PREŻENTAZZJONI TA’ PJANTI GĦAL SKOP TA’ 
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 296.08
REGOLI DWAR IL-PREŻENTAZZJONI TA’ PJANTI 
GĦAL SKOP TA’ REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
2 ta’ Mejju, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 43 ta’ l-1994, kif emendat bl-Avviżi Legali 179 ta’ l-
1994 u 187 ta’ l-1995.
Titolu.
Preżentazzjoni ta’ Pjanti għal skop ta’ Reġistrazzjoni ta’ Artijiet.
Preżentazzjoni ta’ 
pjanti.
Emendata:
A.L. 187 ta’ l-
1995.
2. (1) Kull applikazzjoni li tiġi ppreżentata fir-Reġistru ta’ l-
Artijiet għandha tkun tinkludi ż-żewġ pjanti speċifikati hawn aktar
’il quddiem.
(2) Waħda mill-pjanti għandha tkun fuq skala 1:2,500 li turi s-
sit eżatt, u mhux sempliċement indikazzjoni tas-sit. Din il-pjanta
għandu jkun fiha dan it-tagħrif:
(a) indikazzjoni tat-Tramuntana; u
(b) id-distanza mill-eqreb kantuniera jew indikatur ieħor
fiss, bħal knisja jew torn.
Dik il-pjanta, li tiġi ppreżentata fuq karta ta’ qies A4,
għandha tittieħed minn fuq l-aħħar survey sheets ta’ l-1987, u fejn
ikun il-każ għandhom jiġu indikati l-iSchemes.
(3) Għandha tiġi ppreżentata pjanta dettaljata oħra li tkun turi
x-xorta u l-estensjoni tad-drittijiet li jkollu min japplika. Dawk id-
dettalji jridu jkunu eżatti u mhux sempliċement indikazzjonijiet u
ma hemmx bżonn li jintwera t-tqassim intern (kmamar, eċċ.), iżda
block p1an tkun biżżejjed. Din il-pjanta għandu jkollha dan it-
tagħrif:
(a) l-iskala li qed tintuża (għandu jkun hemm scale bar
orizzontali u oħra vertikali fil-pjanta);
(b) il-qies tal-faċċata u l-fond, u f’każ ta’ ħitan irregolari,
il-qisien tagħhom ukoll;
(ċ) l-area totali, fejn ikun il-każ; u
(d) indikazzjoni tas-sular li fih tkun qiegħda l-proprjetà .
Dik il-pjanta għandha tkun fuq karta ta’ qies A4 jew A3, u
għandhom jintużaw dawn il-kuluri:
(i) Aħmar - meta min japplika jkun is-sid.
(ii) Isfar - partijiet komuni.
(iii) Aħdar - partijiet soġġetti għal servitujiet u
drittijiet ġenerali ta’ terzi, bħal dritt ta’ passaġġ.
(iv) Kannella - meta s-servitù  jista’ jiġi speċifikat,
bħal meta jkun hemm dritt ta’ passaġġ
b’pożizzjoni partikolari.
(v) Ikħal - Drittijiet oħra mhux speċifikati hawn fuq:
Iżda għandha tingħata wkoll legend dwar il-kuluri użati.
2 L.S.296.08 ħ
PREŻENTAZZJONI TA’ PJANTI GĦAL SKOP TA’ 
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
(4) Il-pjanti msemmija fis-subregoli (2) u (3) għandhom jiġu
ffirmati minn min japplika u jiġu ċertifikati minn perit fis-sens li
huwa mmarka t-tagħrif kollu mogħti lilu.
Pjanti uffiċjali.
Miżjuda:
A.L. 179 ta’ l-
1994.
Emendata:
A.L. 187 ta’ l-
1995.
3. (1) Ma’ kull applikazzjoni jew talba għal riċerka uffiċjali
għandha tintehmeż pjanta fuq il-mudell muri fl-Iskeda li tinsab ma’
dawn ir-regoli.
(2) F’każ ta’ applikazzjoni, jekk il-parti tal-pjanta li hija
murija bi skala akbar minn 1:2500 tkun tippermetti, l-applikant
jista’ juża l-pjanta msemmija fis-subregola (1) għall-għanijiet u
ħtiġiet tar-regola 2(2) u (3):
Iżda meta ma jkunx possibbli illi d-dettalji meħtieġa bir-
regola 2(3) jintwerew b’mod ċar, għandha tintehmeż pjanta
dettaljata ta’ l-istess li tissupplixxi d-dettalji meħtieġa fuq il-pjanta
uffiċjali, basta din ma tkunx ta’ daqs akbar minn A1.
(3) Il-pjaati msemmija fis-subregola (1) jinkisbu bi ħlas ta’
Lm1 kull pjanta hekk kif jintalbu mir-Reġistru ta’ l-Artijiet bejn it-
8.00 a.m. u l-11.00 a.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
(4) Kull min hu interessat jista’ jagħmel kopji tal-pjanta
imsemmija fis-subregola (1), kemm-il darba l-pjanta sottomessa
mar-riċerka uffiċċjali u/jew ma’ l-applikazzjoni tkun il-pjanta
oriġinali mixtrija mir-Reġistru ta’ l-Artijiet. Dak l-oriġinal għandu
jkun fih il-marki, kuluri, qisien u informazzjoni kollha mitluba
b’dawn ir-regoli.
(5) Il-pjanta oriġinali, kompletata mill-perit, jew taħt is-
superviżjoni tiegħu, għandha tiġi ffirmata bil-blu mill-perit, u
taħtha jitpoġġa t-timbru tiegħu jew jikteb ismu b’ittri kbar taħt il-
firma tiegħu.
PREŻENTAZZJONI TA’ PJANTI GĦAL SKOP TA’ 
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET ġ L.S.296.08 3
Pjanta uffiċjali
SKEDA Miżjuda:A.L. 179 ta’ l-1994.
(Regola 3)
4 L.S.296.08 ħ
PREŻENTAZZJONI TA’ PJANTI GĦAL SKOP TA’ 
REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
