PREPARATI MEDIĊINALI ORAL RETINOID ġ L.S.31.24 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 31.24
REGOLAMENTI DWAR PREPARATI 
MEDIĊINALI ORAL RETINOID
14 ta’ Diċembru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 172 ta’ l-1993.
Titolu.
Preparati Mediċinali Oral Retinoid.
Awtorizzazzjoni li 
tinħareġ riċetta 
għal prodott.
2. (1) Ebda tabib, kirurgu-dentista jew dentista ma jista’
joħroġ riċetta lill-pazjent għal preparat oral retinoid kemm-il darba
ma jkollux għar-rigward ta’ dak il-pazjent awtorizzazzjoni bil-
miktub mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika li jista’ joħroġlu
riċetta.
(2) Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika għandu jagħti dik l-
awtorizzazzjoni jekk huwa jingħata parir f’dan is-sens minn panel
ta’ konsulenti mediċi li jinħatru minnu għal dan l-iskop. Qabel
jagħtu l-parir il-konsulenti mediċi għandhom id-dritt li, jekk
jidhrilhom, jeżaminaw il-pazjent.
(3) Kull awtorizzazzjoni maħruġa mis-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika għall-iskopijiet ta’ dan ir-regolament għandha tinkludi
numru ta’ awtorizzazzjoni li jiġi kkwotat fuq ir-riċetta li tinħareġ
mit-tabib, kirurgu-dentista jew dentista li jkun ġie awtorizzat.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma jgħoddux għal
riċetta għal preparati bħal dawk li tinħareġ minn tabib konsulent
tal-ġilda li jkun impjegat mal-Gvern meta dik ir-riċetta tinħareġ
minn sptar jew klinika tal-Gvern.
