TIKKETTI FUQ PRODOTTI TAT-TABAKK ġ L.S.315.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 315.01
REGOLAMENTI DWAR AVVIŻI TAS-SAĦĦA 
RIGWARD IT-TIPJIP
25 ta’ Marzu, 1987
L-AVVIŻ LEGALI 28 ta’ l-1987.
Titolu.
Avviżi dwar is-Saħħa rigward it-Tipjip.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 315.
"sigarrett" ma tinkludix sigarri jew forom oħra ta’ tabakk jew
prodotti tat-tabakk.
Avviż dwar is-
saħħa skond l-
iskeda.
3. (1) L-avviżi dwar is-saħħa li huma meħtieġa li jintwerew,
jitwaħħlu, jiġu esposti jew jixxandru skond l-Att għandhom ikunu
wieħed mill-avviżi indikati fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
regolamenti.
(2) L-avviż dwar is-saħħa għandu jintwera, jitwaħħal jew jiġi
espost f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ Malta u, sakemm ma jkunx
ordnat med ieħor f’dawn ir-regolamenti, għandu jkollu qies
raġonevoll b’mod li jkun jista’ jinqara tajjeb u jiġbed l-attenzjoni
tal-persuna li tkun qed taqrah meta wieħed iqis il-qies u l-kulur ta’
l-isfond li fuqu l-avviż jintwera, jitwaħħal jew jiġi espost, skond
ma jkun jeħtieġ is-Suprintendent.
(3) Qabel kull avviż fl-Iskeda għandhom jidħlu l-kliem -
"PERlKLU: AVVIŻ mid-Dipartiment tas-Saħħa".
Avviżi dwar is-
saħħa fis-swali 
ċinematografiċi.
4. (1) Għandu jkun id-dmir ta’ kull persuna hekk indikata
skond l-Att dwar sala ċinematografika li tiżgura li l-avviż muri fuq
l-iskrin fil-bidu tal-film huwa differenti minn dak muri
immedjatament meta tkompli l-wirja wara l-intervall.
(2) L-avviż dwar is-saħħa li jintwera f’sala ċinematografika
għandu jinbidel kull tlett xhur b’avviż ieħor li jinsab fl-Iskeda
b’tali mod li l-avviżi kollha fl-Iskeda jidhru bl-istess frekwenza
matul sena waħda.
(3) L-avviż dwar is-saħħa muri kif imsemmi qabel għandu jiġi
espost mill-inqas għal perjodu ta’ tletin sekonda.
Avviżi dwar is-
saħħa waqt 
xandiriet.
5. Id-disposizzjonijiet tar-regolament 4(2) u (3) għandhom
japplikaw mutatis mutandis għal avviżi viżwali li jeħtieġ li
jixxandru taħt l-Att minn stazzjonijiet tax-xandir. 
Avviz dwar is-
saħħa fir-reklami.
6. (1) L-avviż dwar is-saħħa f’reklami għal kull kwalità
partikolari ta’ oġgetti li l-Att japplika għalih, li jidher f’kull
gazzetta jew rivista, għandu fejn dan ikun jgħodd jinbidel mill-
inqas kull tlett xhur b’tali mod li l-avviżi kollha fl-Iskeda
għandhom kemm jista’ jkun jidhru bl-istess frekwenza matul sena
waħda.
(2) Is-Suprintendent jista’ jordna li l-avviż fuq kull reklam
2 L.S.315.01 ħ TIKKETTI FUQ PRODOTTI TAT-TABAKK
ieħor kif imsemmi fl-artikolu 6 ta’ l-Att minbarra fil-każ ta’ tabella
mdawwla, għandu jinbidel jew jinqaleb kif fl-opinjoni tiegħu jista’
jkun prattiku u neċessarju b’mod raġunat iżda f’kull każ mhux bi
frekwenza ta’ aktar minn darba f’kull tnax-il xahar.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 3(1), dan l-
avviż li ġej (f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ Malta) jista’ jintuża
dwar reklami li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet tas-
subregolament (2) -
"IBŻA’ GĦAL SAĦĦTEK - TPEJJIPX"
Avviżi dwar is-
saħħa fuq pakketti 
ta’ sigarretti.
7. (1) L-avviż dwar is-saħħa fuq pakkett tas-sigarretti għandu
jingħalaq f’rettanglu li jkollu qies ta’ bejn wieħed u ieħor 15-il
millimetru b’50 millimetru jew kobor ekwivalenti. L-ittri wżati
għall-avviż dwar is-saħħa għandhom ikunu ittri kapitali u l-qies
tagħhom għandu jkun indaqs kullimkien u għandhom jiddaħħlu
b’mod tali li jimlew b’mod raġonevoli u kemm jista’ jkun il-kobor
tar-rettanglu, skond kif jidhirlu xieraq is-Suprintendent.
(2) Dan it-tip ta’ avviż ma jistax jitqiegħed biss fuq il-fojl
trasparenti jew fuq il-kisja ta’ barra ta’ pakkett tas-sigarretti.
(3) F’kull kwantità  jew kunsinna manifatturata jew prodotta l-
avviżi kollha dwar is-saħha li jinsabu fl-Iskeda ghandhom jintużaw
fi drabi ndaqs fuq kull marka.
(4) Bla ħsara għall-ħtiġiet ta’ l-Att rigward avviżi dwar is-
saħħa, id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom
japplikaw mutatis mutandis għal sigarretti mportati sakemm din l-
applikazzjoni tkun, fl-opinjoni tas-Suprintendent, raġunata jew
prattika.
(5) Tista’ tiġi inkluża wkoll indikazzjoni tal-kontenut ta’
qatran u nikotina fil-ġewwieni tar-rettanglu msemmi fis-
subregolament (1).
Avviż dwar is-
saħħa f’xi bnadi.
8. L-avviż dwar is-saħħa li għandu jiġi espost f’xi bnadi minn
fejn jinbiegħu sigarretti, sigarri, tabakk jew prodotti tat-tabakk jew
rekwiżiti għat-tipjip għandu jintwera b’mod prominenti u kemm
jista’ jkun viċin tal-post fejn dawn l-oġġetti jinsabu esibiti jew
mibjugħa b’mod li l-avviż jiġbed l-attenzjoni tax-xerrejja jew
persuni oħra li jkunu f’dawk il-bnadi u li jkun jidher u jinqara
b’mod ħafif. L-ebda oġġett ma għandu jitqiegħed b’mod tali li
jfixkel dawn il-persuni milli jaqraw dan l-avviż b’mod ħafif.
Informazzjoni 
meħtieġa mis-
Suprintendent.
9. Is-Suprintendent jista’ jeħtieġ li kull persuna responsabbli
li tassigura t-twettiq tad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti
għandha tagħti dik l-informazzjoni li tista’ tinħtieġ b’mod
raġonevoli biex tassigura li d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti jkunu qegħdin jitwettqu u jkun id-dmir ta’ dik il-
persuna li twettaq kull ħtieġa tas-Suprintendent.
TIKKETTI FUQ PRODOTTI TAT-TABAKK ġ L.S.315.01 3
SKEDA
(Regolament 3 (1))
Avviżi dwar is-saħħa li jistgħu jintużaw bi qbil mal-ħtiġiet ta’ l-
Att dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat-Tabakk:
1. Is-sigarretti jistgħu jikkaġunaw kanċer fil-pulmun u mard
tal-qalb.
2. It-tipjip waqt it-tqala huwa ta’ perik1u għas-saħħa ta’ l-
omm u tat-tarbija.
3. Meta tieqaf tpejjep ittejjeb saħħtek u tgħix iktar.
4. Iktar ma tpejjep iktar tirriskja saħħtek.
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 315.01
REGOLAMENTI DWAR TIKKETTI
FUQ PRODOTTI TAT-TABAKK
4 ta’ April, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 243 ta’ l-2003.
Titolu.
Tikketti fuq Prodotti tat-Tabakk.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom jibdew iseħħu fil-5 ta’
April, 2004.
2. F’dawn ir-regolamenti -
''avviż'' tfisser messaġġ kif stabbilit fl-Ewwel u fit-Tieni Skedi;
''ingredjent'' tfisser sustanza jew kostitwenti ħlief ghall-werqa
tat-tabakk jew xi partijiet oħra tal-pjanta tat-tabakk naturali jew
mhux proċessati li jintużaw fil-manifattura jew il-preparazzjoni ta’
prodott tat-tabakk u li jkun għadu preżenti fil-prodott finali, anke
jekk f’għamla mibdula, inklużi l-karta, l-filter, kull inka u adeżiv;
''ISO 4387'' tfisser l-aħħar edizzjoni ta’ Standard Internazzjonali
li jismu Kalkolu fis-Sigarretti ta’ materjal partikolat totali u
mnixxef li jsir bl-użu ta’ makna tat-tipjip tas-sigarretti analitika
b’rutina - Metodu ta’ qbid ta’ duħħan b’filtru tal-fibra fil-ħġieġ ISO
4387: 1987 (E) l-ewwel edizzjoni pubblikata mill-Organizzazzjoni
Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni fil-15 ta’ April 1987;
''nikotina'' tfisser alkalojdi tan-nikotina;
''pakkett'', għar-rigward ta’ prodott tat-tabakk, tfisser kull kaxxa,
pakk, kontenitur jew reċipjent ieħor li jkun fih dan il-prodott, u li
fih il-prodott ikun, jew ikun maħsub li jkun, ippreżentat għal
provvista bl-imnut, bl-esklużjoni ta’ kull tisrir addizzjonali fuq
barra (sew trasparenti sew mhux) li jista’ jintrema meta jinfetaħ il-
pakkett, u meta dak ir-reċipjent ikun jew ikollu jinżamm f’reċipjent
4 L.S.315.01 ħ TIKKETTI FUQ PRODOTTI TAT-TABAKK
ieħor bħal dak (eskluż dak it-tisrir fuq barra), tinkludi kull
reċipjent bħal dak;
''qatran'' tfisser il-kondensat ta’ duħħan nej anidriku u ħieles
minn kull nikotina;
''Suprintendent'' tfisser is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika;
''il-wiċċ li l-aktar jidher'', għar-rigward ta’ pakkett tas-sigarretti
rettangolari, tfisser dak il-wiċċ tal-pakkett li jkun, jew ikollu
medda daqs, l-iktar wiċċ mifrux u jew -
(a) ikun faċċata ta’ min ikun qed jiftaħ il-pakkett, jew
(b) meta ma jkunx hemm wiċċ faċċata ta’ min ikun qed
jiftaħ il-pakkett, ikun fih bl-iktar mod prominenti l-
isem, it-trade mark jew marka distintiva oħra ta’ dawk
ix-xorta ta’ sigarretti,
u għar-rigward ta’ pakketti tas-sigarretti oħra tfisser il-wiċċ li
jidher l-aktar.
Ħruġ ta’ qatran, 
karbonju 
monossidu u 
nikotina.
3. (1) Il-ħruġ ta’ qatran, nikotina u karbonju monossidu
għandu jiġi muri fuq il-pakketti tas-sigarretti.
(2) L-eżattezza ta’ l-indikazzjonijiet fuq il-pakketti għandha
tigi verifikata skond ISO standard 8243.
(3) Id-dikjarazzjoni dwar -
(a) il-ħruġ tal-qatran għandha tintwera bħala figura li
tittella’ jew titniżżel għall-eqreb ċifra sħiħa u għandha
tiġi espressa f’milligrammi fl-għamla ''x mg tar/
qatran'';
(b) il-ħruġ tan-nikotina għandha tintwera bħala figura li
tittella’ jew titniżżel għal ċifra b’punt deċimali wieħed
u tiġi espressa f’milligrammi fl-għamla ''y.z mg
nicotine/nikotina'';
(ċ) il-karbonju monossidu għandha tintwera bħala figura li
tittella’ jew titniżżel għall-eqreb ċifra sħiħa u tiġi
espressa f’milligrammi fl-għamla ''x mg karbonju
monossidu''.
(4) Dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu stampati
wkoll fuq naħa waħda tal-pakketti tas-sigarretti, bl-Ingliż u bil-
Malti:
(a) mill-inqas 12% tal-wiċċ korrispondenti ikun kopert,
dik il-medda għandha tiġi definita permezz ta’
poligonu b’angoli retti li tiġi mpinġija viċin ħafna tal-
periferija ta’ l-ittri stampati;
(b) bi stampa leġibbli sew (b’tipi grassi b’għajn it-tipa
magħrufa bħala Helvetica f’lewn li jkun jikkuntrasta
mal-lewn ta’ l-isfond); u
(ċ) fuq sfond ta’ lewn kontrastanti, fuq ġewwa ta’ bordura
rettangolari jew kwadra (bl-istess lewn bhall-kitba) li
jkollha linji mhux aktar wiesgħa minn tipa majjuskola
''I'' fid-daqs tat-tipa li tintuża għall-kitba tal-messaġġ;
(d) in-numru tal-batch.
TIKKETTI FUQ PRODOTTI TAT-TABAKK ġ L.S.315.01 5
Avviz generali.
jkollu, fuq il-wiċċ li l-aktar jidher u fuq barra ta’ kull
ippakkettjar bl-eċċezzjoni ta’ folji addizzjonali
trasparenti li jiksu, dan l-avviż ġenerali li ġej sew bl-
Ingliz sew bil-Malti:
Tobacco seriously harms you and others around you
It-Tabakk jagħmel ħsara serja lilek u ta’ madwarek.
(b) Dan l-avviż ġenerali għandu jinbidel b’rotazzjoni hekk
li jkun jiggarantixxi li l-avviż indikat fil-paragrafu (a)
ikun jidher regolarment.
Avviż fuq pakketti 
tas-sigarretti.
5. Għar-rigward ta’ pakketti tas-sigarretti, kull pakkett
għandu juri, bl-Ingliż u bil-Malti, avvizi speċifiċi li jkunu jalternaw
kif ġej -
(a) l-avviżi għandhom ikunu magħżulin mil-lista ta’
avvizi li hemm fl-Ewwel Skeda;
(b) l-avviżi speċifiċi li jkunu ġew magħżulin għandhom
jiġu stampati fuq il-pakketti singoli sabiex
jiggarantixxu d-dehra ta’ kull avviż fuq kwantità  ndaqs
ta’ pakketti singoli, b’tolleranza ta’ madwar 5%.
Avviż fuq pakketti 
singoli ta’ prodotti 
tat-tabakk li ma 
jkunux sigarretti.
6. B’żieda ma’ l-avviż ġenerali msemmi fir-regolament 4,
pakketti singoli ta’ prodotti tat-tabakk li ma jkunux sigarretti
għandhom juru avviżi speċifiċi kif ġej:
(a) jekk il-wiċċ li jidher l-aktar ikun jeċċedi 75ċm2 allura
l-avviż li jittieħed mil-lista fl-Ewwel Skeda għandu
jkun mifrux fuq arja ta’ mill-inqas 24ċm 2; u
(b) pakketti singoli ta’ sigarri, cigarillos, tabakk tal-pipa
jew prodotti tat-tipjip tat-tabakk oħra, bl-eċċezzjoni
ta’ sigarretti u tabakk tal-brim, għandu jkollhom avviż
speċifiku minn fost dawk fit-Tieni Skeda, hekk li jiġi
żgurat li dawn fil-fatt jinbidlu b’rotazzjoni.
L-avvizi speċifiċi għandhom ikunu stampati fuq il-pakketti
singoli, jew imwaħħlin magħhom b’mod li ma jinqalgħux, bl-ilsien
Ingliż u dak Malti.
Min ikun qed 
joħroġ l-avviż.
7. L-avviżi msemmija fir-regolamenti 4, 5 u 6 għandhom
jintwerew flimkien ma’ dawn l-indikazzjonijiet ta’ awtorità :
Danger - Health Department WARNING
TWISSIJA mid-Dipartiment tas-Saħħa - Periklu
Il-medda li 
għandha tiġi 
koperta fuq il-
pakketti tas-
sigarretti.
8. Fuq il-pakketti tas-sigarretti, it-test ta’ l-avviżi li dwarhom
hemm provdut fir-regolamenti 4 u 5, eskluża l-indikazzjoni ta’ l-
awtorità  pprovduta fir-regolament 7, għandu jkopri mhux inqas
minn 32% ta’ l-arja esterna tal-wiċċ korrispondenti tal-pakkett tat-
tabakk singolu li fuqu jkun stampat. Fil-każ ta’ avviż addizzjonali
taħt l-Ewwel Skeda, dak it-test għandu jkopri mhux inqas minn
45% ta’ l-arja esterna tal-wiċċ korrispondenti tal-pakkett tat-tabakk
singolu li fuqu jkun stampat.
Kif għandhom jiġu 
stampati l-avviżi.
9. L-avviżi meħtieġa u l-indikazzjonijiet ta’ ħruġ ta’ sustanzi
6 L.S.315.01 ħ TIKKETTI FUQ PRODOTTI TAT-TABAKK
għandhom ikunu -
(a) ċari u legibbli, stampati hekk li ma jistgħux jitneħħew
jew jitħassru, u li ma għandhom b’ebda mod ikunu
moħbija, mċajprin jew jidħlu fihom xi kliem jew
stampi oħra jew jiġu meqruda meta jinfetaħ il-pakkett.
Fil-każ ta’ prodotti tat-tabakk li ma jkunux sigarretti,
it-testi jistgħu jiġu mwaħħlin permezz ta’ stickers,
sakemm dawn ma jkunux jistgħu jinqalgħu;
(b) stampati b’tipi grassi suwed b’għajn it-tipa magħrufa
bħala Helvetica fuq sfond abjad, b’ittri żgħar, ħlief
għall-ewwel ittra tal-messaġġ u meta jkun hekk
meħtieġ għax hekk titlob il-grammatika; u
(ċ) ċentrati fl-arja fejn ikun meħtieġ li t-test jiġi stampat
parallel mat-tarf ta’ fuq tal-pakkett:
Iżda fil-każ ta’ prodotti tat-tabakk, l-avviż ġenerali għandu
jiġi mdawwar b’bordura sewda mhux inqas minn 3mm u mhux
iżjed minn 4mm fil-wisa’ li b’ebda mod ma tkun tidħol fuq it-test
ta’ l-avviż jew l-informazzjoni mogħtija.
Numri tal-batch. 10. Sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni tal-prodott u dan ikun
jista’ jiġi ttraċċat għall-oriġini tiegħu, il-prodott tat-tabakk għandu
jkollu numru tal-batch jew xi ħaġ’oħra ekwivalenti hekk li jkunu
jistgħu jiġu identifikati l-ħin u l-post tal-manifattura.
Lista ta’ 
ingredjenti.
11. Il-manifatturi u l-importaturi għandhom fi tmiem kull sena
jippreżentaw lis-Suprintendent lista ta’ l-ingredjenti kollha, f’ordni
dixxendenti skond il-piż, użati fil-manifattura ta’ dawk il-prodotti
tat-tabakk skond ma jkun jisimhom u t-tip tagħhom. Dik il-lista -
(a) għandu jkollha magħha dikjarazzjoni li tagħti r-
raġunijiet għaliex dawk l-ingredjenti jkunu ġew
inklużi f’dawk l-prodotti tat-tabakk;
(b) għandha tindika l-funzjoni u l-kategorija tagħhom;
(ċ) għandu jkollha magħha kull tagħrif tossikoloġiku li l-
manifattur jew l-importatur ikollu dwar dawk l-
ingredjenti f’għamla maħruqa jew mhix, skond ma
jkun adatt, b’riferenza partikolari għall-effetti
tagħhom fuq is-saħħa u kull effett ta’ vizzju possibbli.
Is-Suprintendent 
għandu jgħarraf 
lill-pubbliku.
12. Is-Suprintendent ikollu d-dmir jgħarraf lill-pubbliku dwar
il-ħruġ ta’ qatran, nikotina u karbonju monossidu mis-sigarretti.
In-niskata hija 
projbita.
13. Huwa reat li titqiegħed fis-suq in-niskata, jew tabakk li
jittieħed mill-fomm.
Ittikkettjar 
kwalifikattiv ta’ 
prodotti tat-tabakk.
14. Huwa reat li xi pakkett ta’ prodott tat-tabakk jiġi ttikkettjat
bħala ''ħafif'' jew ''mhux qawwi''.
Iħassar A.L. 28 ta’ 
l-1987.
15. Ir-Regolamenti ta’ l-1987 dwar Avviżi dwar is-Saħħa
rigward it-Tipjip, huma b’dawn imħassrin.
TIKKETTI FUQ PRODOTTI TAT-TABAKK ġ L.S.315.01 7
L-EWWEL SKEDA
Lista ta’ avviżi speċifiċi msemmijna f’regolamenti 5 u 6(a):
1. Smoking causes cancer
It-tipjip iġib il-kanċer
2. Smoking causes heart disease
It-tipjip iġib il-mard tal-qalb
3. Smoking kills
It-tipjip joqtol
4. Smoking when pregnant harms your baby
It-tipjip waqt it-tqala jagħmel ħsara lit-tarbija
5. Protect children: don’t make them breathe your smoke
Ipproteġi lit-tfal: tpejjipx ħdejhom
6. Smoking damages the health of those around you
It-tipjip imarrad lil dawk ta’ madwarek
7. Smokers die younger
Jekk tpejjep tmut żgħir
8. Smoking causes addiction
I t-tipjip jikkaġuna dipendenza qerrieda
IT-TIENI SKEDA
Lista ta’ avviżi speċifiċi msemmija fir-regolament 6(b):
1. Smoking causes cancer
It-tipjip iġib il-kanċer
2. Smoking causes fatal lung cancer
It-tipjip iġib il-mard qerriedi
3. Smoking damages the health of those around you
It-tipjip imarrad lil dawk ta’ madwarek
4. Smoking causes heart disease
It-tipjip iġib il-mard tal-qalb
5. Smoking clogs the arteries and causes heart attacks and strokes
It-tipjip isodd l-arterji u jikkaġuna attakki tal-qalb
6. Protect children: don’t make them breathe your smoke
Ipproteġi t-tfal. Tħallihomx jibilgħu d-duħħan tas-sigaretti
7. Your doctor or your pharmacist can help you stop smoking
It-tabib jew l-ispiżjar jgħinuk biex tieqaf tpejjep
8 L.S.315.01 ħ TIKKETTI FUQ PRODOTTI TAT-TABAKK
8. Smoking is highly addictive, don’t start.
It-tipjip huwa vizzju, tibdiex tpejjep
9. Stopping smoking reduces the risk of fatal heart and lung diseases
Jekk tieqaf tpejjep tnaqqas ir-riskju ta’ attakki tal-qalb u mard tal-pulmun
10. Smoking can cause a slow and painful death
It-tipjip jista’ jwassal għal mewt bil-mod
11. Get help to stop smoking
Itlob l-għajnuna biex tieqaf tpejjep
12. Smoking may reduce the blood and causes impotence
It-tipjip inaqqas iċ-ċirkolazzjoni tad-demm u jista’ jwassal għal infertilità
13. Smoking causes ageing of the skin
It-tipjip ixejjħek
14. Smoking can damage the sperm and decreases fertility
It-tipjip jagħmel ħsara lill-isperma u jikkaġuna infertilità
15. Smoking contains benzene, nitrosamines, formaldehyde and hydrogen
cyanide
Is-sigarretti fihom benzene, formaldehyde u hydrogen cyanide
