GĦAJNUNA PUBBLIKA (ĠURAMENTI) ġ L.S.318.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 318.02
REGOLAMENTI DWAR
IL-GĦAJNUNA PUBBLIKA (ĠURAMENTI)
2 ta’ Awissu, 1948
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 109 ta’ l-1953, kif emendata bl-Att
XLIV ta’ l-1965.
Titolu.
Għajnuna Pubblika (Ġuramenti).
Tifsir.
Emendat:
Att XLIV ta’ l-
1965.
Kap. 318.
2. F’dawn ir-regolamenti -
"l-Att" tfisser l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali;
"uffiċjal li jamministra l-ġurament" tfisser id-Direttur tas-
Servizzi Soċjali u kull uffiċjal ieħor tad-Dipartiment tiegħu
awtorizzat mill-Ministru biex jamministra ġuramenti għat-tmexxija
tajba tad-dmirijiet tiegħu taħt u skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att.
Ġurament.
formalitajiet li ġejjin:
(a) kull dikjarazzjoni verbali għandha, qabel ma tinħalef,
tinkiteb u mbagħad tiġi ffirmata jew immarkat minn
min jagħmel id-dikjarazzjoni;
(b) ikun dmir l-uffiċjal li jamministra l-ġurament li
jossodisfa ruħu mill-identità  tal-persuna li tieħu l-
ġurament u li jfisser lil dik il-persuna x’fiha d-
dikjarazzjioni;
(ċ) l-uffiċjal li jamministra l-ġurament għandu jagħti r-
rispett dovut lis-solennità  ta’ l-att li jkun qiegħed
jagħmel u għandu jfiehem sewwa lil min ikun jagħmel
id-dikjarazzjoni bil-konsegwenzi ta’ ġurament falz;
(d) l-uffiċjal li jamministra l-ġurament għandu jiddikjara
fl-attestat il-post fejn u d-data li fiha ttieħed il-
ġurament u li huwa sodisfatt illi min għamel id-
dikjarazzjoni fehem kull ma jinsab fid-dikjarazzjoni.
