KONTROLL TAL-KLIEB ġ L.S.312.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 312.01
REGOLAMENTI DWAR
IL-KONTROLL TAL-KLIEB
1 ta’ Jannar, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 242 ta’ l-2000.
Titolu.
Kontroll tal-Klieb.
Tifsir.
teħtieġx xort‘oħra -
''borża tal-klieb'' tfisser borża li fiha jinġabar il-ħmieġ u apparat
jew tagħmir ieħor adattat biex jitneħħa l-ħmieġ tal-klieb;
''triq'' tinkludi kull triq, sqaq, misraħ, pont, xatt-il baħar, moll,
jew xi post ieħor ta’ passaġġ jew aċċess pubbliku.
Kontrol tal-klieb.
ma għandha tħalli li dak il-kelb jiġġerra u meta dak il-kelb jittieħed
f’xi triq, għandu jinżamm b’ċinga:
Iżda meta kelb jintuża għall-kaċċa, f’dak iż-żmien u f’dak
il-post fejn il-kaċċa tkun permessa, id-dmir li l-kelb jinżamm biċ-
ċinga ma japplikax.
(2) Jekk persuna tkun taf jew tissuspetta li l-kelb li jkun taħt il-
kontroll tagħha huwa temperamentali jew perikoluż jew jista’
jweġġa’ lil xi persuna, dik il-persuna għandha tara li l-kelb jintlibes
sarima f’kull ħin f’kull post pubbliku.
Postijiet projbiti.
li kelb taħt il-kontroll tagħha jidħol f’xi post jew area aċċessibbli
għall-pubbliku fejn ikun hemm sinjal jew avviż li jipprojbixxi d-
dħul tal-klieb f’dak il-post jew area.
Ħmieġ tal-klieb.
triq għandha f’kull ħin iġġor magħha borża tal-klieb.
(2) Jekk f’xi ħin kelb iħammeġ it-triq, il-persuna li f’dak il-ħin
ikollha l-kelb taħt il-kontroll tagħha għandha minnufih tneħħi dak
il-ħmieġ.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subregolament (2) m’għandhomx
japplikaw meta l-kelb iħammeġ triq u minħabba fit-traffiku qawwi
jkun ta’ periklu għall-persuna li jkollha l-kontroll tal-kelb li tneħħi
dak il-ħmieġ.
Ir-regolamenti ma 
japplikawx.
6. Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, bl-eċċezzjoni
tar-regolament 3(2), ma japplikawx rigward persuna li tkun għamja
u li tuża l-kelb bħala gwida.
Reati u pieni.
ta’ dawn ir-Regolamenti tkun ħatja ta’ kontravvenzjoni u teħel,
meta tinsab ħatja -
(a) ammenda ta’ ħames liri jekk tikser id-disposizzjonijiet
tar-regolament 5(1); 
2 L.S.312.01 ħ KONTROLL TAL-KLIEB
(b) ammenda ta’ għaxar liri jekk tikser id-disposizzjonijiet
tar-regolamenti 3(1), 4 jew 5(2); u
(ċ) ammenda ta’ ħamsa w għoxrin lira jekk tikser id-
disposizzjonijiet tar-regolament 3(2).
(2) F’kull każ fejn il-kontravvenzjoni ssir minn minuri, il-
persuna li jkollha l-kustodja legali ta’ dak il-minuri titqies li tkun
għamlet il-kontravvenzjoni.
(3) Meta l-kelb jitħalla jiġġerra b’kontravvenzjoni tar-
regolament 3(1), il-persuna li jkollha l-liċenza jew li jżżomm dak
il-kelb titqies li tkun għamlet il-kontravvenzjoni.
