meta ċ-ċertifikat ta’ art jew ipoteka
relattiv ma jkunx dak il-ħin għad-disposizzjoni tar-Reġistratur.
Applikazzjoni għal 
riċerka uffiċjali.
27. (1) Applikazzjoni għal riċerka uffiċjali għandha ssir billi
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 7
timtela l-formola preskritta u tiġi ppreżentata lir-Reġistratur
flimkien mad-dritt preskritt.
(2) Ir-riżultat ta’ riċerka uffiċjali għandu jiġi ffirmat mir-
Reġistratur.
Drittijiet.
fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regoli.
Siġill.
Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regoli.
Formoli u avviżi 
preskritti.
Emendata:
A.L. 55 ta’ l-1982;
A.L. 7 ta’ l-1985;
A.L. 12 ta’ l-1995.
30. (1) Salv għal dak li hemm imsemmi fis-subregola (2), il-
formoli u l-avviżi preskritti għandhom jkunu skond il-forma murija
fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regoli u kull riferenza għal
formola preskritta għandha tiftiehem bħala riferenza għal formola
xierqa fl-imsemmija skeda kif muri hawn taħt:
1. Ċertifikat ta’ titolu ikun skond il-formola Nru. l.
1A. Ċertifikat ta’ Art ikun skond il-Formola Nru. 1A.
2. Applikazzjoni għal titolu reġistrat tkun skond il-
Formola Nru. 2.
3. Kawzjoni kontra l-ewwel reġistrazzjoni tkun skond il-
Formola Nru. 3.
4. Kawzjoni kontra trasferimenti b’titolu reġistrat tkun
skond il-Formola Nru. 4.
5. Irtirar ta’ kawzjoni tkun skond il-Formola Nru. 5.
6. Trasferiment ta’ titolu reġistrat ikun skond il-Formola
Nru. 6.
7. Ipoteka ta’ titolu reġistrat tkun skond il-Formola Nru.
7.
8. Trasferiment ta’ ipoteka reġistrata ikun skond il-
Formola Nru. 8.
9. Kanċellament ta’ ipoteka reġistrata jkun skond il-
Formola Nru. 9.
10. Pagament in parti ta’ kreditu ipotekarju reġistrat ikun
skond il-Formola Nru. 10.
11. Trasferiment ta’ titolu reġistrat wara bejgħ minħabba
ipoteka reġistrata jkun skond il-Formola Nru. 11.
12. Applikazzjoni sabiex tinbidel il-preċedenza ta’ ipoteki
reġistrati tkun skond il-Formola Nru. 12.
13. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala sid ta’ ipoteka
reġistrata mal-mewt ta’ sid tkun skond il-Formola Nru.
13.
14. Avviż għal preċedenza jkun skond il-Formola Nru. 14.
15. Avviż biex jiġi rtirat avviż ta’ preċedenza jkun skond
il-Formola Nru. 15.
16. Formola vojta għal att tkun skond il-Formola Nru. 16.
17. Formola ta’ anness tkun skond il-Formola Nru. 17.
18. Applikazzjoni biex wieħed jiġi reġistrat bħala sid mal-
8 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
mewt ta’ sid reġistrat tkun skond il-Formola Nru. 18.
19. Applikazzjoni għal korrezzjoni ta’ konfini tkun skond
il-Formola Nru. 19.
20. Applikazzjoni sabiex jiġi reġistrat sid ta’ titolu miksub
bi preskrizzjoni tkun skond il-Formola Nru. 20.
21. Applikazzjoni għal ħruġ ta’ ċertifikat jew dokument
minflok wieħed mitluf tkun skond il-Formola Nru. 21.
22. Taħrika biex persuna tattendi tkun skond il-Formola
Nru. 22.
23. Taħrika biex jinġiebu dokumenti tkun skond il-
Formola Nru. 23.
24. Avviż għal talba biex tagħti informazzjoni jkun skond
il-Formola Nru. 24.
25. Avviż ta’ talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti jkun
skond il-Formola Nru. 25.
26. Avviż li hemm il-ħsieb li titolu ta’ art jiġi reġistrat
ikun skond il-Formola Nru. 26.
27. Avviż lil parti interessata li hemm il-ħsieb li titolu ta’
art jiġi reġistrat ikun skond il-Formola Nru. 27.
28. Avviż li hemm il-ħsieb li tiġi aċċettata applikazzjoni
għal titolu akkwistat bi preskrizzjoni jkun skond il-
Formola Nru. 28.
29. Avviż li hemm il-ħsieb li jiġi reġistrat titolu ta’
pussess ta’ art ikun skond il-Formola Nru. 29.
30. Avviż li hemm il-ħsieb li tiġi korretta pjanta jew
dijagramma fuq ċertifikat ta’ titolu jkun skond il-
Formola Nru. 30.
31. Avviż li hemm il-ħsieb li jiġi sostitwit ċertifikat ikun
skond il-Formola Nru. 31.
32. Formola għal riċerka uffiċjali tkun skond il-Formola
Nru. 32.
33. Talba għal reġistrazzjoni tkun skond il-Formola Nru.
33.
34. Talba għal kopji tkun skond il-Formola Nru. 34.
35. Ċertifikat ta’ Ipoteka jkun skond il-Formola Nru. 35.
36. Applikazzjoni għal ċertifikat ta’ ipoteka kawzjonali
tkun skond il-Formola Nru. 36.
37. Ċertifikat ta’ ipoteka kawzjonali tkun skond il-
Formola Nru. 37.
(2) Kemm-il darba -
(a) il-karta li tintuża tkun ta’ daqs A4;
(b) l-informazzjoni mitluba tingħata kollha u fl-ordni
strett imsemmi fir-Raba’ Skeda li tinsab ma’ dawn ir-
regoli;
(ċ) f’każ li l-informazzjoni kollha ma tidħolx f’karta
waħda, il-firem preskritti għandhom jidhru fuq kull
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 9
faċċata;
(d) kull formola ta’ applikazzjoni li tista’ twassal għal
ħruġ ta’ ċertifikat irid ikun fiha -
(i) elenku tad-dokumenti li jiġu preżentati ma’ l-
applikazzjoni; u
(ii) dikjarazzjoni b’dan il-kliem: "Jiena hawn taħt
iffirmat niddikjara li kull ma jinsab f’din il-
formola sa fejn naf jien huwa veru, u li jiena
ivverifikajt id-dokumenti rilevanti, u ma hemm
ebda fatt li jien naf bih li hu kuntrarju għal dak
miġjub fid-dokumenti.",
id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli jitqiesu bħala li ġew imħarsa.
(3) Ir-Reġistratur għandu l-poter li jekk hekk ikun jidhirlu
xieraq, huwa jista’ jirriproduċi b’mekkaniżmu fotostatiku u/jew
komputerizzat kull formola, pjanta tas-sit, pjanta dettaljata u kull
informazzjoni oħra lilu mogħtija sabiex tmtuża bħala ċertifikat kif
preskritt b’dawn ir-regoli sakemm dawn id-dokumenti jkollhom is-
siġill u l-firma tar-Reġistratur.
10 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
Emendata:
A.L. 55 ta’ l-1982;
A.L. 7 ta’ l-1985.
L-EWWEL SKEDA
(Regola 30)
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 11
12 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 13
14 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 15
16 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 17
18 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 19
20 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 21
22 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 23
24 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 25
26 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 27
28 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 29
30 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 31
32 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 33
34 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 35
36 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 37
38 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 39
40 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 41
42 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 43
44 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 45
46 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 47
48 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 49
50 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 51
52 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 53
54 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 55
56 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 57
58 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 59
60 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 61
62 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 63
64 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 65
66 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 67
68 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 69
70 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 71
72 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 73
74 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 75
76 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 77
Tariffa
IT-TIENI SKEDA Emendata:A.L. 7 ta’ l-1985.
Sostitwita:
A.L. 212 ta’ l-1990.
(Regola 28)
Servizz Dritt
1. Applikazzjoni għal titolu reġistrat ........................................ Lm20.00,0
2. Preżentata ta’ kull negozju għar-reġistrazzjoni jew
applikazzjoni dwar titolu reġistrat barra minn trasferiment jew
ipoteka .............................................................................................
Lm6.00,0
3. Preżentata ta’ kull trasferiment (ad valorem) -
sa Lm5,000 ................................................................... Lm6.00,0
’il fuq minn Lm5,000 sa Lm10,000 ................................ Lm8.00,0
’il fuq minn Lm10,000 sa Lm20,000 .............................. Lm12.00,0
’il fuq minn Lm20,000 sa Lm30,000 .............................. Lm16.00,0
’il fuq minn Lm30,000 sa Lm40,000 .............................. Lm20.00,0
Għal kull Lm10,000 addizzjonali jew parti minnhom ............ Lm4.00,0
4. Preżentata ta’ kull ipoteka (ad valorem)
sa Lm5,000 ................................................................... Lm6.00,0
’il fuq minn Lm5,000 sa Lm10,000 ................................ Lm8.00,0
’il fuq minn Lm10,000 sa Lm20,000 .............................. Lm10.00,0
’il fuq minn Lm20,000 sa Lm30,000 .............................. Lm12.00,0
Għal kull Lm10,000 addizzjonali jew parti minnhom ............ Lm2.00,0
5. Preżentata ta’ kawzjoni ........................................................ Lm6.00,0
6. Preżentazzjoni ta’ avviż għal preċedenza .............................. Lm4.00,0
7. Irtirar ta’ kawzjoni jew avviż għal preċedenza ...................... Lm2.00,0
8. Kopji -
Kopja ta’ ċertifikat ta’ titolu .......................................... Lm1.00,0
Kopja ta’ applikazzjoni, negozju jew att, kull faċċata ..... Lm0.20,0
Kopja ta’ xi pjanta, kull faċċata "A4" ............................. Lm0.40,0
Kopja f’kull każ ieħor, kull faċċata ................................ Lm0.20,0
9. Formoli tar-Reġistru ta’ l-Artijiet (kull formola) ................... Lm0.10,0
10. Spezzjoni ta’ xi reġistru jew dokument miżmum għand ir-
Reġistratur .......................................................................................
Lm2.00,0
11. Tfittxija uffiċjali .................................................................. Lm2.00,0
78 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
IT-TIELET SKEDA
(Regola 29)
Siġill tar-Reġistru ta’ l-Artijiet
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 79
FORMOLI
FORMOLA A
Li tintuża minflok il-Formoli 2, 6, 11, 18, 20 li tinkorpora ukoll il-Formola 33, u
tiġi sottomessa duplikata.
------------------------------------------------------------------------------------------
APPLIKAZZJONI GĦAL TITOLU
(Ħalli spazju għall-użu uffiċjali)Nru. LR-A:
Data:
Ħlas:
Riċevitur:
------------------------------------------------------------------------------
Niżżel hawn ix-xorta ta’ l-applikazzjoni:
L-ewwel Reġistrazzjoni
Trasferiment ta’ Titolu Reġistrat
Trasferiment Parzjali ta’ Titolu Reġistrat
Applikazzjoni għal reġistrazzjoni wara l-mewt ta’ sid registrat
Preskrizzjoni ta’ titolu reġistrat.
--------------------------------------------------------------------------------
1. Deskrizzjoni tal-proprjetà , b’riferenza għal kull dettal li jidher fuq il-pjanta.
Din id-deskrizzjoni sservi bħala l-bażi taċ-ċertifikat u għalhekk għandha tkun eżatta
f’kull dettal. 
Ibda mill-belt jew raħal, kompli bit-triq jew kontrada, numru jew kif
imsejħa, u kejl f’każ li dan huwa applikabbli.
F’kull każ apparti applikazzjoni għal l-ewwel reġistrazzjoni, niżżel in-
numru taċ-ċertifikat ta’ titolu li jkun ser jiġi trasferit. F’każ ta’ trasferiment ta’
applikazzjoni pendenti, niżżel in-numru ta’ l-applikazzjoni li qed tiġi trasferita.
---------------------------------------------------------------------------------
2. Konnotati dwar it-trasferent:
(a) l-isem, kunjom, isem il-missier, l-istat matrimonjali u isem ir-raġel jew
il-mara fejn hu l-każ;
(b) jekk il-proprjetà  hijiex tal-komunjoni, assi partikolari jew tar-residwu;
(ċ) is-sehem trasferit.
--------------------------------------------------------------------------------
3. L-istess dettalji ta’ min qed jakkwista.
------------------------------------------------------------------------------
4. Kull restrizzjoni fuq it-titolu inklużi ċnus, servitujiet jew piżijiet oħra.
IR-RABA’ SKEDA Miżjuda:A.L. 12 ta’ l-1995.
(Regola 30(2))
80 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
-------------------------------------------------------------------------------
5. Il-bażi ta’ l-applikazzjoui: per eżempju, kuntratt jew sentenza. Għandhom
jingħataw id-dettalji dwar min ippubblika l-att u d-dati rilevanti.
--------------------------------------------------------------------------------
6. Valur jew konsiderazzjoni.
-------------------------------------------------------------------------------
7. Lista tad-dokumenti preżentati ma’ l-applikazzjoni.
--------------------------------------------------------------------------------
8. Dikjarazzjoni mill-partijiet għat-terminu tar-regola 30(2)(d)(ii) tar-Regoli
dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Artijiet. Din tista’ timtela minn wieħed mill-applikanti
jew minnhom kollha, jew min-Nutar jew persuna legali li taġixxi għan-nom tal-
partijiet.
-------------------------------------------------------------------------------
FORMOLA B
Li tintuża minflok il-Formoli 7 u 36 li tinkorpora ukoll il-Formola 33, u tiġi
sottomessa duplikata.
------------------------------------------------------------------------------
APPLIKAZZJONI GĦAL IPOTEKA JEW IPOTEKA KAWZJONALI
(Ħalli spazju għall-użu uffiċjali)Nru. LR-A:
Data:
Ħlas:
Riċevitur:
--------------------------------------------------------------------------------
Niżżel hawn ix-xorta ta’ l-applikazzjoni:
Ipoteka
Ipoteka Kawzjonali
-------------------------------------------------------------------------------
1. Deskrizzjoni tal-proprjetà  milquta: Ara Formola A
--------------------------------------------------------------------------------
2. Kreditur: Ara Formola A għad-dettalji tat-trasferrent
--------------------------------------------------------------------------------
3. Debitur: Ara Formola A
-------------------------------------------------------------------------------
4. Kondizzjonijiet marbuta mal-kreditu
-------------------------------------------------------------------------------
5. Ammont ipotekat
--------------------------------------------------------------------------------
6. Elenku tad-dokumenti preżentati ma’ l-applikazzjoni
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.01 81
-------------------------------------------------------------------------------
FORMOLA Ċ
Li tintuża minflok il-Formoli 8, 9, 10, 12, 13, 14 u 15 li tinkorpora ukoll il-
Formula 33, u tiġi sottomessa duplikata.
--------------------------------------------------------------------------------
APPLIKAZZJONI B’RlFERENZA GĦAL IPOTEKA JEW IPOTEKA
KAWZJONALI
(Ħalli spazju għall-użu uffiċjali)Nru. LR-A:
Data:
Ħlas:
Riċevitur:
-------------------------------------------------------------------------------
1. Niżżel in-Numru taċ-Ċertifikat ta’ Ipoteka flimkien man-Nru. taċ-Ċertifikat
ta’ Titolu jew taċ-Ċertifikat ta’ Ipoteka Kawzjonali flimkien man-numru ta’ l-
applikazzjoni milquta mill-Ipoteka Kawzjonali.
---------------------------------------------------------------------------------
2. Niżżel l-informazzjoni li tixtieq li titniżżel fuq iċ-ċertifikat ta’ Ipoteka jew
ta’ Ipoteka Kawzjonali b’mod li jiġi rifless dak miftiehem bejn il-partijiet. F’dawn
id-dettalji għandhom jitniżżlu l-konnotati tal-partijiet li jidħlu għal dan il-ftehim.
----------------------------------------------------------------------------------
3. Niżżel id-dokumenti preżentati ma’ l-applikazzjoni.
---------------------------------------------------------------------------------
FORMOLA D
Li tintuża minflok il-Formoli 3 u 4 li tinkorpora ukoll il-Formola 33, u tiġi
sottomessa duplikata.
-------------------------------------------------------------------------------
KAWZJONI
(Ħalli spazju għall-użu uffiċjali)Nru. LR-A:
Data:
Ħlas:
Riċevitur:
--------------------------------------------------------------------------------
1. Deskrizzjoni tal-proprjetà  (ara Formola A) inklużi titoli milquta
---------------------------------------------------------------------------------
2. Dettalji ta’ min jagħmel il-kawzjoni (ara Formola A)
---------------------------------------------------------------------------------
3. Raġunijiet għaliex qed issir il-kawzjoni (ara Formola A)
---------------------------------------------------------------------------------
82 L.S.296.01 ħ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
4. Dettalji ta’ min, fl-opinjoni ta’ l-applikant, għandu jiġi notifikat b’din il-
kawzjoni, inkluż indirizz postali li jista’ jkun magħruf
----------------------------------------------------------------------------------
5. Elenku tad-dokumenti preżentati ma’ l-applikazzjoni
--------------------------------------------------------------------------------
FORMOLA E
Li tintuża minflok il-Formola 32.
---------------------------------------------------------------------------------
TALBA GĦAL RIĊERKA UFFlĊJALI U/JEW INFORMAZZJONI
(Ħalli spazju għall-użu uffiċjali)Nru. LR-A:
Data:
Ħlas:
Riċevitur:
--------------------------------------------------------------------------------
1. Deskrizzjoni tal-proprjetà  (ara Formola A)
--------------------------------------------------------------------------------
2. Elenku tal-mistoqsijiet li dwarhom tixtieq risposta
-----------------------------------------------------------------------------------
3. Niżżel tridx ir-risposta bil-posta (agħti l-indirizz) jew jekk ser tiġborha inti
stess niżżel il-persuna/i li għandhom dritt jiġbru l-informazzjoni.
--------------------------------------------------------------------------------
4. Ħalli spazju għar-risposta, firma tar-Reġistratur u data.
---------------------------------------------------------------------------------
