TIPJIP F’POSTIJIET PUBBLIĊI ġ L.S.315.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 315.04
REGOLAMENTI DWAR IT-TIPJIP
F’POSTIJIET PUBBLIĊI
5 ta’ April, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 244 ta’ l-2003.
Titolu u bidu fis-
seħħ.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti dwar
it-Tipjip f’Postijiet Pubbliċi.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom jibdew iseħħu fil-5 ta’
April, 2004.
Tifsir.
Kap. 315.
''impjegat'' tfisser persuna impjegata minn prinċipal;
''kamra msemmija fejn jista’ jsir it-tipjip'' tfisser kamra
magħluqa imsemmija bħala waħda fejn jista’ jsir it-tipjip;
''post imsemmi fejn jista’ jsir it-tipjip'' tfisser mkien li ma jkunx
kamra magħluqa, li jkun imsemmi bħala wieħed fejn isir it-tipjip;
''prinċipal'' tfisser persuna li timpjega persuna waħda jew iktar u
tinkludi lill-persuna li fl-aħħar mill-aħħar tkun inkarigata minn xi
post;
''tipjip'' tinkludi l-ġarr ta’ prodott tat-tabakk imqabbad bin-nar;
''żona fejn isir ix-xogħol'' tfisser kull spazju fuq ġewwa jew
spazju ieħor fil-magħluq fejn l-impjegati jwettqu xogħlhom bħala
impjegati, u tinkludi kull kuridur adjaċenti, lobby, tromba tat-taraġ,
elevator, lift, cafeteria, kamra fejn isir il-ħasil jew żona oħra
komuni li fiha jidħlu l-impjegati waqt li jkunu qegħdin fuq
xogħlhom.
Projbizzjoni ta’ 
tipjip f’żoni fil-
magħluq.
3. (1) Huwa projbit it-tipjip li jsir mill-pubbliku f’xi fond fil-
magħluq li jkun jagħmel parti minn bini pubbliku jew privat
elenkat fl-Iskeda.
(2) Għandhom jintwerew ċar dawk iż-żoni li jkunu riservati
għal persuni li jpejjpu f’xi bini minn dawk imsemmija fis-
subregolament (1).
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolamenti (1) u (2),
fil-każ ta’ konflitt bejn persuni li jpejjpu u persuni li ma jpejjpux
f’xi żona li ma tkunx waħda minn dawk riservati għal persuni li
jpejjpu, persuna li tpejjep ma għandhiex tpejjep f’dik iż-żona.
Responsabbiltà  tal-
prinċipal.
4. (1) Sew il-prinċipal sew min jagħmilha minfloku għandu
jiżgura li ħadd ma jpejjep f’xi żona fejn isir ix-xogħol jew f’xi żona
pubblika li tkun taħt il-kontroll ta’ dak il-prinċipal.
(2) Prinċipal għandu jsemmi liema jkunu ż-żoni speċjali għat-
tipjip u dawk iż-żoni għandhom ikunu għalkollox separati minn
żoni fejn normalment ikun hemm persuni li ma jpejjpux.
2 L.S.315.04 ħ TIPJIP F’POSTIJIET PUBBLIĊI
(3) Prinċipal ikun ukoll responsabbli li jiżgura li f’dawk iż-
żoni li jkunu msemmija fis-subregolament (2), persuni li ma
jpejjpux għandhom ikunu esposti ftit li xejn jew mill-inqas għad-
duħħan tat-tabakk, u li l-impjegati ma għandhomx ikunu meħtieġa
li jidħlu f’dawk il-kmamar ukoll waqt li jkunu qegħdin jaqdu
dmirijiethom.
Tipjip fil-post tax-
xogħol jew f’post 
pubbliku.
5. (1) Ħadd ma jista’ jpejjep fil-post tax-xogħol jew f’post
pubbliku li jkun taħt il-kontroll ta’ prinċipal ħlief f’kamra
msemmija fejn jista’ jsir it-tipjip jew f’post imsemmi fejn jista’ jsir
it-tipjip.
(2) Prinċipal għandu jgħarraf b’mod ċar lill-impjegati tiegħu u
lill-membri tal-pubbliku bil-projbizzjoni li toħroġ mis-
subregolament (1) u fejn tkun tinsab, jekk ikun hemm waħda, il-
kamra msemmija fejn jista’ jsir it-tipjip u l-postijiet imsemmija
fejn jista’ jsir it-tipjip li jkunu taħt il-kontroll tal-prinċipal billi
jwaħħal avviżi li jkunu jidhru ċar, skond ma jkun adatt jew skond
ma jista’ jiġi ordnat.
Riserva. 6. Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dawn ir-regolamenti ma
għandhomx jolqtu t-tħaddim ta’ xi liġi, regolament jew regola oħra,
jew xi piena li toħroġ minnhom, dwar il-protezzjoni ulterjuri ta’
persuni milli jiġu esposti għad-duħħan tat-tabakk.
TIPJIP F’POSTIJIET PUBBLIĊI ġ L.S.315.04 3
SKEDA
Regolament 3(1)
Bini pubbliku u privat fil-magħluq
1. Kull bini fejn jingħataw servizzi lill-pubbliku, sew bi ħlas sew b’xejn,
inkluż il-bejgħ ta’ oġġetti;
2. Sptarijiet, bini fejn tingħata kura medika u kull bini ieħor fejn tiġi
pprattikata l-mediċina;
3. Kull bini fejn imorru persuni anzjani;
4. Skejjel u postijiet oħra fejn imorru jew ikunu joqogħdu t-tfal jew iż-
żgħażagħ;
5. Bini fil-magħluq fejn jingħataw edukazzjoni għolja u taħriġ vokazzjonali;
6. Bini fil-magħluq li jintuża għad-divertiment, bħala studios tar-radju u tat-
televiżjoni miftuħa għall-pubbliku, u f’kull studio tat-televiżjoni matul xi dibattitu,
diskussjoni jew xi programm ieħor imxandar lokalment għall-wiri pubbliku sew
dirett sew reġistrat minn qabel;
7. Bini fejn jintwerew esibizzjonijiet;
8. Bini u postijiet fejn isir l-isport;
9. Lokalitajiet fejn ikun hemm portijiet u ajruporti.
