LIĊENZI GĦAL BEJJIEGĦA BIEB B’BIEB ġ L.S.317.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 317.01
REGOLAMENTI DWAR LIĊENZI
GĦAL BEJJIEGĦA BIEB B’BIEB
7 ta’ Mejju, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 83 ta’ l-1996.
Titolu.
Liċenzi għal Bejjiegħa Bieb b’Bieb.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 317.
"Dipartiment" tfisser id-Dipartiment għall-Affarijiet tal-
Konsumatur;
"Direttur" tfisser id-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Applikazzjonijiet 
għal liċenzi.
3. Applikazzjoni għall-ħruġ ta' liċenza sabiex wieħed ikun
jista’ jagħmilha ta’ bejjiegħ bieb b’bieb għandha ssir lid-Direttur
fuq formula li tinkiseb mingħand id-Direttur, u għandu jkun fiha l-
partikolaritajiet kollha msemmija fl-istess formula, u għandhom
jinthemżu magħha dawk id-dokumenti kollha msemmija fil-
formula.
Drittijiet li jitħallsu 
għal liċenza.
4. Għandu jintalab mid-Direttur, għall-ħruġ jew tiġdid ta’
liċenza biex wieħed jagħmilha ta’ bejjiegħ bieb b’bieb, dritt ta’
għoxrin lira. 
Għamla tal-
liċenza.
5. Il-liċenza sabiex wieħed ikun jista’ jagħmilha ta’ bejjiegħ
bieb b’bieb għandu jkollha l-għamla indikata fl-Ewwel Skeda.
Identifikazzjoni ta’ 
bejjiegha bieb 
b’bieb.
6. (1) Bejjiegħ bieb b’bieb li jkun hekk liċenzat skond l-Att
għandu jġorr miegħu f’kull żmien li matulu jkun qiegħed juża dik
il-liċenza karta ta’ l-identità  li tinħariġlu mid-Direttur.
(2) Il-karta ta’ l-identità  msemmija fis-subregolament (l)
għandu jkollha l-għamla indikata fit-Tieni Skeda u għandha
tintwera mill-bejjiegħ lill-konsumatur, meta l-konsumatur
jitlobhielu.
Applikazzjonijiet 
għal tiġdid ta’ 
liċenzi.
7. Applikazzjonijiet għat-tiġdid ta' liċenzi sabiex wieħed
jagħmilha ta’ bejjiegħ bieb b’bieb għandhom isiru lid-Direttur fuq
formula li tinkiseb mingħand id-Direttur, u għandu jkun fiha l-
partikolaritajiet kollha kif imsemmija fl-istess formula, u
għandhom jinthemżu magħha dawk id-dokumenti kollha msemmija
fil-formula.
Tibdil ta’ 
partikolaritajiet.
8. (1) Meta wara li tinħareġ jew tiġġedded 1iċenza sabiex
wieħed ikun jista' jagħmilha ta’ bejjiegħ bieb b’bieb, jiġri li jkun
hemm tibdil fil-partikolaritajiet indikati fil-formula ta’
applikazzjoni relattiva, id-detentur tal-liċenza għandu minnufih
javża lid-Direttur bit-tibdil fil-partikolaritajiet.
(2) Id-Direttur jista’, meta jkun il-każ, jeħtieġ li d-detentur ta’
liċenza jrodd lura l-liċenza u l-karta ta’ l-identità  tiegħu, u għandu
jieħu nota tat-tibdil ta’ partikolaritajiet fil-liċenza u fil-karta ta’ l-
2 L.S.317.01 ħ LIĊENZI GĦAL BEJJIEGĦA BIEB B’BIEB
identità  tad-detentur tal-1iċenza, u jirritornahom lura lid-detentur.
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 5)
ATT DWAR BEJJIEGĦA BIEB B’BIEB
(KAP. 317)
Liċenza Nru .....................
B’dan qegħda tingħata liċenza mid-Direttur għall-Affarijiet tal-
Konsumatur, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "id-Direttur",
skond l-artikolu 4(1) ta’ l-imsemmi Att biex il-persuna indikata
tkun tista’ tagħmilha ta’ bejjiegħ bieb b’bieb:
Isem ....................................................
Indirizz ..................................................
...............................................................
Karta ta’ l-Identità  Nru ............................
Indirizz tan-Negozju ...............................
.................................................................
Din il-liċenza tiswa sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ...........
Din il-liċenza ma teżentax 1id-detentur tagħha milli jikseb kull
liċenza oħra jew permess ieħor meħtieġa minn jew taħt xi liġi oħra.
Id-detentur ta’ din il-liċenza għandu jagħti avviż bil-miktub lid-
Direttur dwar kull tibdil fil-partikolaritajiet hekk kif indikati fil-
formula ta’ applikazzjoni relattiva u għandu meta jkun hemm dan
it-tibdil fil-partikolaritajiet irodd lura lid-Direttur fuq it-talba
tiegħu din il-liċenza flimkien mal-karta ta’ l-identità  ta’ bejjiegħ
bieb b’bieb.
Dritt imħallas Lm ..................... Riċevuta Nru. ...................
Direttur ......................... Data ..............................
LIĊENZI GĦAL BEJJIEGĦA BIEB B’BIEB ġ L.S.317.01 3
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 6(2))
DIPARTIMENT GĦALL-AFFARIJIET 
TAL-KONSUMATUR
Ritratt
B’dan qiegħed jiġi ċertifikat li d-detentur
......................................... Karta ta’ l-
Identità  Nru. .................huwa debitament
awtorizzat li jagħmilha ta’ bejjiegħ bieb
b’bieb skond l-Att dwar Bejjiegħa Bieb
b’Bieb.
Din il-liċenza hija valida sa .....................
.......................
Firma tad-detentur
...................................................
Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur
Liċenza Nru. .......... Data ........................
