﻿KONTROLL TAL-MEDIĊINI ġL.S.31.18 1 
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 31.18 
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL 
TAL-MEDIĊINI 
2 ta’ Awissu, 1985 
L-AVVIŻ LEGALI 22 ta’ l-1985, kif emendat bl-Avviżi Legali: 65 ta’ l- 
1986, 26 ta’ l-1987, 70 ta’ l-1988, 34 u 103 ta’ l-1989, 173 ta’ l-1994, 78 
ta’ l-1998 u 183 ta’ l-1999. 
Titolu. 1. It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar il- 
Kontroll tal-Mediċini. 
Tifsir. 2. F’dawn ir-Regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem 
ma teħtieġx xort’oħra - 
Kap. 258. 
"karta ta’ l-identità" tfisser karta ta’ identità valida maħruġa 
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Karti ta’ l-Identità u ta’ 
kull regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu; 
"mediċina ristretta" tfisser kull waħda minn dawk il-mediċini 
jew sustanzi kimiċi mniżżlin fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dawn ir- 
Regolamenti; 
"mediċina speċifikata" tfisser kull waħda minn dawk il-mediċini 
jew sustanzi kimiċi speċifikati fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dawn 
ir-Regolamenti; 
"reġistru" tfisser ktieb illegat b’paġni numerati wara xulxin, iżda 
ma tinkludi ebda xorta ta’ reġistru bil-folji sfużi jew indiċi talcards; 
"Suprintendent" tfisser is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika. 
Importazzjoni, 
eċċ., ta’ mediċini 
ristretti trid tkun 
awtorizzata b’mod 
speċjali. 
3. (1) Ebda persuna ma tista’ timporta, timmanifattura, 
tesporta, tixtri, tbiegħ, tuża jew ikollha fil-pussess tagħha xi 
mediċina ristretta mingħajr awtorizzazzjoni speċjali bil-miktub 
mis-Suprintendent. 
(2) Is-Suprintendent ma għandux jagħti l-awtorizzazzjoni 
speċjali biex tintuża xi mediċina ristretta ħlief f’każijiet speċjali 
għall-għanijiet xjentifiċi jew għall-għanijiet mediċi limitati ħafna fi 
stabbilimenti mediċi jew xjentifiċi taħt il-kontroll tal-gvern jew 
approvati b’mod speċjali mis-Suprintendent, li jkollu s-setgħa li 
jimponi f’kull awtorizzazzjoni kull kondizzjoni jew ħtieġa li 
jidhirlu xierqa li jimponi bil-ħsieb li jevita kull abbuż. 
(3) Is-Suprintendent jista’ f’kull żmien, mingħajr ma jagħti 
ebda raġuni, jirtira kull awtorizzazzjoni mogħtija minnu skond issub-
regolament (1) ta’ dan ir-regolament. 
(4) Kull persuna li tkun ġiet awtorizzata skond is-subregolament 
(l) ta’ dan ir-regolament għandha żżomm dawk irreġ
istri li jkunu meħtieġa skond it-Tielet Skeda li tinsab ma’ dawn 
ir-Regolamenti dwar il-manifattura, l-akkwist u/jew it-tneħħija ta’ 
mediċini ristretti, f’liema reġistri għandhom jitniżżlu d-dettalji 
dwar dawk il-mediċini. Kull reġistrazzjoni għandha tkun iffirmata, 
mill-persuna awtorizzata taħt is-sub-regolament (1), fi żmien

2 L.S.31.18ħ KONTROLL TAL-MEDIĊINI 
erbgħa u għoxrin siegħa ta’ kull transazzjoni jew proċess, u kull 
reġistru għandu jinżamm biex jista’ jiġi spezzjonat mis- 
Suprintendent jew mir-rappreżentant tiegħu għal mill-anqas sentejn 
wara d-data li fiha tkun ġiet imniżżla l-aħħar reġistrazzjoni. 
(5) Kull reġistrazzjoni fir-reġistru għandha ssir bl-inka jew 
b’xi materjal ieħor li ma jitħassarx u għandha ssir fl-istess ġurnata 
li fiha tkun saret kull transazzjoni, tkun xi tkun, jew, meta dan ma 
jkunx jista’ jsir, fil-ġurnata ta’ wara. 
(6) Kull reġistru wżat jew li jkun qed jintuża dwar xi post 
partikolari ma għandux jintuża wkoll dwar xi post ieħor jew għal xi 
għan ieħor barra minn dak ta’ dan ir-regolament. 
(7) Ebda reġistrazzjoni fir-reġistru msemmi fl-aħħar subregolamenti 
qabel dan ta’ dan ir-regolament ma għandha tiġi 
kanċellata, mħassra jew mibdula jew tiġi mniżżla b’xi 
partikolaritajiet li ma jkunux veri: 
Iżda jekk isir xi żball f’xi reġistrazzjoni, dak l-iżball 
għandu jiġi korrett bil-mezz ta’ nota fil-marġini jew f’tarf il-paġna, 
liema nota għandu jkun fiha l-korrezzjoni meħtieġa u d-data tannota. 
(8) Ebda persuna ma tista’ tneħħi xi mediċina ristretta ħlief 
għal persuni li jkunu awtorizzati b’mod speċjali li jkollhom jew 
jużaw dawk il-mediċini. 
Transazzjonijiet 
dwar mediċini 
speċifikati li 
għandhom jiġu 
reġistrati. 
4. (1) Kull persuna li jkollha liċenza jew tkun awtorizzata li 
timmanifattura, timporta, tbiegħ, tipprovdi, tqassam, jew tagħti xi 
mediċina speċifikata, sew jekk fil-linja tal-kummerċ jew 
professjoni tagħha jew bħala medikament meta tiġi preżentata 
riċetta għandha żżomm dawk ir-reġistri li jkunu meħtieġa biex ikun 
jidher li tkun saret dik it-transazzjoni dwar il-manifattura, 
importazzjoni, xiri, bejgħ, provvista, tqassim jew għoti ta’ xi 
mediċina speċifikata. 
(2) (i) Ebda persuna ma tista’ timporta, taħżen jew tbiegħ xi 
mediċina speċifikata bl-ingrossa kemm-il darba ma 
jkollhiex liċenza speċifika għal hekk mingħand is- 
Suprintendent. 
(ii) Ma għandha tinħareġ ebda liċenza għall-finijiet talparagrafu 
ta’ qabel dan kemm-il darba l-mediċina jew 
il-mediċini li dwarhom tkun inħarġet ma jkunux taħt 
ir-responsabbiltà diretta ta’ spiżjar. 
(3) Kull mediċina speċifikata fabbrikata, importata, esportata, 
mixtrija, mibjugħa, provduta, imqassma jew mogħtija għandha 
titniżżel fir-reġistru fil-forma murija b’dak it-tibdil skond ma 
jeħtieġu ċ-ċirkostanzi, u b’dawk il-partikolaritajiet kif murija fit- 
Tielet Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti u kif japplikaw 
għall-każ. 
(4) Kull reġistrazzjoni għandha ssir bl-inka jew b’materjal 
ieħor li ma jitħassarx u għandha ssir fl-istess ġurnata meta ssir ittransazzjoni, 
l-għoti jew il-proċess, jew, meta dan ma jkunx 
possibbli, fil-ġurnata ta’ wara. 
(5) Kull reġistru wżat jew fl-użu dwar xi post partikolari ma

KONTROLL TAL-MEDIĊINI ġL.S.31.18 3 
għandux jintuża wkoll dwar xi post ieħor jew għal xi għan ieħor 
barra minn dak ta’ dan ir-regolament. 
(6) Ebda reġistrazzjoni fir-reġistru msemmi fis-sub-regolament 
ta’ qabel ta’ dan ir-regolament ma għandha tiġi kanċellata, mħassra 
jew mibdula jew titniżżel b’xi partikolaritajiet li ma jkunux veri: 
Iżda jekk isir xi żball f’xi reġistrazzjoni, dak l-iżball 
għandu jiġi korrett permezz ta’ nota fil-marġini jew f’tarf il-paġna, 
liema nota għandu jkollha l-korrezzjoni meħtieġa u d-data tan-nota. 
(7) Ebda persuna ma tista’ tesporta xi mediċina speċifikata 
mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tas-Suprintendent. 
(8) Fil-każ ta’ importazzjoni jew esportazzjoni ta’ mediċini 
speċifikati, is-Suprintendent ikollu s-setgħa li jordna l-proċedura li 
għandha tittieħed u d-dettalji li għandhom jingħataw ma’ l-applikazzjoni 
relattiva, u jista’ wkoll, qabel ma joħroġ awtorizzazzjoni 
għall-esportazzjoni, jitlob li tinkiseb l-awtorizzazzjoni tal-pajjiż li 
jkun ser jimporta. 
(9) Is-Suprintendent jista’ jipprojbixxi, jew xort’oħra 
jirrestrinġi, l-importazjoni ta’ kull mediċina speċifikata jekk ikun 
jidhirlu li hekk meħtieġ fl-interess pubbliku. 
Pussess ta’ 
mediċini 
speċifikati. 
Kap. 31. 
5. (1) Ebda persuna, jekk ma tkunx awtorizzata kif imiss, ma 
jista’ jkollha fil-pussess tagħha xi mediċina speċifikata. 
(2) Għall-għan ta’ dan ir-regolament, persuna titqies li hi 
awtorizzata kif imiss jekk isimha jkun imniżżel fir-Reġistru 
Mediku, fir-Reġistru tal-Kirurgi-Dentisti, jew fir-Reġistru tal- 
Veterinarji, jew jekk tkun spiżjar diriġent, jew ikollha liċenza 
maħruġa mis-Suprintendent skond l-artikolu 89 ta’ l-Ordinanza 
dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom 
x’jaqsmu magħha, jew tkun kisbet dik il-mediċina bis-saħħa ta’ 
riċetta medika, jew xort’oħra skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir- 
Regolamenti: 
Iżda, dwar persuna awtorizzata bis-saħħa ta’ riċetta medika, 
dik ir-riċetta ma għandhix titqies li hi valida jekk, fil-ħin li tiġi 
riċevuta dik ir-riċetta, dik il-persuna kienet taħt il-kura ta’ tabib 
ieħor u kienet qed tirċievi dawk il-mediċini speċifikati bis-saħħa ta’ 
riċetta mingħand dak it-tabib l-ieħor u ma kenitx għarrfet lil min 
għamel ir-riċetta b’dan l-fatt. 
Tiżmim fiż-żgur 
ta’ mediċini 
ristretti u 
sprċifikati. 
6. Kull persuna awtorizzata biex tippossjedi mediċini 
speċifikati skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 5 u kull 
persuna awtorizzata b’mod speċjali dwar mediċini ristretti, skond 
il-każ, għandha, meta ma tkunx qed tuża dawk il-mediċini, 
iżżommhom maqfulin u hija fid-dmir li tieħu dawk il-passi kollha 
meħtieġa biex dan ikun fiż-żgur u biex tipprevjeni li jsir serq jew 
diversifikazzjoni oħra ta’ l-istock: 
Iżda dan ir-regolament ma japplikax għal min ikollu filpussess 
tiegħu mediċini speċifikati bis-saħħa ta’ riċetta medika. 
Użu u kontenut ta’ 
riċetta. 7. (1) Kull riċetta għal mediċina speċifikata għandha tkun 
miktuba bl-inka jew b’materjal ieħor li ma jitħassarx fuq il-formula 
murija fis-Seba’ Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.

4 L.S.31.18ħ KONTROLL TAL-MEDIĊINI 
(2) It-tabib li joħroġ riċetta għal mediċina speċifikata għandu 
jimla’ b’kitba ċara u li tinqara t-Taqsima A tal-formula murija fis- 
Seba’ Skeda u għandu jagħti d-dettalji kollha u t-tagħrif kollu flispazju 
xieraq kif hemm hu meħtieġ; għandu iniżżel ukoll il-firma 
tiegħu sħiħa u d-data meta jkun ħareġ ir-riċetta: 
Kap. 31. 
Iżda fil-każ ta’ tabib awtorizzat taħt l-artikolu 5 ta’ l- 
Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li 
għandhom x’jaqsmu magħha biex jeżerċita l-professjoni medika 
iżda li ma jkunx għadu ġie reġistrat mal-Kunsill Mediku, dak ittabib 
għandu jniżżel in-numru mogħti lilu mis-Suprintendent 
minflok in-numru tar-reġistrazzjoni tal-Kunsill Mediku fuq limsemmija 
riċetta. 
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (11) ta’ 
dan ir-regolament, ebda tabib ma jista’ joħroġ riċetta għal mediċina 
speċifikata kemm-il darba r-riċetta ma tkunx taqbel maddisposizzjonijiet 
ta’ dan ir-regolament u dik il-mediċina ma tkunx 
meħtieġa għall-fini ta’ kura medika: 
Iżda, tabib jista’, bla ħsara għad-disposizzjonijet l-oħra ta’ 
dawn ir-Regolamenti, joħroġ riċetta għal użu professjonali għal 
ammont ta’ mhux iżjed minn għaxar fjali għal injezzjoni jew 
għoxrin pillola jew kapsula. 
(4) Kull tabib li jikseb mediċina speċifikata għal użu 
professjonali kif provdut fil-proviso għas-sub-regolament (3) ta’ 
dan ir-regolament għandu jżomm notament f’reġistru xieraq ta’ lisem 
u l-kunjom (jekk applikabbli), l-età u l-indirizz tal-pazjent li 
lilu ngħatat il-mediċina u d-data meta ngħatat. 
(5) Ebda tabib ma jista’ joħroġ riċetta għal mediċina 
speċifikata lil xi persuna kemm-il darba dik il-persuna ma jkunx 
jafha sewwa jew kemm-il darba t-tabib ma jkunx żgura l-identità ta’ dik il-persuna permezz tal-karta ta’ l-identità tagħha. 
(6) Ebda tabib ma għandu joħroġ riċetta għal mediċina 
speċifikata lil xi persuna kemm-il darba dak it-tabib ma jkunx ħa lpassi 
xierqa biżżejjed biex jiżgura li dik il-persuna ma tkunx, fiż- 
żmien li joħroġ ir-riċetta, qed tirċievi kura minn tabib ieħor dwar 
dipendenza (addiction) minn xi mediċina speċifikata jew xort’oħra, 
u li dik il-persuna ma tkunx ġiet provduta b’xi mediċina bħal dik 
fuq riċetta maħruġa minn dak it-tabib l-ieħor. 
Kap. 101. 
(7) Tabib għandu juża formula separata dwar kull mediċina 
preskritta minnu skond dan ir-regolament u ma tista’ tiġi preskritta 
ebda mediċina jekk ma tkunx mediċina speċifikata jew mediċina li 
taqa’ taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar Mediċini 
Perikolużi. 
(8) Tabib għandu, meta jippreskrivi mediċina speċifikata, juża 
biss formuli ta’ riċetta mill-ktejjeb tal-formuli li jkollu numru tasserje, 
maħruġ lilu mis-Suprintendent fuq talba magħmula fuq ilformula 
murija fit-Tmien Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti 
u kull tabib, sew għall-fini tal-prattika privata tiegħu jew biex jaqdi 
d-dmirijiet tiegħu f’kariga uffiċjali minħabba l-impieg tiegħu malgvern, 
bil-għan li jaqdi l-ħtiġiet tal-pazjenti tiegħu, għandu jagħmel 
kull talba għal dak il-ktejjeb ta’ riċetti fuq l-imsemmija formula. 
Dik il-formula għandha timtela’ tajjeb f’kollox u għandha tkun

KONTROLL TAL-MEDIĊINI ġL.S.31.18 5 
iffirmata mit-tabib, u għandha jew tingħata bl-idejn minn dak ittabib 
personalment lill-ispiżjar ewlieni fl-iStores Mediċi tal-Gvern 
fi Gwardamangia jew tintbagħat bil-posta lis-Suprintendent tas- 
Saħħa Pubblika fid-Dipartiment tas-Saħħa, il-Belt Valletta, u meta 
j i n t b a g ħ a t b i l - p o s t a l - i n v i l o p p j i s t a ’ j k u n i m m a r k a t 
"Notifikazzjonijiet tas-Saħħa Pubblika" għall-fini ta’ eżenzjoni 
minn pustaġġ. 
(9) It-tabib għandu jirrapporta minnufih bil-miktub lis- 
Suprintendent kull każ ta’ serq jew telf ta’ ktejjeb u ma jkunx jista’ 
juża xi formula ta’ riċetta minn xi ktejjeb ta’ formuli maħruġ lil xi 
tabib ieħor. 
(10) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, kemm-il darba r-rabta 
tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra, l-espressjoni "tabib" tinkludi 
kirurgu-dentist, dentist u veterinarju. 
(11) Id-disposizzjonijiet tas-sub-regolamenti (l), (2), (7) u, 
safejn applikabbli, tas-sub-regolamenti (8) u (9) ta’ dan irregolament 
ma għandhomx japplikaw meta jingħataw mediċini 
speċifikati għall-użu ta’ pazjenti fi swali fi sptarijiet tal-gvern, billi 
dan ikun ikkontrollat bir-regoli interni ta’ l-isptar. 
Għoti ta’ riċetti. 8. (1) Ebda persuna ħlief spiżjar ma tista’ tagħti mediċina 
speċifikata b’riċetta. 
(2) Spiżjar ma jistax jagħti mediċina speċifikata b’riċetta 
kemm-il darba - 
(a) ma jkunx jagħraf il-firma tal-persuna li mingħandha 
tkun tidher li nħarġet, ikollu raġuni jaħseb li ma tkunx 
ġenwina u ma jkunx ħa passi xierqa biex jiżgura lilu 
nnifsu li tkun ġenwina; u 
(b) ir-riċetta ma tkunx skond id-disposizzjonijiet tarregolament 
7 ta’ dawn ir-Regolamenti. 
(3) Ebda mediċina speċifikata ma tista’ tiġi provduta iktar 
minn darba fuq l-istess riċetta. 
(4) Spiżjar li jagħti mediċina speċifikata f’riċetta għandu 
jimla’ b’kitba ċara u li tinqara bl-inka jew b’materjal ieħor li ma 
jitħassarx, it-Taqsima Ċ tal-formula murija fis-Seba’ Skeda li 
tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti u jagħti d-dettalji kollha u t-tagħrif 
kollu meħtieġ fiha; l-ispiżar għandu wkoll iniżżel il-firma tiegħu u 
d-data u għandu, wara li jagħti l-mediċina, jżomm ir-riċetta. 
(5) Għall-fini tas-sub-regolament (4) ta’ dan ir-regolament ikun 
id-dmir ta’ l-ispiżjar li jkun qed jagħti mediċina speċifikata 
f’riċetta li jitlob il-karta ta’ l-identità tal-persuna li dwarha r-riċetta 
tkun inħarġet u jkun id-dmir tal-persuna li jkun fi ħsiebha takkwista 
mediċina speċifikata, sew jekk għaliha jew għall-persuna li lilha 
jkunu ġew preskritti l-mediċini, li tippreżenta l-imsemmija karta ta’ 
l-identità kif ukoll il-karta ta’ l-identità tagħha stess flimkien marriċ
etta: 
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-sub-regolament u l-parti 
relattiva tad-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (4) ta’ dan irregolament 
ma japplikawx dwar persuna li ma tkunx għadha 
inħarġitilha karta ta’ l-identità.

6 L.S.31.18ħ KONTROLL TAL-MEDIĊINI 
(6) Kull spiżjar diriġent ta’ spiżerija liċenzjata għandu jibgħat 
lis-Suprintendent f’invilopp issiġillat fl-ewwel jum ta’ kull xahar 
ir-riċetti kollha għal mediċini speċifikati li jkunu ġew mogħtja 
minn dik l-ispiżerija matul ix-xahar ta’ qabel; l-imsemmi invilopp 
għandu jkun indirizzat "Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, 
Dipartiment tas-Saħħa, il-Belt Valletta" u jista’ jkun immarkat 
"Notifikazzjonijiet tas-Saħħa Pubblika" għall-fini ta’ eżenzjoni 
minn pustaġġ. 
Dokument ta’ 
kontroll. 
Miżjud: 
A.L. 65 ta’ l-1986. 
Emendat: 
A.L. 34 ta’ l-1989. 
9.(1) (a) Ebda tabib ma jista’ joħroġ riċetta għal xi mediċina 
speċifikata lil xi persuna ħlief lil min ikollu fil-pussess 
tiegħu dokument ta’ kontroll, bħal ma jidher fid-Disa’ 
Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti. Id-dokument 
jinħareġ għal dan il-għan mis-Suprintendent tas-Saħħa 
Pubblika; 
(b) Meta tinħareġ riċetta għal mediċina speċifikata lil xi 
persuna, min joħroġ ir-riċetta għandu jikteb b’mod ċar, 
li ma jitħassarx u li jinqara, dawk id-dettalji kollha 
ndikati fil-kolonni minn 1 sa 4 tad-dokument ta’ 
kontroll, u mbagħad jagħti lura dan id-dokument lil dik 
il-persuna flimkien mar-riċetta: 
Iżda tabib jista’, meta jkun qiegħed japplika f’isem persuna 
fuq il-formula tat-talba kif indikata fl-Għaxar Skeda li tinsab ma’ 
dawn ir-Regolamenti, joħroġ ukoll riċetta għal provvista ta’ 
mediċina speċifikata lil dik il-persuna u jista’ jehmeż ir-riċetta ma’ 
dik il-formula tat-talba: 
Iżda wkoll dik ir-riċetta ssir biss tiswa meta ddisposizzjonijiet 
tal-proviso għas-sub-regolament (2) ta’ dan irregolament 
ikunu ġew osservati. 
(2) Is-Suprintendent għandu joħroġ dan id-dokument ta’ 
kontroll lill-persuna interessata wara li ssir talba minn tabib għal 
dan l-iskop, fuq il-formula indikata fl-Għaxar Skeda li tinsab ma’ 
dawn ir-Regolamenti: 
Iżda fil-każ ta’ riċetta għal provvista ta’ mediċina 
speċifikata kif provdut fil-provisi għas-sub-regolament (1) ta’ dan 
ir-regolament, is-Suprintendent għandu jniżżel id-dettalji tar-riċetta 
relattiva fil-kolonni 1 sa 4 tad-dokument ta’ kontroll. 
(3) Kull dokument ta’ kontroll huwa validu għal sena mid-data 
li jinħareġ. Dan jista’ jiġi mġedded mis-Suprintendent wara li ssir 
talba minn tabib fuq il-formula ndikata fl-Għaxar Skeda li tinsab 
ma’ dawn ir-Regolamenti. 
(4) L-ebda spiżjar ma għandu jservi xi mediċina speċifikata lil 
xi ħadd li ma jkollux fil-pussess tiegħu dokument ta’ kontroll kif 
indikat fis-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament. 
(5) Meta spiżjar iservi mediċina speċifikata, huwa għandu, 
minbarra d-dmirijiet l-oħra speċifikati b’dawn ir-Regolamenti jew 
b’xi liġi oħra, iniżżel b’mod ċar, li ma jitħassarx u li jinqara sew, 
dawk id-dettalji kollha li hemm indikati fil-kolonni minn 5 sa 8 fuq 
id-dokument, u imbagħad għandu jibgħat lura d-dokument lil min 
ikun ippreżentalu r-riċetta.

KONTROLL TAL-MEDIĊINI ġL.S.31.18 7 
(6) (a) Tabib jista’ joħroġ riċetta għal xi mediċina speċifikata 
f’każijiet urġenti lill-pazjent li ma jkollux fil-pussess 
tiegħu dokument ta’ kontroll sakemm: 
(i) ir-riċetta jkollha tikketta li tindika li hi 
"URĠENTI"; 
(ii) l-ammont imniżżel fir-riċetta jkun għall-użu ta’ 
mhux iktar minn sebat ijiem; 
(iii) tkun taqbel ma’ ħtiġiet oħra ta’ dawn ir- 
Regolamenti; u 
(iv) min joħroġ ir-riċetta għandu jinforma lis- 
Suprintendent fi żmien tmienja u erbgħin siegħa 
minn meta joħroġ ir-riċetta billi jagħti lpartikolaritajiet 
kollha tal-pazjent, l-isem, forma 
u doża u l-kwantità ta’ mediċina li għaliha tkun 
ħarġet ir-riċetta u r-raġuni għal din l-urġenza. 
(b) Spiżjar ikun jista’ iservi din ir-riċetta sakemm din tkun 
taqbel mal-ħtiġiet tas-sub-paragrafi (i), (ii) u (iii) talparagrafu 
(a) ta’ dan is-sub-regolament. 
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma għandhomx 
japplikaw għall-ħruġ ta’ riċetta għal mediċini speċifikati minn 
tabib li jkun jaħdem fi sptar tal-gvern, biex din tingħata lil pazjenti 
fis-swali ta’ l-isptar filwaqt li dawn ikunu taħt il-kura tiegħu f’dan 
l-isptar, u din ir-riċetta tkun regolata mir-regoli interni ta’ l-isptar. 
(8) Kull talba jew notifikazzjoni li jistgħu jsiru skond dan irregolament 
jistgħu jsiru mill-persuna nnifisha jew jistgħu 
jintbagħtu bil-posta f’invilopp siġillat li jkun indirizzat lis- 
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, Dipartiment tas-Saħħa, Valletta, 
u li jinkiteb fuqu "Notifikazzjoni dwar Saħħa Pubblika - 
Konfidenzjali" sabiex dan jiġi eżentat mill-ħlas tal-posta. 
(9) Għall-iskop ta’ dan ir-regolament, il-kelma "tabib" tinkludi 
wkoll kirurgu dentist u dentist. 
(10) Is-Suprintendent jista’ jirtira d-dokument ta’ kontroll ta’ 
persuna li tkun suspettata li qiegħda tabbuża minn mediċina li 
għaliha tkun inħarġitilha riċetta, jew li tkun qiegħda mod ieħor 
tabbuża mis-sistema tad-dokument ta’ kontroll. 
(11) Is-Suprintendent jista’ jinkludi fuq id-dokument ta’ kontroll 
dawk id-direttivi li jqis li jkunu meħtieġa dwar il-ħruġ ta’ riċetti 
għal mediċini speċifikati. 
Eżemplari talfirma 
ta’ min jagħti 
riċetta. 
10. (1) L-ebda tabib, kirurgu-dentist, dentist jew veterinarju 
ma għandu jippreskrivi xi mediċina speċifikata jew riċetta kemm-il 
darba s-Suprintendent ma jkollux l-eżemplari tal-firma tiegħu. 
(2) Is-Suprintendent jista’, għall-fini tal-kontroll tal-mediċini, 
jiċċirkola lill-ispiżjara diriġenti kollha kopja ta’ kull eżemplari talfirma 
bħal dik li tkun fil-pussess tiegħu. 
Konsenja ta’ 
mediċini 
speċifikati lil 
persuni liċenzjati 
jew awtorizzati. 
11. (1) L-ebda persuna ma għandha tikkonsenja xi mediċina 
speċifikata lil xi persuna oħra jekk mhux wara li tingħata rċevuta 
ffirmata kif imiss. 
(2) Ebda persuna ma għandha tikkonsenja xi mediċina

8 L.S.31.18ħ KONTROLL TAL-MEDIĊINI 
speċifikata lil xi persuna oħra li ma tkunx spiżjar diriġent jew li 
xort’oħra ma tkunx awtorizzata bil-mod xieraq biex ikollha filpussess 
tagħha dik il-mediċina, kemm-il darba dik il-persuna l-oħra 
ma tipproduċix awtorizzazzjoni bil-miktub għal hekk iffirmata kif 
imiss mill-ispiżjar diriġent jew mill-persuna li tkun xort’oħra 
awtorizzata b’mod xieraq li jkollha fil-pussess tagħha dik ilmediċ
ina, u kemm-il darba l-persuna li tkun qed tikkonsenja dik ilmediċ
ina ma tkunx sodisfatta li l-awtorizzazzjoni hi ġenwina. 
(3) Ebda ħaġa fis-sub-regolamenti ta’ qabel ta’ dan irregolament 
ma għandha titqies li tirreferi għall-provvista ta’ xi 
mediċina speċifikata mal-preżentazzjoni ta’ riċetta medika skond 
id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti jew għall-għoti ta’ xi 
mediċina bħal dik minn jew taħt is-sorveljanza ta’ tabib, kirurgudentist, 
dentist jew veterinarju. 
(4) Għall-fini ta’ dan ir-regolament, "tikkonsenja" tinkludi kull 
egħmil jew nuqqas fejn persuna tippermetti jew tħalli lil xi persuna 
oħra, li ma tkunx persuna awtorizzata skond regolamenti, li jkollha 
fil-pussess tagħha xi mediċina speċifikata, li tieħu fil-pussess 
tagħha dik il-mediċina. 
Konservazzjoni ta’ 
riċetti, reġistri, 
notamenti u 
dokumenti oħra. 
12. Kull riċetta li tkun ġiet esegwita, u kull reġistru, notament, 
fattura jew dokument ieħor dwar il-manifattura, importazzjoni, xiri, 
bejgħ, provvista, tqassim, jew disponiment ieħor ta’ mediċini 
speċifikati għandhom jinżammu fil-post li għalih jirreferixxu u 
għandhom jiġu konservati għal żmien ta’ mhux inqas minn sentejn 
mid-data tar-riċetta, notament, fattura jew dokument ieħor, jew 
mid-data ta’ l-aħħar reġistrazzjoni fir-reġistru, skond il-każ, u 
matul dak iż-żmien ikunu għad-disposizzjoni biex jiġu spezzjonati 
mis-Suprintendent jew mir-rappreżentant tiegħu. 
Avviż minn min 
jagħti riċetta u 
mill-ispiżjar 
diriġent dwar ċerti 
mediċini. 
Emendat: 
A.L. 70 ta’ l-1988. 
13. (1) Ebda tabib ma jista’ joħroġ riċetta għal xi preparat li 
jkun magħmul minn jew li jkun fih amfetamina, jew xi isomer ta’ 
amfetamina, cathine, fenetylline, flunitrazepam, mecloqualone, 
methaqualone, methylphenidate, jew phenmetrazine, jew xi salts jew esters ta’ dawn il-mediċini, jew għal xi preparat li jkun 
magħmul minn secobarbital jew amobarbital jew minn taħlita ta’ 
secobarbital u amobarbital, f’kull każ f’forma ta’ tablet jew 
kapsula, jew f’sachet jew cachet, jew minn xi salts jew esters tagħhom f’dik l-għamla, jekk ma jkollux minn qabel lawtorizzazzjoni 
bil-miktub tas-Superintendent. 
(2) Is-Suprintendent jista’, qabel ma jagħti xi awtorizzazzjoni 
kif imsemmi fis-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament, jitlob 
mingħand it-tabib dak it-tagħrif li s-Suprintendent jeħtieġ, anki 
jekk fil-fehma tat-tabib il-pazjent ikun jkollu bżonn li jieħu dik ilmediċ
ina. 
(3) Meta ssir talba għal dik l-awtorizzazzjoni, is-Suprintendent 
għandu jissottometti dik it-talba lil panel ta’ speċjalisti mediċi li 
għandhom jagħtu parir lis-Suprintendent jekk dik it-talba għandhix 
tiġi awtorizzata jew le. 
(4) Qabel ma jagħmlu r-rakkomandazzjoni, huma għandhom 
jaraw jekk dik il-preskrizzjoni tkunx indikata u l-panel għandhom 
ukoll, meta jkun il-każ, jagħmlu dawk ir-rakkomandazzjonijiet li 
jkunu meħtieġa bil-ħsieb li l-pazjent bil-mod il-mod jidra mingħajr

KONTROLL TAL-MEDIĊINI ġL.S.31.18 9 
dik il-mediċina. 
(5) Is-Suprintendent jista’, jekk jidhirlu li jkun fl-interess talpazjent, 
jawtorizza l-preskrizzjoni ta’ dik il-mediċina sakemm 
jirċievi r-rapport tal-panel. 
(6) Kull tabib li jagħti riċetta kif imsemmi fis-sub-regolament 
(1) ta’ dan ir-regolament għandu jgħarraf lis-Suprintendent fi 
żmien erbgħa u għoxrin siegħa minn meta jkun ta riċetta ta’ dak ilpreparat 
fejn jagħti d-dettalji murija fir-Raba’ Skeda li tinsab ma’ 
dawn ir-Regolamenti. 
(7) Kull spiżjar li jipprepara mediċina fuq ir-riċetta kif 
imsemmi fis-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament għandu 
jgħarraf lis-Suprintendent fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa minn 
meta jkun ipprepara dik il-mediċina, fejn jagħti d-dettalji murija 
fil-Ħames Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti. 
(8) L-avviżi kollha li jingħataw skond is-sub-regolamenti (6) u 
(7) ta’ dan ir-regolament għandħom jiġu mmarkati "Konfidenzjali". 
(9) Ebda veterinarju, kirurgu-dentist jew dentist ma jista’ 
jippreskrivi preparat kif imsemmi fis-sub-regolament (1) ta’ dan irregolament. 
(10) Jekk il-President tar-Repubblika jkollu għaliex jaħseb li 
tabib, jew kirurgu-dentist jew dentist, ikun qed jagħti jew 
jippreskrivi xi mediċina speċifikata għalih innifsu jew għal xi 
persuna oħra, li ma tkunx meħtieġa, jew aktar milli jkun meħtieġ, 
għall-kura medika jew dentali tiegħu nnifsu jew ta’ dik il-persuna loħ
ra, skond il-każ, jew li veterinarju jkun qed jagħti jew 
jippreskrivi xi mediċina speċifikata dwar xi annimal taħt il-kura 
tiegħu, li ma tkunx meħtieġa, jew aktar milli jkun meħtieġ, għallkura 
ta’ dak l-annimal, skond il-każ, il-President jista’ jirreferi lkwistjoni 
lill-Kunsill Mediku, u, jekk l-imsemmi Kunsill hekk 
jirrakkomanda, l-President jista’ jipprojbixxi lill-imsemmi tabib, 
kirurgu-dentist jew dentist, jew veterinarju, milli jagħti, 
jippreskrivi, jikseb jew li jkollu fil-pussess tiegħu dik il-mediċina 
għal dak iż-żmien li l-President jidhirlu xieraq, u f’dan il-każ ikun 
kontra l-liġi li dak it-tabib, kirurgu-dentist jew dentist, jew 
veterinarju jagħti, jippreskrivi, jikseb jew li jkollu fil-pussess 
tiegħu xi mediċina matul dak iż-żmien: 
Iżda l-President jista’, f’kull żmien, jimmodifika jew jirtira 
kull projbizzjoni. 
(11) Avviż ta’ kull projbizzjoni, modifika jew irtirar ta’ kull 
projbizzjoni għandu jingħata bil-miktub lill-persuna hekk milquta. 
(12) Is-Suprintendent ikun jista’ jqassam lil kull tabib - 
(a) l-isem, u d-dettalji l-oħra li jidhru fis-Sitt Skeda li 
tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti, ta’ kull persuna li 
għaliha jkun ġie preskritt xi preparat kif imsemmi fissub-
regolament (1) ta’ dan ir-regolament; u lil kull 
tabib, kirurgu-dentist u dentist 
(b) l-isem, u d-dettalji l-oħra kif jidhru fis-Sitt Skeda li 
tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti, ta’ kull persuna li 
għaliha tkun ġiet preskritta jew preparata xi mediċina

10 L.S.31.18ħ KONTROLL TAL-MEDIĊINI 
speċifikata. 
Avviżi u twissijiet 
fuq it-tikketta, eċċ. 14. (1) Is-Suprintendent jista’ jeħtieġ lill-manifatturi, 
importaturi u esportaturi kollha, u lill-persuni l-oħra kollha li 
jikkummerċjaw jew xort’oħra jinnegozjaw f’xi mediċina ristretta 
jew f’xi mediċina speċifikata, li jinkludi dawk it-twissijiet jew 
avviżi oħra fuq it-tikketta, meta jkun prattikabbli, jew mal-fuljett li 
jkollu miegħu l-pakkett li fih jinbiegħu bl-imnut dawk il-mediċini, 
li fil-fehma tiegħu jkunu meħtieġa għas-sigurezza tal-persuni li 
jużaw dawk il-mediċini. 
(2) Ebda persuna ma tista’ b’xi mod tirreklama lill-pubbliku in 
ġenerali xi mediċina ristretta jew mediċina speċifikata. 
Tagħrif minn 
fabbrikant jew 
importatur. 
Miżjud: 
A.L. 173 ta’ l- 
1993. 
15. (1) Kull persuna li timmanifattura jew timporta xi 
mediċina jew xi preparat farmaċewtiku għandha, fi żmien tmint 
ijiem ta’ dik il-manifattura jew importazzjoni, tavża lis- 
Suprintendent fejn tagħti d-dettalji dwar il-kontenut u d-doża ta’ 
dik il-mediċina jew preparat farmaċewtiku: 
Iżda meta persuna tkun ħarset darba d-disposizzjonijiet ta’ 
dan is-sub-regolament dwar mediċina jew preparat farmaċewtiku 
partikolari, din ma tkunx marbuta li tħarishom dwar xi manifattura 
jew importazzjoni oħra ta’ l-istess mediċina jew preparat 
farmaċewtiku li jkollu l-istess isem kummerċjali u jkun magħmul 
mill-istess kontenut u doża. 
(2) Is-Suprintendent jista’, f’kull żmien, jitlob lill-manifattur 
jew lill-importatur ta’ kull mediċina jew preparat farmaċewtiku, 
skond il-każ, biex jagħti dak it-tagħrif li s-Suprintendent jista’ 
jeħtieġ dwar dik il-mediċina jew preparat farmaċewtiku u limsemmi 
manifattur jew importatur, skond il-każ, għandu 
jissodisfa dik it-talba fi żmien ħmistax-il ġurnata. 
(3) Is-Suprintendent jista’ - 
(a) jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ xi mediċina kemm-il 
darba dik il-mediċina ma jkollhiex magħha - 
(i) ċertifikat aċċettabbli għas-Suprintendent, millawtorità 
kompetenti tal-gvern tal-pajjiż ta’ loriġ
ini, li jgħid li dik il-mediċina tkun ġiet 
manifatturata minn ditta awtorizzata kif imiss 
biex tipproduċi dik il-mediċina għall-bejgħ flistess 
pajjiż, u li l-faċilitajiet għall-kontroll talkwalità 
fid-ditta jkunu sodisfaċenti, u 
(ii) ċertifikat, aċċettabbli għas-Suprintendent, li 
jgħid li l-mediċina tkun taqbel mal-livell 
imsemmi fil-British Pharmacopea jew fil-British 
Pharmaceutical Codex jew ma’ livelli oħra 
aċċettabbli għas-Suprintendent, jew, meta ma 
jkun jeżisti ebda livell bħal dak dwar dik ilmediċ
ina, ċertifikat, aċċettabbli bl-istess mod, 
ta’ l-analiżi ta’ dik il-mediċina; 
(b) jissospendi jew jipprojbixxi li titqassam, jew li tiġi 
provduta, tinbiegħ, offerta għall-bejgħ jew tinħażen 
kull mediċina li tkun diġà mportata sakemm iċ-

KONTROLL TAL-MEDIĊINI ġL.S.31.18 11 
ċertifikati msemmija fis-sub-paragrafi (i) u (ii) talparagrafu 
(a) ta’ dan is-sub-regolament jiġu prodotti: 
Iżda ebda sospensjoni jew projbizzjoni bħal dik ma 
jkollha effett qabel ma jgħaddi xahar mid-data tattalba 
ta’ dawk iċ-ċertifikati mill-imsemmi 
Suprintendent. 
(4) Is-Suprintendent jista’ jirtira jew jara li tiġi rtirata mis-suq 
kull mediċina jew preparat farmaċewtiku jekk, minħabba 
f’rejazzjoni kuntrarja jew f’tagħrif ieħor dwar effetti ħżiena, 
prattika ta’ manifattura jew tagħrif ieħor tekniku jew xjentifiku, 
ikun fil-fehma tiegħu aħjar li dik il-mediċina jew dak il-preparat 
jiġu rtirati fl-interess tas-saħħa tal-pazjenti. 
(5) Għall-għanijiet ta’ dan ir-regolament, "mediċina" tinkludi 
kull preparat mediċinali għal użu intern jew estern, sew jekk 
imniżżla jew speċifikata sew jekk ma tkunx fl-Ewwel jew fit-Tieni 
Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti. 
Eżenzjonijiet. 16. (1) Dawn ir-Regolamenti ma għandhomx japplikaw, dwar 
xi mediċina speċifikata, għal xi mediċina li tkun tifforma parti, jew 
tkun inkorporata ma’ preparat lest għall-użu u li ma jkunx jeħtieġ li 
jigi aktar maħdum, kemm-il darba dik il-mediċina ma tkunx lingredjent 
prinċipali jew l-uniku ingredjent attiv tal-preparat. 
(2) Dawn ir-Regolamenti bl-istess mod ma għandhomx 
japplikaw fil-każ ta’ preparat li jkun fih mediċina speċifikata, li 
jkun maħdum b’mod li ma jkun ta’ ebda riskju, jew ta’ riskju 
negliġibbli, ta’ abbuż, u s-sustanza ma tkunx tista’ tinkiseb b’mezz 
li tista’ tapplikah malajr fi kwantità li tista’ twassal għal abbuż, 
hekk illi l-preparat ma jistax joħloq problema għas-saħħa pubblika 
jew soċjali. 
Riserva. 17. Kull riċetta esegwita, reġistru, notament, fattura jew 
dokument ieħor li, fil-bidu fis-seħħ ta’ dawn ir-Regolamenti, kienu 
konservati skond ir-Regolamenti ta’ l-1976 dwar il-Kontroll tal- 
Mediċini*, għandhom jibqgħu konservati u jinżammu biex jistgħu 
jiġu spezzjonati u għandhom għal dawn l-għanijiet jitqiesu li 
dejjem kienu konservati skond dawn ir-Regolamenti. 
*Imħassra b’dawn ir-Regolamenti.

12 L.S.31.18ħ KONTROLL TAL-MEDIĊINI 
Sostitwita: L-EWWEL SKEDA 
A.L. 70 ta’ l-1988. 
Emendata: 
A.L. 183 ta’ l-1999. (Regolament 2) 
U kull derivattivi, salts, jew esters ta’ dawk imsemmija hawn fuq. 
Isem internazzjonali jew isem ieħor kif 
komunement magħruf Isem kimiku 
CATHINONE (-)-a-aminopropiophenone 
DET N.N-diethyltryptamine 
DMA d l - 2 , 5 - d i m e t h o x y - a - 
methylphenylethylamine 
DMHP 3-(1,2-dimethylheptyl)-l-hydroxy-7, 8, 9, 
10-tetrahydro-6, 6, 9-trimethyl- 
6Hdibenzo ġb, d) pyran 
DMT N.N-dimethyltryptamine 
DOB, BROLAMFETAMINE 2,5-dimethoxy-4-bromoamphetamine 
(+) LYSERGIDE, LSD, LSD-25 (+)-N.N-diethyllysergamide (d-lysergic 
acid diethylamide) 
DOET dl-2, 5-dimethoxy-4-ethyl-a 
methylphenylethylamine 
ENTRYPTAMINE 3-(2-aminobutyl) indole 
MDA, METHYLENE 
DIOXYAMPHETAMINE 3,4, methylenedioxyamphetamine 
MDMA, TENAMFETAMINE d l - 3 , 4 - m e t h y l e n e d i o x y - N , a - 
dimethylphenylethylamine 
METHCATHINONE 2-(methylamino)-1-phenylpropan-1-one 
MESCALINE, MESCAL 
BUTTON, PEYOTE, PEYOTL 
3, 4, 5-trimethoxyphenethylamine 
MMDA dl-5-methoxy-3,4-methylenedioxy-a 
methylphenylethylamine 
PARAHEXYL 3-hexyl-1-hydroxy-7, 8, 9, 10-tetrahydro- 
6, 6, 9-trimethyl-6H-dibenzo ġb, d) 
pyran 
PCE, ETICYCLIDINE N-ethyl-l-phenylcyclohexylamine 
PHP, PCPY, ROLICYCLIDINE 1-(1-phenylcyclohexyl) pyrrolidine 
PMA 4-methoxy-a-methylphenylethylamine 
PSILOCINE, PSILOTSIN 3 - ( 2 - d i m e t h y l a m i n o e t h y l ) - 4 - 
hydroxyindole 
PSILOCYBINE 3-(2-dimethylaminoethyl)-indol-4-y1 
dihydrogen phosphate 
STP. DOM 2-amino-1-(2, 5-dimethoxy-4-methyl) 
phenylpropane 
TETRAHYDROCANNABINO-LS, ALL 
ISOMERS 
1 - h y d r o x y - 3 - p e n t y l - 6 a , 7 , 1 0 , 1 0 a - 
tetrahydro-6, 6, 9-trimethyl-6-Hdibenzo 
ġb, d) pyran 
TCP, TENOCYCLIDNE 1-ġ1-(2-thienyl) cyclohexyl) piperidine 
TMA dl-3, 4, 5-trimethoxy-amethylphenylethylamine

KONTROLL TAL-MEDIĊINI ġL.S.31.18 13 
IT-TIENI SKEDA Emendata: 
(Regolament 2) A.L. 26 ta’ l-1987. 
Sostitwita: 
A.L. 70 ta’ l- 1988. 
Emendata: 
A.L. 103 ta’ l- 1989; 
A.L. 78 ta’ l- 1998; 
A.L. 183 ta’ l-1999. 
Isem internazzjonali jew isem ieħor kif 
komunement magħruf Isem kimiku 
ALLOBARBITAL 5, 5-diallylbarbituric acid 
AMFEPRAMONE, DIETHYLPROPION 2-(diethylamino) propiophenone 
AMINOREX 2-amino-5-phenyl-2-oxazoline 
AMOBARBITAL 5-ethyl-5-(3-methylbutyl) barbituric acid 
AMPHETAMINE (±)-2-amino-l-phenylpropane 
BARBITAL 5, 5-diethylbarbituric acid 
BENZPHETAMINE N-benzyl-N, -dimethylphenethylamine 
BROTIZOLAM 2-bromo-4(o-chlorophenyl)-9-methyl-6Hthieno 
ġ3,2-fħ-s-triazolo ġ4,3-aħ ġ1,4ħ 
diazepine 
BUPRENORHINE 21-cyclopropyl-7-alpha-ġ(S)-l-hydroxy- 
1 , 2 , 2 - t r i m e t h y l p r o p y l ħ - 6 , 1 4 - 
e n d oe t h a n o - 6 , 7 , 8 , 1 4 - 
tetrahydrooripavine 
BUTALBITAL 5-allyl-5-isobutylbarbituric acid 
BUTOBARBITAL 5-butyl-5-ethylbarbituric acid 
CATHINE d - t h r e o - 2 - a m i n o - 1 - h y d r o x y - l - 
phenylpropane 
CHLORAL HYDRATE 2, 2, 2-trichloroethane-1, 1-diol 
CHLORDIAZEPOXIDE 7-chloro-2-(methylamino)-5-phenyl-3H-1, 
4benzodiazepine-4-oxide 
CHLORPHENTERMINE p-chloro- -dimethylphenethlylamine 
CYCLOBARBITAL 5-(l-cyclohexen-l-y1)-5-ethylbarbituric 
acid 
DEXAMPHETAMINE (+)-2-amino-1-phenylpropane 
DIAZEPAM u kull komposti oħra tiegħu 
li fihom l-istruttura kimika ta’ 
DIHYDRO-1:4 BENZODIAZEPINE jew ta’ DIHYDRO-1:5 
BENZODIAZEPINE sostitwit sa kull 
grad 7-chloro-1, 3-dihydro-1-methyl-5-phenyl- 
2H-1, 4-benzodiazepine-2-one 
DRONABINOL delta-9-tetrahydrocannabinol 
and its stereochemical 
variants (This item refers to only 
one of the stereochemical variants 
of delta-9-tetrahydrocannabinol, 
n a m e l y ( - ) - t r a n s - d e l t a - 9 - 
tetrahydrocannabinol.) 
(6aR, 10aR)-6a7, 8, 10a-tetrahydro-6,6,9- 
trimethyl-3-penatyl-6H-dibenzo ġb,dħ 
pyran-1-o1 
ETHCHLORVYNOL ethyl-2-chlorovinylethynylcarbinol 
ETHINAMATE l-ethynylcyclohexanolcarbamate 
µ 
µ

14 L.S.31.18ħ KONTROLL TAL-MEDIĊINI 
FENCAMFAMIN dl-N-ethyl-3-phenylbicyclo (2,2,1)- 
heptan-2amine 
FENETYLLINE dl-3,7-dihydro-1, 3 dimethyl-7-(2-ġ(lmethyl2-
phenylethyl) aminoħ ethyl)- 
1H-purine-2, 6-dione 
FENFLURAMINE N-ethyl- -methyl-m(trifluoromethyl) 
phenethylamine 
FENPROPOREX d l - 3 - ġ ( a - m e t h y l p h e n e t h y l ) a m i n o ħ 
propionitrile 
GLUTETHIMIDE 2-ethyl-2-phenylglutarimide 
KETAMINE ( ± ) - 2 - ( 2 - C h l o r o p h e n y l ) - 2 - 
methylaminocyclohezanone 
LEVAMPHETAMINE 1-a-methylphenethylamine 
LEVOMETHAMPHETAMINE l-N, a-dimethylphenethylamine 
MAZINDOL 5-(p-chlorophenyl)-2, 5-dihydro-3Himidazo 
ġ2, 1-aħ isoindol-5-ol 
MECLOQUALONE 3-(o-chlorophenyl)-2-methyl-4 (3H)- 
quinazolinone 
MEFENOREX d l - N - ( 3 - c h l o r o p r o p y l ) - a - 
methylphenethylamine 
MEPHENTERMINE N- -trimethylphenethylamine 
MEPROBAMATE 2-methyl-2-propyl-1, 3-propanediol 
dicarbamate 
MESOCARB 3 - ( - m e t h y l p h e n e t h y l ) - N - 
phenylcarbamoyl) sydnone imine 
METHAMPHETAMINE (+)-2-methylamino-l-phenylpropane 
METHAMPHETAMINE RACEMATE 
METHAQUALONE 2-methyl-3-o-tolyl-4(3H)-quinazolinone 
METHYLPHENIDATE 2-phenyl-2 (2-piperidyl) acetic acid, 
methyl ester 
METHYLPHENOBARBITAL 5-ethyl-l-methyl-5-phenylbarbituric acid 
METHYPRYLON 3, 3-diethyl-5-methyl-2, 4-piperidinedione 
N-ETHYLAMPHETAMINE dl-N-ethyl-a-methylphenylethylamine 
PARALDEHYDE acetaldehyde trimer 
PEMOLINE 2-amino-5-phenyl-2-oxazolin-4-one or 2- 
imino-5-phenyl-4-oxazolidinone 
PENTAZOCINE 1, 2, 3, 4, 5, 6, hexahydro-6, 11-dimethyl-3 
-(3-methyl-2-butenyl)-2, 6-methano- 
3benzazocin-8-o1 
PENTOBARBITAL 5-ethyl-5-(1-methylbutyl) barbituric acid 
PHENCYCLIDINE 1-(l-phenylcyclohexyl) piperidine 
PHENDIMETRAZINE (+)-3, 4-dimethyl-2-phenylmorpholine 
PHENMETRAZINE 3-methyl-2-phenylmorpholine 
PHENOBARBITAL 5-ethyl-5-phenylbarbituric acid 
PHENTERMINE a,a-dimethylphenethylamine 
PIPRADROL 1,l-diphenyl-l-(2-piperidyl) methanol 
PROPYLHEXEDRINE dl-1-cyclohexyl-2-methylaminopropane 
µ 
µ
µ

KONTROLL TAL-MEDIĊINI ġL.S.31.18 15 
U kull salt jew ester ta’ dawn ta’ hawn fuq. 
PYROVALERONE dl-l-(4-methylphenyl)-2-(l-pyrrolidinyl)- 
lpentanone 
SECBUTABARBITAL 5-sec-butyl-5-ethylbarbituric acid 
SECOBARBITAL 5-allyl-5-(l-methylbutyl) barbituric acid 
SPA, LEFETAMINE (-)-l-dimethylarnine-1, 2, diphenylethane 
VINYLBITAL 5-(l-methyl-butyl)-5-vinylbarbituric acid 
ZIPEROL -( -µethoxybenzl)-4- 
( ( ß - m e t h o x p h e n e t h y l ) - 1 - 
piperazineethanol 
µ µ

16 L.S.31.18ħ KONTROLL TAL-MEDIĊINI 
IT-TIELET SKEDA 
Regolamenti 3 u 4

KONTROLL TAL-MEDIĊINI ġL.S.31.18 17

18 L.S.31.18ħ KONTROLL TAL-MEDIĊINI 
IR-RABA’ SKEDA 
(Regolament 13 (4) ) 
KONFIDENZALI 
(Avviż skond ir-Regolament 13 - Riċetti għal amfetamina u l-isomers tagħha, 
flunitrazepam, mecloqualone, methaqualone, methylphenidate u phenmetrazine, u 
secobarbital jew għaqda ta’ secobarbital u amobarbital f’forma ta’ tablet jew kapsula 
jew f’sachet jew cachet, u s-salts jew l-esters rispettivi tagħhom) 
IMPORTANTI - Riċetti għal dawn il-preparati jistgħu jingħataw biss wara li tinkiseb 
l-approvazzjoni bil-miktub mingħand is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika għal kull 
riċetta. 
ISEM U L-INDIRIZZ TAL-PAZJENT ............................................... 
............................................... 
NRU. TAL-KARTA TA’ L-IDENTITÀ ............................................... 
ETÀ ............................................... 
ISEM TAL-PREPARAT U L-QAWWA 
TIEGĦU ............................................... 
KWANTITÀ PRESKRITTA ............................................... 
DOŻA TA’ KULJUM ............................................... 
DATA TAR-RIĊETTA ............................................... 
DATA U NRU. TAR-RIFERENZA TA’ LAPPROVAZZJONI 
TAS-SUPRINTENDENT 
TAS-SAĦĦA PUBBLIKA ............................................... 
FIRMA TAT-TABIB ............................................... 
ISEM (Ittri Kapitali) ............................................... 
INDIRIZZ ............................................... 
............................................... 
...............................................

KONTROLL TAL-MEDIĊINI ġL.S.31.18 19 
IL-ĦAMES SKEDA 
(Regolament 13 (5) ) 
KONFIDENZALI 
(Avviż skond ir-Regolament 13 - Riċetti għal amfetamina u l-isomers tagħha, 
flunitrazepam, mecloqualone, methaqualone, methylphenidate u phenmetrazine, u 
secobarbital jew għaqda ta’ secobarbital u amobarbital f’forma ta’ tablet jew kapsula 
jew f’sachet jew cachet, u s-salts jew l-esters rispettivi tagħhom) 
ISEM U L-INDIRIZZ TAL-PAZJENT ............................................... 
NRU. TAL-KARTA TA’ L-IDENTITÀ ............................................... 
ISEM TAL-PREPARAT U L-QAWWA 
TIEGĦU ............................................... 
KWANTITÀ PRESKRITTA ............................................... 
DATA TAR-RIĊETTA ............................................... 
ISEM MIN IPPRESKRIVA R-RIĊETTA ............................................... 
FIRMA TAT-TABIB ............................................... 
FIRMA TA’ L-ISPIŻJAR ............................................... 
ISEM (Ittri Kapitali) ............................................... 
NRU. TAL-LIĊENZA DH 
INDIRIZZ (Ta’ l-Ispiżerija) ............................................... 
............................................... 
............................................... 
DATA META NGĦATAW ...............................................

20 L.S.31.18ħ KONTROLL TAL-MEDIĊINI 
IS-SITT SKEDA 
(Regolament 13) 
Isem u l-indirizz tal-pazjent ...................................................................................... 
Numru tal-Karta ta’ l-Identità ................................................................................... 
Data tal-preskrizzjoni ............................................................................................... 
Isem tal-mediċina ..................................................................................................... 
Ammont preskritt ..................................................................................................... 
Isem tat-tabib, kirurgu-dentist jew dentist li ppreskriva l-mediċina ........................... 
.

KONTROLL TAL-MEDIĊINI ġL.S.31.18 21 
IS-SEBA’ SKEDA 
(Regolament 7) 
PRESCRIPTION FOR NARCOTIC AND PSYCHOTROPIC DRUGS 
(Only one item may be prescribed on this Form) 
Serial No. 
A. TO BE FILLED BY PRESCRIBER C. TO BE FILLED BY 
DISPENSING APOTHECARY 
PATIENT 
Name and Surname ................................................................. PATIENT 
Address ................................................................................... Surname Name 
ITEM Quantity 
(incl. Form& Dose) I.D 
Directions for use 
Additional information in respect of Prescriptions for METHADONE Male Female 
ITEM 
Expected Duration of Treatment .................... Quanity Supplied 
Medical Indication ........................................ Total Quantity 
in Units ............................................................... 
PRESCRIBER Med Council Reg. No. Total Quanity 
in Weight/Measure ............................................... 
Name and Surname .......................................................... PRESCRIPTION ORIGIN 
Address .......................................................................... Hospitals ............................................................. 
Signature ............................................... Date .................... Govt. Clinics ....................................................... 
.. 
Private ....................................................... 
.. 
B. FOR OFFICIAL USE ONLY DISPENSER 
To be filled by Government Dispenser Signature................................................................ 
. 
PRESCRIPTION TYPE Pharmacy Board Reg. No 
Pink Form Schedule III Others Dispensary Address 
Direct Postal ......................................................................... 
LOCATION DIDISPENSER Dispensary 
To be filled by Coder DH Licence No. 
Item No. Prescription Origin Date

22 L.S.31.18ħ KONTROLL TAL-MEDIĊINI 
IT-TMIEN SKEDA 
(Regolament 7) 
REQUEST FOR PRESCRIPTION FORMS FOR NARCOTIC AND 
PSYCHOTROPIC DRUGS 
I request ........................ booklet/s by ..................... prescription forms. 
Name and surname of prescriber ........................................................................... 
(IN BLOCK LETTERS) 
Private address ..................................................................................................... 
(IN BLOCK LETTERS) 
Signature ....................................... Med. Council Reg. No. 
Supplied ..................... booklet/s by ..................... prescription forms. 
Serial No. ........................ to ........................ 
(a) If withdrawn personally by prescriber. 
........................................... ........................................ 
Signature of Prescriber Date 
(b) If forwarded by mail. 
Forwarded by .................................... on ........................... 
A.R. Card to be attached. 
FOR OFFICIAL USE

KONTROLL TAL-MEDIĊINI ġL.S.31.18 23 
Miżjuda: 
A.L. 65 ta’ l-1986. 
Emendata: 
A.L. 34 ta’ l-1989. 
ID-DISA’ SKEDA 
(Regolament 9) 
DEPARTMENT OF HEALTH 
CONTROL CARD FOR NARCOTIC/PSYCHOTROPIC DRUGS 
Name and Surname of Patient .................................... Address ................................................ 
Identity Card No. (where available, or Passport No., 
in case of non-Maltese citizens who do not hold an 
Identity Card): 
................................................ 
Date of Issue of Card .......... Valid till ........................ ............................................................. 
Superintendent of Public Health 
(Columns 1 - 4 to be filled by Prescriber) (Columns 5 - 8 to be filled by Dispensing Apothecary) 
Date of 
Prescription 
Name of 
Drug. 
Form and 
Dose 
Amount 
Prescribed 
Signature of 
Medical 
Practitioner 
and Medical 
Council Reg. 
No. 
Amount 
Dispensed 
Date of 
Dispensing 
Signature of 
Apothecary 
D.H. Licence 
No. of 
Dispensary

24 L.S.31.18ħ KONTROLL TAL-MEDIĊINI 
L-GĦAXAR SKEDA Miżjuda: 
A.L. 65 ta’ l-1986. 
(Regolament 9) 
REQUEST FOR THE ISSUE/RENEWAL OF A CONTROL CARD 
FOR NARCOTIC AND PSYCHOTROPIC DRUGS 
Superintendent of Public Health 
I hereby request that Mr/Ms............................................................. aged ............. 
I. D. No. *........................................................ residing at .................................... 
.............................................................................................................................. 
(i) be issued with a control card for narcotic/psychotropic drugs (§) 
(ii) have the control card for narcotic/psychotropic drugs renewed.(§) 
(§) Delete whatever is inapplicable. 
Signature of Medical Practitioner .......................................................................... 
Name and Address of 
Medical Practitioner ..................................................................................... 
..................................................................................... 
..................................................................................... 
..................................................................................... 
Medical Council Reg. No. ..................................................................................... 
Date ....................................... 
* In case of non-Maltese citizens not holding an I.D. Card, the Passport No., is to be inserted; in the 
case of a minor the particulars inserted are to be in relation to the I. D. Card or passport of the father, 
mother or guardian.

