SIGURTÀ  SOĊJALI (FORZI ARMATI) ġ L.S.318.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 318.03
ORDNI DWAR IS-SIGURTÀ  SOĊJALI
(FORZI ARMATI)
12 ta’ Mejju, 1956
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 294 ta’ l-1956, kif emendata bl-
Ordni datat 9 ta’ Ottubru, 1957, u l-Avviż Legali 113 ta’ l-1975.
Titolu.
(Forzi Armati).
Ftehim.
ta’ dan l-Ordni għandhom jkollhom seħħ; u l-Att dwar is-Sigurtà
Soċjali għandu jseħħ suġġett għall-modifiki meħtieġa hemmhekk
sabiex jingħata seħħ lil dawk id-disposizzjonijiet.
2 L.S.318.03 ħ SIGURTÀ  SOĊJALI (FORZI ARMATI)
ANNESS
Memorandum ta’ Ftehim bejn l-Ammiraljat, il-Kunsill
ta’ l-Armata, il-Kunsill ta’ Ajru u l-Ministru ta’ l-Emigrazzjoni, Xogħol u Għajnuna 
Soċjali
L-Ammiraljat, il-Kunsill ta’ l-Armata u l-Kunsill ta’ Ajru, min-naħa, u l-Ministru
ta’ l-Emigrazzjoni, Xogħol u Għajnuna Soċjali, min-naħa l-oħra ftiehmu kif ġej:
Artikolu 1
(1) Meta persuna li għandha ’il fuq minn erbatax-il sena tkun f’xi ħin fis-7 ta’
Mejju, 1956, jew wara -
(a) tkun qed isservi bħala membru ta’ xi waħda mill-Forzi, jew
(b) tkun qed tagħmel taħriġ għal żmien ta’ aktar minn tnejn u sebgħin
siegħa konsekuttivi bħala membru ta’ xi waħda mill-Forzi tar-Riserva, u
(ċ) f’kull każ ma tkunx qiegħdha tħallas kontribuzzjonijiet skond il-proġett
tas-Sigurtà  Nazzjonali fil-Gran Brittanja, bħala membru ta’ dawn il-
Forzi,
hi għandha tiġi assigurata skond l-Att u, suġġett għad-disposizzjonijiet ta’ dan il-
ftehim, l-Att għandu japplika għaliha bħallikieku s-servizz jew it-taħriġ tagħha kienu
impieg assikurat, u bħallikieku l-Ammiraljat, il-Kunsill ta’ l-Armata jew il-Kunsill
ta’ l-Ajru, kif ikun il-każ, kienu l-prinċipali tagħha.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-ftehim, "il-Forzi" ifissru l-Forzi tal-Kuruna Navali,
Militari jew ta’ l-Ajru, imwaqqfin f’Malta, u "il-Forzi tar-Riserva" ifissru il-Forzi
tar-Riserva mwaqqfin f’Malta.
Artikolu 2
Ir-rata ta’ kull ġimgħa tal-kontribuzzjonijiet li jitħallsu skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Nazzjonali minn persuna assigurata ta’ xi waħda mill-klassijiet imsemmijin
fl-ewwel kolonna ta’ l-Iskeda ta’ dan il-Ftehim, mill-prinċipal tagħha u mill-Fond
Konsolidat għandha tkun ir-rata msemmija rispettivament għal dik il-klassi fit-tieni,
it-tielet u r-raba’ kolonna ta’ dik l-Iskeda.
Artikolu 3
L-ammonti li jitħallsu mill-Ammiraljat, il-Kunsill ta’ l-Armata u l-Kunsill
ta’ l-Ajru rispettivament għall-kontribuzzjonijhiet minn membri tal-Forzi u tal-Forzi
tar-Riserva u l-prinċipali tagħhom għandhom jiġu kalkolati u mħallsin b’manjiera u
f’dawk id-dati li jistgħu jiġu miftehmin bejn l-Ammiraljat, il-Kunsill ta’ l-Armata,
il-Kunsill ta’ l-Ajru, min-naħa, u l-Ministru ta’ l-Emigrazzjoni, Xogħol u Għajnuna
Soċjali, min-naħa l-oħra.
Artikolu 4
(1) Kull persuna li tiġi liċenzjata, imkeċċija jew issensjata b’mod ieħor mill-
Forzi talli tkun ġiet ikkundannata b’xi proċedimenti taħt in-Naval Discipline Act, l-
Army Act, jew l-Air Force Act jew minn xi Qorti Ċivili għandha tiġi skwalifikata
milli tirċievi benefiċċju għall-qgħad għal żmien sitt ġimgħat wara li tiġi liċenzjata,
imkeċċija jew issensjata.
(2) Persuna li tiġi liċenzjata mill-Forzi b’talba tagħha stess m’għandhiex għal
din ir-raġuni tiġi skwalifikata biex tirċievi benefiċċju għall-qgħad kawża li hija
telqet l-impieg volontarjament mingħajr raġuni ġusta.
(3) Għall-finijiet ta’ xi claim għal benefiċċju tal-qgħad, ċertifikat li jkun jidher
iffirmat minn persuna awtorizzata għal hekk mill-Ammiraljat, il-Kunsill ta’ l-
SIGURTÀ  SOĊJALI (FORZI ARMATI) ġ L.S.318.03 3
Armata jew il-Kunsill ta’ l-Ajru, kif ikun il-każ, dwar il-fatt ta’ xi persuna li tkun
ġiet liċenzjata, imkeċċija jew issensjata b’mod ieħor kif imsemmi f’xi wieħed mill-
paragrafi ta’ hawn fuq ta’ dan l-Artikolu u dwar id-data tal-liċenza, tkeċċija jew
sensja għandha tkun prova konklusiva ta’ hekk sakemm ma jiġix ippruvat illi ċ-
ċertifikat ma kienx iffirmat minn persuna hekk awtorizzata kif imsemmi hawn fuq.
Artikolu 5
Persuna ma tkunx intitolata li tirċievi benefiċċju tal-qgħad jew tal-mard għal
xi ġurnata li fiha tkun qiegħdha sservi bħala membru tal-Forzi, jew qiegħdha
tagħmel taħriġ għal żmien ta’ aktar minn tmien siegħat bħala membru ta’ xi waħda
mill-Forzi tar-Riserva.
Artikolu 6
L-ebda benefiċċju tal-korriment, inkapaċità  jew tal-mewt ma jitħallas skond
l-Att għal xi disgrazzja li tiġri lil persuna waqt li tkun qiegħdha sservi bħala membru
ta’ xi waħda mill-Forzi, jew qiegħdha tagħmel taħriġ bħala membru ta’ xi waħda
mill-Forzi tar-Riserva.
Artikolu 7
(1) Jekk persuna tkun intitolata li tirċievi pensjoni għal inkapaċità  minħabba fis-
servizz tagħha fil-Forzi jew fil-Forzi tar-Riserva, u din il-pensjoni tinkludi
suppliment ta’ qgħad, hija ma tkunx intitolata li tirċievi xi benefiċċju taħt l-Att.
(2) Jekk persuna tkun intitolata biex tirċievi pensjoni għal inkapaċità  minħabba
fis-servizz tagħha fil-Forzi jew fil-Forzi tar-Riserva, u din il-pensjoni tinkludi
allowance għall-mara ta’ din il-persuna u jekk tkun intitolata kieku ma kienx hemm
dan il-Ftehim li tirċievi żieda ta’ benefiċċju skond l-Att għall-mara, allura tkun
intitolata li tirċievi biss kull ammont li bis-saħħa tiegħu dik l-allowance tkun inqas
minn dik iż-żieda ta’ benefiċċju.
Artikolu 8
Jekk armla tkun intitolata li tirċievi pensjoni għar-raġuni li l-mewt ta’
żewġha kienet attribwita għas-servizz fil-Forzi jew fil-Forzi tar-Riserva, u tkun
intitolata kieku mhux minħabba dan il-Ftehim li tirċievi pensjoni ta’ armla skond l-
Att, hija tkun intitolata li tirċievi biss -
(a) kull ammont li bis-saħħa tiegħu l-pensjoni ta’ qabel (eskluża xi
allowance għall-ulied) tkun inqas mill-pensjoni ta’ l-aħħar (eskluża xi
żieda għall-ulied); u
(b) kull ammont li bis-saħħa tiegħu allowance għall-ulied inklużi fil-
pensjoni ta’ qabel tkun inqas minn żieda għall-ulied inklużi fil-pensjoni
ta’ l-aħħar,
u hija tkun intitolata li tirċievi xi ammont speċifikat fis-subparagrafu (b) ta’ dan l-
Artikolu ukoll jekk tkun intitolata li ma tirċievi xejn skond is-subparagrafu (a).
Artikolu 9
Meta persuna ma tistax, minħabba li tkun fuq il-baħar jew barra minn Malta,
fil-kors tas-servizz tagħha bħala membru tal-Forzi jew tal-Forzi tar-Riserva, tagħmel
att li meħtieġ malajr jew meta siir xi ħaġa jew fi żmien speċifikat, hija tiqies li
għamlet hekk jekk tagħmel l-att malli dan ikun jista’ jsir, għalkemm wara li tiġri dik
il-ħaġa jew wara li jgħaddi ż-żmien speċifikat.
Artikolu 10
Fil-każ li jispiċċa dan il-Ftehim kull dritt miksub minn persuna skond id-
disposizzjonijiet tiegħu għandu jinżamm u għandhom isiru negozjati sabiex jiġu
4 L.S.318.03 ħ SIGURTÀ  SOĊJALI (FORZI ARMATI)
rranġati d-drittijiet li jkunu qegħdin jiġu miksuba bis-saħħa tad-disposizzjonijiet
tiegħu.
Artikolu 11
Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ mis-7 ta’ Mejju, 1965, u għandu jibqa’ fis-
seħħ għal żmien sena minn dik id-data. Wara, jkompli jseħħ minn sena għal sena
kemm-il darba ma jingħatax avviż bil-miktub biex ma jissoktax minn xi naħa mill-
inqas sitt xhur qabel ma jgħaddi kull perijodu bħal dan ta’ sena.
Magħmul il-Belt Valletta, Malta, illum it-12 ta’ Mejju, 1956.
Għall-Ammiraljat (iff.) Guy Grantham
Ammiral
Għall-Kunsill ta’ l-Armata (iff.) Brian Daunt
Ġeneral Maġġur
Għall-Kunsill ta’ l-Ajru (iff.) G. Nicholetts
Marixxall ta’ l-Ajru
Il-Ministru ta’ l-Emigrazzjoni,
Xogħol u Għajnuna Soċjali(ad int.) (iff.) A. Barbara
SIGURTÀ  SOĊJALI (FORZI ARMATI) ġ L.S.318.03 5
Rati ta’ Kontribuzzjonijiet fil-Ġimgħa
SKEDA Sostitwita:Ordni datat 9.10.57;
A.L. 113 ta’ l-1975.
Klassi ta’ persuni assigurati
Rata fil-ġimgħa ta’ kontribuzzjoni li titħallas
Mill-persuna 
assigurata Mill-prinċipal
Mill-Fond 
Konsolidat
Membri tal-Forzi:
Persuni ’l fuq minn 19-il sena 58c 58c 58c
Subien u Bniet bejn l-14 u d-19-il
sena 14c 14c 14c
