QSIM TA’ WIRT ġ L.S.308.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 308.01
REGOLAMENTI DWAR IL-QSIM TA’ WIRT
31 ta’ Lulju, 1984
L-AVVIŻ LEGALI 35 ta’ l-1984.
Titolu.
Qsim ta’ Wirt.
Skritturi.
Kap. 12.
Kap. 308.
2. Id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Taqsima I tat-Tieni
Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili barra mill-
artikolu 178 tiegħu, u ta’ kull regolament magħmul bis-saħħa
tiegħu għandhom mutatis mutandis japplikaw għal skritturi u atti
oħra ta’ proċedura ppreżentati fit-Tribunal ta’ Arbitraġġ dwar il-
Qsim ta’ Wirt jew quddiemu safejn dawk id-disposizzjonijiet ikunu
jaqblu ma’ l-Att li jirregola l-Qsim ta’ Wirt jew ma’ kull
regolament magħmul bis-saħħa tiegħu.
X’ikun fih rikors.
(a) dikjarazzjoni ċara u fil-qosor tal-fatti, mingħajr
referenza għal awtoritajiet:
(i) kull fatt għandu jiġi dikjarat f’paragrafu separat;
(ii) kull paragrafu għandu jkun numerat u ssir fih
referenza espressa għal kull dokument jew prova
oħra li tolqot dawk il-fatti;
(b) it-talba li għandha tiddikjara b’mod ċar u korrett l-
għan tagħha.
Preżentata ta’ 
rikors.
4. (a) Ir-rikors jista’ jiġi ppreżentat fir-Reġistru tat-Tribunal
mir-rikorrent jew minn wieħed mir-rikorrenti, u l-fatti
li jiġu dikjarati fih għandhom jiġu dikjarati bil-
ġurament quddiem ir-Reġistratur.
(b) Ir-rikors għandu jkun iffirmat fit-tarf tiegħu mir-
rikorrenti jew mill-persuna li tkun b’mod xieraq qed
taġixxi minflokhom.
Dokumenti 
jingħataw mar-
rikors.
5. (1) Ir-rikorrent għandu, flimkien mar-rikors, iġib dawk id-
dokumenti kollha b’sustenn għat-talba tiegħu li hu jkun jista’ jġib.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  tas-subregolament (1), ir-
rikorrent għandu, mar-rikors, iġib:
(i) iċ-ċertifikat tal-mewt tal-persuna li mingħandha
jkun ġej il-wirt;
(ii) iċ-ċertifikat mir-Reġistru Pubbliku u mill-Qrati
li juru t-testment jew it-testmenti li jirregolaw
is-suċċessjoni tal-persuna li mingħandha jkun
ġej il-wirt jew li dik il-persuna mietet mingħajr
testment, skond il-każ;
(iii) kopja ta’ kull testment li jirregola s-suċċessjoni
tal-persuna li mingħandha jkun ġej il-wirt;
(iv) meta s-suċċessjoni tkun dikjarata miftuħa favur
xi persuna mis-Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili jew
2 L.S.308.01 ħ QSIM TA’ WIRT
mill-Qorti ta’ Gurisdizzjoni Volontarja
f’Għawdex, kopja awtentika tad-digriet li
jiddikjara l-ftuħ ta’ dik is-suċċessjoni;
(v) dikjarazzjoni li turi s-sehem tal-wirt li jkun
imissu kull wieħed mill-komproprjetarji;
(vi) arblu ġeneoloġiku li juri r-relazzjoni bejn il-
komproprjetarji tal-beni li għandhom jinqasmu
mal-persuni li mingħandha jkun ġej il-wirt, u
meta xi ħadd mill-komproprjetarji jew il-
proprjettarji kollha ma jkollhomx dik ir-
relazzjoni dikjarazzjoni ta’ dak il-fatt;
(vii) lista tal-beni kollha li jridu jinqasmu, u fil-każ
ta’ beni mmobbli deskrizzjoni tagħhom flimkien
ma’ pjanta li turi l-lok u l-area ta’ dawk il-beni;
(viii) ċertifikat maħruġ mill-Kummissarju tat-Taxxi
Nterni li t-taxxa tal-mewt fuq il-wirt tkun
tħallset jew li l-wirt ma jkunx suġġett għat-taxxa
taħt l-Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u tad-
Donazzjoni.
(3) Meta xi persuna tonqos li ġġib xi dokument skond dan ir-
regolament, din ma tkunx tista’ mingħajr il-permess tat-Tribunal
iġġib dak id-dokument fi stadju iktar tard tal-proċedimenti.
Kif  jinġiebu 
dokumenti.
6. (1) Id-dokumenti msemmija fir-regolament 5 għandu
jkollhom magħhom nota li turi x-xorta ta’ dawk id-dokumenti u l-
prova partikolari li tkun maħsuba li tinġieb bihom.
(2) Dik in-nota għandha tiġi notifikata lill-parti l-oħra.
(3) Dan ir-regolament għandu japplika fil-każijiet kollha fejn
jinġiebu dokumenti.
Xi jkun fiha 
risposta.
7. (1) Meta l-intimat ma jkunx fi ħsiebu 1i jammetti t-talba
tar-rikorrent għal kollox ir-risposta tiegħu għandu jkun fiha:
(a) kull eċċezzjoni li titqies li tkun ġiet rinunzjata jekk ma
titqajjimx qabel il-kontestazzjoni tal-kawża;
(b) (i) ċaħda, jew ammissjoni jew spjegazzjoni taċ-
ċirkostanzi tal-fatt imniżżel fir-rikors;
(ii) id-disposizzjonijiet tar-regolament 3(a)(i) u (ii)
għandhom japplikaw għal dan is-sub-paragrafu;
(ċ) dikjarazzjoni ċara u fil-qosor ta’ l-eċċezzjonijiet fuq
il-mertu tat-talba mingħajr referenza għal awtoritajiet;
u
(d) it-ta1ba ta’ l-intimati.
(2) L-intimat għandu jġib dawk id-dokumenti kollha b’sustenn
għall-kontenzjonjiet tiegħu li hu jkun jista’ jġib.
(3) Id-dokumenti kollha b’sustenn għall-eċċezzjonijiet
għandhom jinġiebu flimkien mar-risposta, u meta xi dokument bħal
dak ma jinġiebx ma jkunx jista’ jinġieb fi stadju iktar tard tal-
proċedimenti mingħajr il-permess tat-Tribunal.
Fejn ma jkunx 
hemm qbil.
8. Il-partijiet jistgħu, bil-permess tat-Tribunal, b’nota
jiddikjaraw kull punt fejn ma jaqblux mal-kontenut ta’ skritturi,
QSIM TA’ WIRT ġ L.S.308.01 3
ma’ dokumenti ppreżentati magħhom u mal-kontenut tan-noti li
jkunu diġà  ġew ppreżentati.
Preżentata ta’ 
risposta.
9. Id-disposizzjonijiet tar-regolament 4 dwar ir-rikors
għandhom japplikaw ukoll għar-risposta.
Lista ta’ xhieda.
mir-rikorrent u mill-intimat rispettivament lista ta’ l-ismijiet tax-
xhieda li l-parti tkun bi ħsiebha ġġib, inkluż it-taħrika tal-parti l-
oħra, fejn tiddikjara dwar kull wieħed minnhom il-prova li tkun bi
ħsiebha tistabbilixxi bix-xhieda tagħhom.
Ammissjoni ta’ 
talba.
11. Meta l-intimat ikun bi ħsiebu jammetti t-talba għal kollox u
mingħajr kondizzjoni jkun biżżejjed li hu jippreżenta n-nota f’dan
is-sens.
Notifika ta’ 
risposta.
12. Kopja tar-risposta flimkien mad-dokumenti u n-noti li
jkunu ppreżentati magħhom għandha tiġi notifikata lil kull wieħed
mir-rikorrenti.
Xhieda.
lista msemmija fir-regolament 10, kemm-il darba t-Tribunal ma
jkunx sodisfatt li x-xhud ma kienx magħruf għall-parti meta jkun
ġie ppre,żentat ir-rikors jew ir-risposta, skond il-każ, jew li l-ħtieġa
li jinġieb ix-xhud tinqala’ f’xi żmien wara li jkun ġie ppreżentat ir-
rikors jew ir-risposta.
Data tas-smigħ.
Kap. 308.
14. (1) Meta ż-żmien għall-preżentata tar-risposta jagħlaq jew
qabel jekk l-intimati kollha jkunu ppreżentaw ir-risposta għar-
rikors, jew meta kawża tintbagħat lit-Tribunal skond l-artikolu 9 ta’
l-Att li jirregola l-Qsim ta’ Wirt, it-Tribunal għandu jiffissa data
għas-smigħ tal-kawża u s-Segretarju għandu jieħu ħsieb li lista tal-
kawżi li jkunu ser jinstemgħu f’seduta partikolari tat-Tribunal
titwaħħal fir-Reġistru tat-Tribunal.
Kap. 12.
Proċedura Ċivili għandu japplika għal-lista msemmija fis-
subregolament (1).
(3) Is-Segretarju għandu jieħu ħsieb li l-partijiet jiġu notifikati
b’avviż tal-jum stabbilit għas-smigħ mill-anqas jumejn tax-xogħol
qabel il-jum hekk stabbilit.
Drittijiet.
Kap. 12.
15. Id-drittijiet imniżżlin fl-Iskedi li jinsabu mal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom mutatis mutandis
japplikaw għad-drittijiet li jkollhom jitħallsu lir-Reġistru tat-
Tribunal u lill-avukati, inklużi persuni li b’mod xieraq
jirrappreżentaw lill-partijiet fil-proċedimenti, dwar kawżi quddiem
it-Tribunal, u għall-fini ta’ dan ir-regolamert it-Tribunal ta’
Arbitraġġ dwar il-Qsim ta’ Wirt għandu jitqies li hu qorti superjuri.
