PENSJONIJIET GĦAX-XJUĦ ġ L.S.318.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 318.01
REGOLAMENTI DWAR
IL-PENSJONIJIET GĦAX-XJUĦ
2 ta’ Awissu, 1948
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 443 ta’ l-1948, kif emendata bl-
Ordinanza ta’ Emerġenza VI ta’ l-1958, bl-Ordinanza XXV ta’ l-1962, u
bl-Att XLIV ta’ l-1965.
Titolu.
Pensjonijiet għax-Xjuħ.
Tifsir.
test ma titlobx ħaġ’oħra -
Kap. 318.
"talba" tfisser talba għall-pensjoni;
"min jagħmel it-talba" ifissru persuna li tagħmel it-talba jew il-
persuna li f’isimha ssir it-talba;
"pensjoni" tfisser pensjoni għax-xjuħ taħt l-Att;
"pensjonant" tfisser persuna li qed tirċievi pensjoni.
Avviż għandu jkun 
bil-miktub.
3. (1) Kull avviż jew intimazzjoni oħra u kull dokument
meħteġin jew awtorizzati li għandhom jinbagħtu għall-finijiet ta’
dawn ir-regolamenti għandhom ikunu bil-miktub.
(2) Kull avvż jew intimazzjoni oħra u kull dokument meħteġin
jew awtorizzati li għandhom jinbagħtu lil persuna għall-finijiet ta’
dawn ir-regolamenti għandhom jitqiesu li jkunu ntbagħtu kif imiss,
jekk jintbagħtu bil-posta indiriżzati lil dik il-persuna fl-aħħar
indirizz tagħha tas-soltu li jkun magħruf.
Formuli.
Emendat:
Ord. ta’ Emerġ.
VI ta’ l-1958;
Ord. XXV ta’ l-
1962.
4. Għall-finijiet ta’ l-Att u ta’ dawn ir-regolamenti,
għandhom jiġu użati dawk il-formuli li l-Ministru jista’ jordna
minn żmien għal ieħor.
It-talbiet għall-
pensjoni.
Emendat:
Ord. ta’ Emerġ.
VI ta’ l-1958;
Ord. XXV ta’ l-
1962;
Att XLIV ta’ l-
1965.
5. (1) Kull persuna li tixtieq tagħmel talba għandha timla u
tiffirma formula tat-talba u tikkonsejaha jew tibgħatha lid-Direttur
tas-Servizzi Soċjali jew lil dak l-uffiċjal l-ieħor li minn żmien għal
ieħor jista’ jinħatar mill-Ministru għal hekk. Meta tasal talba li ma
tkunx mimlija u ffirmata kif imiss, din, madankollu, titqies bħala
talba li tiswa, jekk imbagħad terġa’ tintbagħat mimlija u ffirmata
kif imiss fi żmien xahar mid-data, li fiha kienet inbagħtet lura lil
min jagħmel it-talba sabiex timtela sewwa.
(2) Persuna li ma tafx tikteb jew persuna li, minħabba xi
raġunijiet fiżiċi, ma tistax tikteb għandha ġġiegħel min jimlielha l-
formula tat-talba u hi għandha imbagħad tagħmel marka fuq il-
formula 1i tkun imtliet, jew , jekk ma tistax fiżikament tagħmel din
il-marka, għandha ġġiegħel min jagħmel il-marka f’isimha.
(3) Il-Ministru għandu jipprovdi lil kull stazzjon tal-Pulizija u
lil kull uffiċċju tal-Ministeru bil-formuli tat-talba stampati, u kull
2 L.S.318.01 ħ PENSJONIJIET GĦAX-XJUĦ
uffiċjal inkarigat minn dawn l-istazzjonijiet jew uffiċċji għandu,
meta jito1buh, jagħti formula tat-talba b’xejn lil kull persuna li
tixtieq tagħmel talba.
(4) Kull uffiċjal bħal dan għandu, jekk jiġi mitlub minn
persuna li tixtieq tagħmel talba, jagħti li1 dik il-persuna dawk l-
informazzjonijiet u dik l-għajnuna biex timla l-formula tat-talba li
jkun jista’ jagħti u li jkun meħtieġ sabiex dik il-persuna tkun tista’
timla’ l-formula, skond ma jixraq.
Eżami u 
deċiżjonijiet fuq 
talbiet għall-
pensjoni.
Emendat:
Ord. ta’ Emerġ.
VI ta’ l-1958;
Ord. XXV ta’ l-
1962;
Att XLIV ta’ l-
1965.
6. (1) Id-Direttur tas-Servizzi Soċjali għandu jżomm reġistru
tat-talbiet kollha li jintbagħtu lilu u, minnufih malli jirċievi talba,
għandu, taħt dawn ir-regolamenti, jġiegħel illi t-talba tkun
irreġistrata. Għandu jġiegħel illi kull talba tkun innumerata b’dak
il-mod, li jista’ jordna l-Ministru minn żmien għal ieħor.
(2) Id-Direttur tas-Servizzi Soċjali għandu jżomm ukoll
notamenti xierqa ta’ kull deċiżjoni fuq u dwar kull talba mdaħħla
fir-reġistru, jew fuq jew dwar kull kwistjoni li tqum dwar pensjoni
maħruġa fuq xi talba bħal din, jew fuq jew dwar applikazzjoni
magħmula għat-tħassir jew tibdil ta’ konċessjoni provviżorja ta’
talba.
Tfittxija.
Emendat:
Att XLIV ta’ l-
1965.
7. Malli jista’ jkun wara li jirċievi talba, d-Direttur tas-
Servizzi Soċjali għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex ifittex
u jiżgura ruħu jekk min jagħmel it-talba għandux jedd għal
pensjoni, u jekk għandu, b’liema rata:
Iżda -
(a) meta talba magħmula minn min jagħmel it-talba matul
l-aħħar sitt xhur kienet irrifjutata u min jagħmel it-
talba ma jurix prima facie b’sodisfazzjon tad-Direttur
tas-Servizzi Soċjali illi ir-raġunijiet tar-rifjut tat-talba
ma għadhomx iseħħu iżjed; jew
(b) meta talba turi biċ-ċar minnha nnifisha illi min
jagħmel it-talba m’għandux il-kondizzjonijiet
meħtieġin mill-liġi,
id-Direttur tas-Servizzi Soċjali ma jkunx obbligat li jeżamina t-
talba.
L-età  ta’ persuna. 8. Sabiex wieħed jiffissa l-età  ta’ persuna, tista’ titqies waħda
minn dawn il-ħwejjeġ, jiġifieri:
ċertifikat tat-twelid;
ċertifikat tal-magħmudija;
kull prova oħra li tkun biżżejjed għal hekk.
Deċiżjoni.
Emendat:
Att XLIV ta’ l-
1965.
9. (1) Id-Direttur tas-Servizzi Soċjali għandu jagħti d-
deċiżjonijiet tiegħu fuq kull talba malli jista’ jkun, u, malli jagħti d-
deċiżjoni tiegħu, għandu minnufih jibgħat avviż fuq hekk lil min
ikun għamel it-talba.
(2) Kull darba li talba tiġi rifjutata, fl-avviż tad-deċiżjoni li
għandu jintbgħat lil min jagħmel it-talba, għandu jkun hemm fih ir-
raġunijiet tar-rifjutar tat-talba.
PENSJONIJIET GĦAX-XJUĦ ġ L.S.318.01 3
Meta talba tiġi 
milquha.
Emendat:
Att XLIV ta’ l-
1965.
10. Kull meta it-talba tiġi milquha, d-Direttur tas-Servizzi
Soċjali jiffissa ir-rata ta’ pensjoni fil-ġimgħa illi jkollu jedd għaliha
min ikun għamel it-talba u għandu fl-avviż tad-deċiżjoni tiegħu
jsemmi dik ir-rata.
Talba li ssir għall-
quddiem.
Emendat:
Att XLIV ta’ l-
1965.
11. (1) Jekk persuna jidhrilha illi, għalkemm għal dak iż-
żmien ma għandhiex jedd għal pensjoni hija madankollu jkollha l-
jedd għal pensjoni għal quddiem f’xi data oħra, hija tista tagħmel
talba f’kull żmien mhux iżjed tard minn tliet xhur qabel dik id-data.
(2) Jekk id-Direttur tas-Servizzi Soċjali jidhirlu illi min
jagħme1 it-talba aktarx li jkollu il-jedd għal pensjoni f’xi żmien
mhux iktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha d-Direttur tas-
Servizzi Soċjali jkun irċieva t-talba, huwa jgħaddi din it-talba
provviżorjament b’mod li jkollha effett f’data msemmija mhux
iżjed tard minn tliet xhur mid-data li fiha d-Direttur tas-Servizzi
Soċjali jkun irċieva t-talba.
Disposizzjonijiet 
dwar kwistjonijiet 
u applikazzjonijiet.
Emendat:
Att XLIV ta’ l-
1965.
12. (1) Jekk persuna tixtieq li tqajjem kwistjoni fuq jekk il-
pensjonant għandux jew għadx għandu l-kondizzjonijiet tal-liġi jew
dwar xi skwalifika tiegħu, jew dwar ir-rata tal-pensjoni, jew dwar
id-dħul f’xi żmien ta’ pensjoni minn persuna meta din il-persuna
ma kellhiex jedd li tieħu pensjoni, jew pensjoni b’dik ir-rata, jew
biex tagħmel applikazzjoni għat-tibdil jew tħassir tal-konċessjoni
provviżorja ta’ talba għal pensjoni, dik il-persuna tista’ tqajjem
kwistjoni bħal din billi tibgħat lid-Direttur tas-Servizzi Soċjali
dikjarazzjoni bil-miktub tal-kwistjoni jew applikazzjoni bil-
miktub, skond il-każ, flimkien ma’ rapport fil-qosor ta’ kull prova
għat-twettiq tad-dikjarazzjonijiet tiegħu, u d-Direttur tas-Servizzi
Soċjali għandu jistaħreġ u, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan
ir-regolament, jittratta l-kwistjoni jew applikazzjoni bl-istess mod,
mutatis mutandis, skond ma hu meħtieġ minn dawn ir-regolamenti
li jittratta talba:
Iżda d-Direttur tas-Servizzi Soċjali ma hux obbligat li
jistħarreġ kwistjoni jew l-applikazzjoni f’kull każ li-
(a) il-prova miġjuba mill-persuna għat-twettiq tad-
dikjarazzjonijiet magħmula, fil-fehma tad-Direttur tas-
Servizzi Soċjali mhix sostanzjali; jew
(b) ikunu għaddew inqas minn sitt xhur minn mindu l-
pensjoni tkun ħarġet jew minn mindu kwistjoni bħal
din kienet deċiża.
(2) Meta, taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att jinżamm il-ħlas ta’
pensjoni wara li tqum kwistjoni dwar l-iskwalifika, ta’ pensjonant,
id-Direttur tas-Servizzi Soċjali għandu jgħarraf lill-psnsjonant bir-
raġunijiet li nġiebu dwar l-iskwalifika u illi l-ħlas tal-pensjoni
jinżamm sakemm tingħata deċiżjoni fuq il-kwistjoni.
(3) Meta f’xi żmien jidher illi pensjonant li qed jieħu pensjoni
b’ċerta rata jkollu l-jedd f’xi data ’il quddiem għal pensjoni b’rata
ogħla jew inqas, tkun tista’ titqajjem kwistjoni dwar ir-rata li biha
għandha titħallas il-pensjoni ’il quddiem minn dik id-data f’xi
żmien mhux iżjed tard minn tliet xhur qabel dik id-data, u jekk id-
Direttur tas-Servizzi Soċjali jkun sodisfatt illi l-pensjoni jkollha
titħallas b’rata differenti f’xi żmien fi tliet xhur mid-data li fiha l-
kwistjoni titqajjem, id-Direttur tas-Servizzi Soċjali jista’
4 L.S.318.01 ħ PENSJONIJIET GĦAX-XJUĦ
proviżorjament jiddeċiedi illi l-pensjoni għandha, minn data
stabbilita, li ma tkunx tard iżjed minn tliet xhur mid-data li fiha
titqajjem il-kwistjoni, titħallas b’rata stabbilita differenti, u kull
deċiżjoni bħal din proviżorja għandha, mid-data stabbilita ħlief
jekk tkun qabel imħassra jew mibdula, jkollha effett skond dik id-
deċiżjoni.
Prova jew 
informazzjoni.
Emendat:
Att XLIV ta’ l-
1965.
13. Sabiex jiddeċiedi fuq xi talba, kwistjoni, jew applikazzjoni
li għandha tinqata’ minnu, d-Direttur tas-Servizzi Soċjali jista’ jqis
kull prova jew informazzjoni li fil-fehma tiegħu hija biżżejjed
għall-iskop, u li hi, fil-fehma tiegħu, l-aħjar prova jew
informazzjoni li tista’ bir-raġun tittieħed.
Rapport.
Emendat:
Ord. ta’ Emerġ.
VI ta’ l-1958;
Ord. XXV ta’ l-
1962;
Att XLIV ta’ l-
1965.
14. Id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku għandu, darba fil-
ġimgħa, jibgħat lid-Direttur tas-Servizzi Soċjali rapport, skond il-
għamla li l-Ministru jista jiddeċiedi, tal-mewt tan-nies ta’ sittin
sena jew fuq is-sittin sena li kienu reġistrati minnu matu1 il-ġimgħa
sewwa sew qabe1 dik li għaliha jirreferixxi r-rapport.
Ħlas ta’ 
pensjonijiet.
Emendat:
Att XLIV ta’ l-
1965.
15. (1) Bla ħsara ta’ dak li hemm stabbilit hawnhekk iżjed ’il
quddiem, il-pensjonijiet jitħallsu 1il-pensjonant f’dak l-uffiċċju tal-
Ministeru illi d-Direttur tas-Servizzi Soċjali jista’ minn żmien għal
ieħor jiddeċiedi.
(2) Dwar kull deċiżjoni li taħtha pensjoni għandha titħallas
jew tibqa titħallas, id-Direttur tas-Servizzi Soċjali għandu jġiegħel
li tintbagħat lill-pensjonant awtorità  bil-miktub biex jiġbed il-
pensjoni, u avviż ta’ l-arranġamenti għall-ħ1as ta’ dik il-pensjoni
sa fejn dawn jolqtu lill-pensjonant.
(3) Il-pensjonant għandu kull tant żmien jagħti dikjarazzjoni
bil-miktub, b’dik il-forma u f’dawk iż-żminijiet li d-Direttur tas-
Servizzi Soċjali jista’ jistabbilixxi dwar il-pensjoni li għandha
tibqa’ titħallas lilu; id-disposizzjonijiet li hemm fir-rego1ament 5
għandhom sa fejn jistgħu jgħoddu, jgħoddu għal dawn id-
dikjarazzjoniliet.
(4) B’dak kollu li hemm f’dan ir-regolament, id-Direttur tas-
Servizzi Soċjali jista’ f’xi każ speċjali jirranġa għall-ħlas ta’ dik il-
pensjoni b’mod ieħor milli b’mezz ta’ l-uffiċċju tal-Ministeru.
Mewt ta’ persuna li 
għandha jedd 
għall-pensjoni.
Emendat:
Att XLIV ta’ l-
1965.
16. Mal-mewt ta’ persuna li għandha l-jedd għall-pensjoni,
kull min ikollu fil-pussess tiegħu jew wara jikseb xi awtorità  bil-
miktub li biha tinġibed pensjoni għandu jikkonsenja lid-Direttur
tas-Servizzi Soċja1i l-awtorità  maħruġa taħt ir-regolament 15(2).
Somma li titħallas 
f’każ ta’ mewt.
Emendat:
Att XLIV ta’ l-
1965.
17. (1) F’dan ir-regolament u fir-regolament 18, kemm-il
darba r-rabta fis-sens tat-test ma titlobx tifsira oħra, l-espressjoni
"somma 1i għandha titħallas f’każ ta’ mewt" tfisser -
(a) f’każ ta’ mewt ta’ pensjonant, kull somma li kellha
tibda titħallas akkont ta’ pensjoni fi żmien tliet xhur
qabel id-data tal-mewt iżda ma tħallsitx; jew
(b) f’każ ta’ mewt ta’ min jagħmel it-tatba għall-pensjoni,
kull somma li, kieku it-talba kienet milqugħa minnufih
qabe1 il-mewt tiegħu, kien ikollha titħallas akkont ta’
pensjoni sad-data tal-mewt.
PENSJONIJIET GĦAX-XJUĦ ġ L.S.318.01 5
(2) B’dak kollu li jista’ jkun hemm fl-Att iżda minghajr ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, d-Direttur tas-
Servizzi Soċjali jista’, jekk talba għal somma li għandha titħallas
f’każ ta’ mewt issir lilu fi żmien tliet xhur mill-mewt tal-
pensjonant jew, skond il-każ, ta’ min jagħmel it-talba għall-
pensjoni, iħallas is-somma li għandha titħallas f’każ ta’ mewt.
Kif titħallas is-
somma f’każ ta’ 
mewt.
Emendat:
Att XLIV ta’ l-
1965.
18. (1) Mal-mewt ta’ pensjonant jew, skond il-każ, ta’ min
jagħmel talba għal pensjoni, kull somma li għandha titħallas f’każ
ta’ mewt dwar dik il-persuna tista’ titħallas jew titqassam mid-
Direttur tas-Servizzi Soċjali, ukoll jekk ma jkunx hemm
dikjarazzjoni tal-Qorti dwar il-ftuħ tas-suċċessjoni jew prova oħra
tad-dritt tal-benefiċjarji taħt is-suċċessjoni tal-mejjet, iżda xejn li
hemm hawnhekk f’din id-disposizzjoni ma għandu jawtorizza lid-
Direttur tas-Servizzi Soċjali, meta huwa ma jkunx ħallas diġà  s-
somma li għandha titħallas f’każ ta’ mewt, li jirrifjuta l-ħlas ta’ dik
is-somma lil persuna li għandha d-dritt għal dik is-somma u li ġġib
prova tad-dritt tagħha.
(2) Meta s-somma li għandha titħallas f’każ ta’ mewt għandha
titħallas lil nies li, skond ma jidhirlu d-Direttur tas-Servizzi Soċjali,
għandhom id-dritt li jibbenefikaw minn din is-somma bis-saħħa ta’
testment jew att ieħor testamentarju, is-somma li għandha titħallas
f’każ ta’ mewt tista’ titħallas jew titqassam lil dawk in-nies li huma
msemmijin hawn fuq kif id-Direttur tas-Servizzi Soċjali jidhirlu
xieraq u dan il-ħlas jew it-tqassim għandu jsir lil dawk in-nies biss
u mhux lil nies oħra, iżda dana jsir bla ħsara ta’ kull rimedju li
dawk in-nies l-oħra jista’ jkollhom biex jiġbru s-somom kollha jew
biċċa minnhom li jkunu tħallsu jew tqassim kif imsemnri hawn fuq
kontra l-persuna jew persuni li jkunu tħallsu.
(3) Jekk pensjonant jew, skond il-każ, min jagħmel it-talba
għal pensjoni imut bla testment, kull somma li għandha titħallas
f’każ ta’ mewt dwar dik il-persuna tista’ titħallas jew titqassam
mid-Direttur tas-Servizzi Soċjali lil jew fost dawk il-persuni li, kif
jidhirlu, fuq dik il-prova li titressaq lilu u li skond ma jaħseb hija
sodisfaċenti, għandhom id-dritt li jibbenefikaw biex jirċievu dik is-
somma, sew bħala qraba jew xort’oħra skond il-liġi jew bħala
kredituri ta’ l-ispejjeż tal-funerali jew ta’ l-aħħar marda tal-persuna
mejta, jew tista’ titħallas lil jew titqassam fost dawk il-persuni
msemmijin hawn qabel kif id-Direttur tas-Serviszi Soċjali jaħseb li
huwa xieraq u dan il-ħlas jew tqassim isir lil dawk in-nies biss u
mhux lil ħaddieħor:
Iżda fil-każ ta’ illeġittimità  tal-pensjonant jew, skond il-
każ, ta’ min jagħmel it-talba għal pensjoni jew ta’ tifel jew tifla
tiegħu, dik il-persuna, li skond il-fehma tad-Direttur tas-Servizzi
Soċjali kien ikollha dritt għas-somma li għandha titħallas f’każ ta’
mewt kieku il-persuna mejta jew xi tifel jew tifla tagħha kienu
leġittimi, tista’ għall-iskopijiet ta’ din il-klawsola, jitqiesu bħala
persuna li għandha d-dritt tibbenefika mis-somma.
(4)Meta persuna 1i tkun minuri jkollha l-jedd li tieħu somma li
għandha titħallas f’każ ta’ mewt skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
ir-regolament u jintwera b’sodisfazzjon tad-Direttur tas-Servizzi
Soċjali illi dik is-somma hija meħtieġa, għall-ġid ta’ dak it-tifel jew
tifla, d-Direttur tas-Servizzi Soċjali jista’ jħallas dik is-somma jew
6 L.S.318.01 ħ PENSJONIJIET GĦAX-XJUĦ
xi biċċa minn dik is-somma lil kull persnna li tissodisfah illi min
jieħu dik is-somma jinqeda biha għall-ġid ta’ dak it-tifel jew tifla, u
l-irċevuta ta’ dak li jieħu s-somma teħles lid-Direttur tas-Servizzi
Soċjali mir-responsabbiltà  tas-somma li tkun hekk tħallset.
 (5) Wara li tkun tħallset xi somma skond id-disposizzjonijiet li
hemm f’dan ir-regolament id-Direttur tas-Servizzi Soċjali jkun
meħlus minn kull responsabbiltà  dwar somma jew somom li jkunu
hekk imħallsin.
Radd lura ta’ xi 
somom.
Emendat:
Ord. ta’ Emerġ.
VI ta’ l-1958;
Ord. XXV ta’ l-
1962;
Att XLIV ta’ l-
1965.
19. Meta pensjonant ikollu jrodd xi somom taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att, u l-Ministru jordna illi dawk is-somom
jew xi biċċa minnhom jitnaqqsu mis-somom illi għalihom dik il-
persuna jkollha jedd akkont ta’ pensjoni it-tnaqqis għandu jsir billi
tinżamm, kif id-Direttur tas-Servizzi Soċjali jidhirlu xieraq, jew is-
somom kollha jew biċċa mill-ħlasijiet akkont ta’ pensjoni sakemm
it-total tas-somom miżmumin ilaħħqu t-total tas-somom li jkunu
hekk ordnati li jitnaqqsu.
Nomina ta’ 
amministratur.
Emendat:
Att XLIV ta’ l-
1965.
20. (1) Meta persuna, li tkun jew persuna li jingħad li għandha
dritt għal pensjoni jew min jagħmel it-talba għall-pensjoni jew
pensjonant, minħabba xi inkapaċità  tal-moħħ jew inkapaċità  oħra,
ma tkunx tista’ taġixxi u l-assi tagħha ma jkunx amministrat minn
tutur, kuratur, jew kustodju ieħor li jaġixxi jew li jkun innominat
skond il-liġi, tista’ issir talba lid-Direttur tas-Servizzi Soċjali skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għan-nomina ta’
amministratur (sew jekk iknn hu l-persuna li titlob jew xi persuna
oħra) sabiex teżerċita f’isem il-persuna li ma tistax taġixxi, kull
dritt illi dik il-persuna jista’ jkollha taħt l-Att, u sabiex tirċievi
f’isem u għall-ġid ta’ dik il-persuna kull somma li jkollha titħallas
lil dik il-persuna bħala pensjoni jew akkont ta’ pensjoni.
(2) Malli jirċieci it-talba msemmija hawn fuq, jekk id-Direttur
tas-Servizzi Soċjali jkun sodisfatt illi l-persnna proposta li tiġi
nominata hija persuna tajba u xierqa biex taġixxi għall-iskopijiet
ta’ dan ir-regolament f’isem il-persuna li ma tistax taġixxi, u li hija
trid taġixxi f’isem dik il-persuna, d-Direttur tas-Servizzi Soċjali
jista’ għalhekk jinnomina l-persuna proposta:
Iżda -
(a) ebda persuna li tkuu uffiċjal jew impjegata tal-
Ministeru u ebda persuna li jkollha inqas minn
tmintax-il sena ma tkun tista’ tiġi nominata biex
taġixxi taħt dan ir-regolament; u
(b) id-Direttur tas-Servizzi Soċjali jista’ f’kull żmien
skond id-diskrezzjoni tiegħu assoluta jħassar kull
nomina magħmula taħt dan ir-regolament; u
(ċ) kull persuna nominata taħt dan ir-regolament tista’
titlaq mill-kariga tagħha, wara li tagħti avviż ta’ xhar
qabel lid-Direttur tas-Servizzi Soċjali fejn tfisser li bi
ħsiebha titlaq mill-karika tagħha.
Ġurament.
Emendat:
Att XLIV ta’ l-
1965.
21. Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti u sabiex ikun jista’
jagħmel id-dmirijiet tiegħu taħt dawn ir-regolamenti, d-Direttur
tas-Servizzi Soċjali jkollu s-setgha li jagħti ġurament lil kull
persuna.
PENSJONIJIET GĦAX-XJUĦ ġ L.S.318.01 7
Sptarijiet jew 
istituti ta’ l-Istat, 
jew sptarijiet jew 
istituti ssussidjati 
mill-Istat.
Emendat:
Ord. ta’ Emerġ.
VI ta’ l-1958;
Ord. XXV ta’ l-
1962;
Att XLIV ta’ l-
1965.
22. Is-Suprintendent jew persuna oħra inkarikata minn sptar
jew istitut ta’ l-Istat jew sptar jew istitut issussidjat mill-Istat għan-
nies xjuħ għandu jagħti lid-Direttur tas-Servizzi Soċjali rapport,
skond il-forma kif il-Ministru jista’ jiddeċiedi, dwar kull persuna li
tkun għalqet is-sittin sena u li ġiet milqugħa bħala rikoverata fl-
isptar jew fl-istitut jew meta tkun mibgħuta minn dan l-isptar jew
istitut, u dwar kull rikoverat jew rikoverata li jkun għalaq jew
għalqet is-sittin sena waqt li jkun rikoverat jew tkun rikoverata
hemmhekk. Rapport bħal dan għandu jingħata wkoll mid-Direttur
tal-Ħabs dwar kull persuna, miżmuma l-ħabs skond ordni magħmul
wara kundanna għal reat u li fiha jkun ordnat li din għanda tinżamm
il-ħabs mingħajr id-dritt li tagħżel l-piena jew li issofri kastig
akbar.
