TIPJIP TAT-TABAKK FIR-REĠISTRI TAL-QRATI ġ L.S.315.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 315.03
REGOLAMENTI DWAR IT-TIPJIP TAT-TABAKK 
FIR-REĠISTRI TAL-QRATI
1 ta’ Novembru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 325 ta’ l-2002.
Titolu.
Tipjip tat-Tabakk fir-Reġistri tal-Qrati.
Tifsir.
''prodott tat-tabakk'' tfisser prodott li jkun manifatturat, ukoll
f’parti minnu, minn tabakk, u li jkun maħsub li jintuża għat-tipjip,
iżda la tinkludi tabakk li ma jitpejjipx li jkun maħsub li jintuża billi
jintgħomod, u li jinkludi tabakk tat-tagħmid niexef li jittieħed mill-
imnieħer jew mill-ħalq, u lanqas ebda mediċina li tinbiegħ jew tiġi
provduta kollha kemm hi jew prinċipalment biex tintuża bħala
għajnuna biex persuna tirrinunzja għat-tipjip.
Projbizzjoni ta’ 
tipjip tat-tabakk 
fir-Reġistri tal-
Qrati.
3. Ħadd ma għandu f'ebda waqt ipejjep xi prodott tat-tabakk
fil-limiti tar-reġistri tal-Qrati Superjuri, kemm Ċivili kemm
Kriminali, u tal-Qrati Inferjuri f’Malta, u tal-Qorti tal-Maġistrati
(Għawdex).
Reati u pieni.
jkun ħati ta’ reat u jista’, meta jinsab ħati, jeħel multa ta’ mhux
inqas minn ħames liri u mhux iżjed minn ħamsin lira.
