SIGURTÀ  SOĊJALI 
(FTEHIM REĊIPROKU MAR-RENJU UNIT) ġ L.S.318.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 318.04
ORDNI DWAR IS-SIGURTÀ  SOĊJALI
(FTEHIM REĊIPROKU MAR-RENJU UNIT)
29 ta’ Ottubru, 1956
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 652 ta’ l-1956, kif emendata bl-
Avviż datat 10 ta’ Ottubru, 1957, u bin-Notifikazzjoni tal-Gvern 206 ta’ l-
1958.
Titolu.
(Ftehim Reċiproku mar-Renju Unit).
Ftehim.
ta’ dan l-Ordni għandhom iseħħu għal kollox; u l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali għandu jseħħ bla ħsara għall-modifiki meħtieġa
hemmhekk sabiex jingħata seħħ lil dawk id-disposizzjonijiet.
2 L.S.318.04 ħ
SIGURTÀ  SOĊJALI 
(FTEHIM REĊIPROKU MAR-RENJU UNIT)
Ftehim dwar is-Sigurta Nazzjonali
bejn il-Gvern tar-Renju Unit u l-Gvern Malti
TAQSIMA I
Tifsir u Skop
Artikolu 1
Għall-fini ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tfissirx
xort’oħra -
(a) "benefiċċju’’ jfisser kull pensjoni, allowance, jew benefiċċju ieħor li
jitħallas taħt leġislazzjoni ta’ territotju wieħed (jew l-ieħor), u jinkludi
kull allowance oħra li titħallas miegħu u kull żieda oħra li titħallas għal
dipendent;
(b) "benefiċċju tar-romo1" ifisser fil-każ tnr-Renju Unit benefiċċju tar-
romol li jitħallas taħt il-leġislazzjoni tar-Renju Unit, u, fil-każ ta’
Malta, pensjoni tar-romol li titħallas taħt il-leġislazzjoni ta’ Malta;
(ċ) "tifel jew tifla" jfissru, f’relazzjoni ma’ xi persuna, tifel jew tifla kif
detiniti mil-leġislazzjoni li qed tiġi applikata li qed jiġi merqjus taħt dik
il-leġislazzjoni bħala tifel jew tifla ta’ dik il-persuna jew inkluż fil-
familja tiegħu;
(d) "awtorità  kompetenti" tfisser, fil-każ tar-Renju Unit, il-Ministru tal-
Pensjonijiet u tas-Sigurtà  Nazzjonali, il-Ministeru tax-Xogħol u tas-
Sigurtà  Nazzjonali għall-Irlanda tat-Tramuntana jew il-Bord tas-
Servizzi Soċjali ta’ l-Isle of Man, kif ikun jeħtieġ il-każ, u, fil-każ ta’
Malta, il-Ministru ngarigat mid-Dipartiment ta’ Emigrazzjoni, Xogħol u
Għajnuna Soċjali;
(e) "dipendenti" ifisser persuna li għaliha titħallas żieda ta’ benefiċċju taħt
il-leġislazzjoni li qed tiġi applikata;
(f) "leġislazzjoni" tfisser, skond ir-rabta tal-kliem, il-liġijiet u r-
regolamenti speċifikati fl-Artikolu 2 li jkun qed iseħħu f’xi parti ta’
territorju wieħed (jew l-ieħor);
(g) "pensjoni tax-xjuħ" tfisser, fil-każ tar-Renju Unit, pensjoni li tingħata
wara rtir mis-servizz jew pensjoni tax-xjuħ kontributorja li titħallas taħt
il-leġislazzjoni tar-Renju Unit u, fil-każ ta’ Malta, pensjoni tax-xjuħ li
titħallas taħt il-leġislazzjoni ta’ Malta;
(h) "ġenituri" jinkludu persuna li hi meqjusa bħala omm jew missier taħt il-
leġislazzjoni li qed tiġi applikata;
(i) "territorju" jfisser, skond ir-rabta tal-kliem, ir-Renju Unit jew Malta;
(j) "Renju Unit" ifisser l-Ingilterra, l-Iskozja, Wales, l-Irlanda tat-
Tramuntana u l-Isle of Man.
Artikolu 2
(1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw- 
(a) fil-każ tar-Renju Unit, għal-
Emendata:
A.L. 206 ta’ l-1958. SKEDA
SIGURTÀ  SOĊJALI 
(FTEHIM REĊIPROKU MAR-RENJU UNIT) ġ L.S.318.04 3
(i) in-National Insurance Act, 1946, in-National Insurance Act
(Northern Ireland), 1946, in-National Insurance (Isle of Man)
Act, 1948, u l-leġislazzjoni li kienet isseħħ qabel il-5 ta’ Lulju,
1948, u li flokha sar dawk l-Atti;
(ii) in-National Insurance (Industrial Injuries) Act, 1946, in-National
Insurance (Industrial Injuries) Act (Northern Ireland), 1946, u n-
National Insurance (Industrial Injuries) (Isle of Man) Act, 1948;
(b) fil-każ ta’ Malta, għall-Att ta’ l-1956 dwar is-Sigurtà  Nazzjonali.
(2) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3) ta’ dan l-Artikolu, il-Ftehim
għandu japplika wkoll għal kull liġi jew regolament li jemenda, jżid jew jikkonsolida
l-leġislazzjoni msemmija fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu.
(3) Il-Ftehim għandu japplika, biss jekk il-Gvernijiet taż-żewġ territorji jaqblu,
għal liġijiet, ordnijiet jew regolamenti li jemendaw jew iżidu l-leġislazzjoni
msemmija fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu sabiex jagħti seħħ għal xi ftehim
reċiproku dwar is-sigurtà  nazzjonali li Gvern wieħed (jew l-ieħor) ikun għamel ma’
territorju ieħor.
Taqsima II
Kontribuzzjonijiet
Artikolu 3
(1) Jekk persuna tiġi impjegata temporanjament f’territorju wieħed fis-servizz
ta’ xi prinċipal li hu -
(i) soltu jkun residenti fit-territorju l-ieħor; jew
(ii) għandu l-post prinċipali tiegħu tan-negozju f’dak it-territorju l-
ieħor; jew
(iii) għandu f’dak it-territorju l-ieħor post tan-negozju li fih il-persuna
impjegata hija normalment impjegata jew li miegħu l-persuna
impjegata għandha normalment x’taqsam;
u l-persuna, impjegata ma tkunx soltu residenti fl-ewwel territorju, għalhekk,
f’relazzjoni għal dak l-impieg -
(a) dawk id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta’ l-aħħar territorju li
għandhom x’jaqsmu mal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għandhom
japplikaw għaliha matul l-ewwel tnax-il xahar ta’ dak l-impieg
bħallikieku kienet impjegata fl-aħħar territorju;
(b) il-leġislazzjoni ta’ l-ewwel territorju ma għandhiex tapplika għaliha
matul dak il-perijodu.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx
japplikaw għal kull persuna li tkun impjegata fis-servizz tal-Gvern ta’ xi wieħed mit-
territorji.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw għal persuna
impjegata dwar l-impieg speċifikat f’dak il-paragrafu wkoll jekk il-prinċipal fit-
territorju fejn hija impjegata temporanjament ikun qed iħallas il-paga dwar l-istess
impieg.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subparagrafi (a) u (b) tal-paragrafu (1) għandhom
japplikaw għal persuna impjegata wkoll dwar kull impieg ieħor li tista’ tieħu fit-
territorju fejn hija tkun impjegata temporanjament matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar
speċifikat f’dak il-paragrafu.
(5) Fen l-impieg speċifikat fil-paragrafu (1) idum aktar minn tnax-il xahar, id-
4 L.S.318.04 ħ
SIGURTÀ  SOĊJALI 
(FTEHIM REĊIPROKU MAR-RENJU UNIT)
disposizzjonijiet tal-paragrafi (1), (3) u (4) għandhom ikomplu japplikaw għall-
persuna impjegata jekk l-awtorità  kompetenti tat-territorju fejn hija tkun impjegata
jaqblu ma’ dan qabel l-egħluq taż-żmien ta’ tnax-il xahar speċifikat fil-paragrafu (1).
Artikolu 4
(1) Jekk persuna tkun impjegata f’territorju wieħed -
(i) fis-servizz tal-gvern tat-territorju l-ieħor, li tkun ġiet impjegata
għal dak l-impieg barra mill-ewwel territorju, u ma tkunx soltu
residenti fl-ewwel territorju; jew
(ii) fis-servizz tal-gvern ta’ dak it-territorju, wara li tkun intbagħtet
temporanjament f’dak it-territorju fiż-żmien ta’ l-impieg fl-istess
servizz tal-gvern fit-territorju l-ieħor, u hija assigurata dwar dak
l-impieg fl-aħħar territorju skond il-leġislazzjoni ta’ dak it-
territorju;
għalhekk dwar l-impieg fl-ewwel territorju -
(a) dawk id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta’ l-aħħar territorju li
għandhom x’jaqsmu mal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għandhom
japplikaw għaliha bħallikieku kienet impjegata f’dak it-territorju;
(b) il-leġislazzjoni ta’ l-ewwel territorju ma għandhiex tapplika għaliha.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subparagrafi (a) u (b) tal-paragrafu (1) ta’ dan l-
Artikolu għandhom japplikaw għal persuna impjegata dwar kull impieg ieħor li tista’
tieħu fl-ewwel territorju.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ma għandhomx japplikaw għal kull
apprendista fis-servizz ta’ l-Ammiraljat f’Malta li jintbagħat fir-Renju Unit skond l-
Equal Opportunities Scheme.
Artikolu 5
Ebda waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 3, 4 u 6 ta’ dan il-Ftehim ma
għandha tolqot is-sigurtà  jew it-taħriġ f’xi waħda mill-forzi navali, militari jew ta’ l-
ajru jew tar-riżerva tal-Kuruna.
Artikolu 6
(1) Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, "vapur" ifisser, dwar territorju wieħed, vapur
jew bastiment li jkun reġistrat f’dak it-territorju u ma jkunx proprjetà  tat-territorju l-
ieħor jew kull vapur jew bastiment ieħor Brittanniku li jkun proprjetà  ta’ l-ewwel
territorju; u vapur jew bastiment għandu jitqies bħala proprjetà  -
(a) fir-Renju Unit, jekk ikun proprjetà  tal-Maestà  Tagħha;
(b) f’territorju wieħed (jew l-ieħor), jekk ma jkunx tal-Maestà  Tagħha u l-
proprjetarju jew, fejn ikun hemm aktar minn propjetarju wieħed, il-
proprjetarju li jkun manager jew il-manager ikun residenti jew ikollu l-
post prinċipali tan-negozju tiegħu f’dak it-territorju.
(2) Ba ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafi (3) u (5) ta’ dan l-Artikolu,
jekk persuna, li soltu tkun residenti f’territorju wieħed, tkun impjegata fuq vapur tat-
territorju l-ieħor, il-leġislazzjoni ta’ l-aħħar territorju għandha tapplika għaliha
bħallikieku kienet soltu residenti fit-territoriu ta’ l-aħħar, u l-leġislazzjoni ta’ l-
ewwe1 territorju ma għandhiex tapplika għall-impieg tagħha.
(3) Jekk persuna, li soltu tkun residenti f’territorju wieħed, tkun impjegata bħala
kaptan jew membru ta’ l-ekwipaġġ ta’ vapur tat-territorju l-ieħor li-
(a) ikun reġistrat fl-ewwel territorju;
SIGURTÀ  SOĊJALI 
(FTEHIM REĊIPROKU MAR-RENJU UNIT) ġ L.S.318.04 5
(b) ikun stazzjonat fl-ewwel territorju;
(ċ) ilollu x’jaqsam fil-home trade ta’ l-ewwel territorju; jew
(d) ikun immexxi għal kollox jew prinċipalment minn persuni li soltu jkunu
residenti fl-ewwel territorju;
għallhekk il-leġislazzjoni ta’ l-ewwel territorju tapplika għaliha bħallikieku hija
kienet impjegata bħala kaptan jew membru ta’ l-ekwipaġġ ta’ vapur ta’ l-ewwel
territorju, u l-leġislazzjoni ta’ l-aħħar territorju ma għandhiex tapplika għall-impieg
tagħha.
(4) Biex jiġu applikati d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3) ta’ dan l-Artikolu,
vapur għandu jitqies bħala li għandu x’jaqsam mal-home trade ta’ Malta jekk huwa
jinnegozja jew jivvjaġġa bejn Malta u kull port jew portijiet oħra fil-Mediterran jew
jekk huwa bastiment tas-sajd li jkun stazzjonat f’Malta.
(5) Jekk persuna soltu tkun impjegata f’xi territorju wieħed fis-servizz ta’ xi
prinċipal li jkollu post tan-negozju f’dak it-territorju, u hija assigurata dwar dak l-
impieg skond il-leġislazzjoni ta’ dak it-territorju, għalhekk, dwar kull impieg fuq
vapur tat-territorju l-ieħor, li hu impieg fis-servizz ta’ l-istess prinċipal -
(a) il-leġislazzjoni ta’ l-ewwel territorju għandha tapplika għaliha
bħallikieku kienet impjegata fuq vapur ta’ dak it-territorju;
(b) kontribuzzjonijiet taħt dik il-leġislazzjoni għandhom jitħallsu minn dak
il-prinċipal;
(ċ) il-leġislazzjoni ta’ l-aħħar territorju ma għandhiex tapplika għaliha.
Artikolu 7
Jekk persuna li qabel kienet membru ta’ xi waħda mill-forzi regolari tal-
Kuruna militari, navali jew ta’ l-ajru tkun qed isservi bħala membru ta’ xi waħda
mill-forzi navali, militari jew ta’ l-ajru mwaqqfa f’Malta, u s-servizz tagħha ikun
assigurabbli skond il-leġislazzjoni ta’ Malta, f’dak il-każ il-leġislazzjoni tar-Renju
Unit m’għandhiex tapplika għas-servizz tagħha.
TAQSIMA III
Benefiċċju
Benefiċċju ta’ Territorju li jitħallas f’Territorju ieħor
Artikolu 8
Meta, skond il-leġislazzjoni ta’ territorju wieħed, persuna jkollha dritt għal
pensjoni tax-xjuħ, benefiċċju għar-romol, benefiċċju għal korriment, benefiċċju għal
inkapaċita jew benefiċċju għal mewt kieku kienet f’dak it-territorju jkollha dritt li
tirċievi l-benefiċċju filwaqt li tkun fit-territorju l-ieħor.
Artikolu 9
Meta persuna hija impjegata f’territorju wieħed u dawk id-disposizzjonijiet
tal-leġislazzjoni tat-territorju l-ieħor dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet japplikaw
għaliha skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4, hija tiġi meqjusa
skond dik il-leġislazzjoni -
(a) dwar xi talba għall-benefiċċju għal mard bħallikieku hija kienet fit-
territorju msemmi l-aħħar;
(b) dwar xi talba biex tirċievi benefiċċju dwar disgrazzja tax-xogħol li ġrat
jew xi mard minħabba x-xogħol li tkun ħadet matul iż-żmien ta’ l-
impieg tagħha fit-territorju ta’ qabel, bħallikieku l-impieg tagħha jkun
assigurabbli u bħallikieku d-disgrazzja tkun ġrat jew il-marda tkun
6 L.S.318.04 ħ
SIGURTÀ  SOĊJALI 
(FTEHIM REĊIPROKU MAR-RENJU UNIT)
ittieħdet fl-aħħar territorju.
Artikolu 9A
Fejn persuna tkun temporanjament f’territorju wieħed u ma tkunx intitolata
biex tirċievi benefiċċju tal-mard jew benefiċċju għal korriment taħt il-leġislazzjoni
ta’ dak it-territorju iżda jkollha dritt li tirċievi benefiċċju bħal dan taħt il-
leġislazzjoni tat-territorju l-ieħor kieku hija kienet fl-aħħar territorju, hi, soggetta
għall-approvazzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-aħħar territorju, jkollha dritt li
tirċievi dak il-benefiċċju għal dak il-perijodu kif dik l-awtorità  tista’ tiddeċiedi.
Benefiċċju f’Territorju li jkollu Dipendenti f’Territorju ieħor
Artikolu 10
Meta persuna li jkollha dritt li tirċievi xi benefiċċju skond il-leġislazzjoni
ta’ territorju wieħed ikollha dritt li tirċievi żieda f’dak il-benefiċċju jekk dipendenti
tagħha kien f’dak it-territorju, hija jkollha dritt li tirċievi dik iż-żieda filwaqt li d-
dipendenti tagħha ikun fit-territorju l-ieħor.
Benefiċċju ta’ Territorju wieħed dwar Tifel jew Tifla li tkun qiedha fit-Territorju l-
ieħor
Artikolu 11
(1) Meta, skond il-leġislazzjoni ta’ territorju wieħed persuna jkollha dritt li
tirċievi benefiċċju għar-romol jew għal mewt jekk tifel jew tifla kienet f’dak it-
territorju meta wieħed mill-ġenituri tagħha miet, il-persuna jkollha dritt li tirċievi
dak il-benefiċċju jekk it-tifel jew tifla kienet f’dak iż-żmien fit-territorju l-ieħor.
(2) Meta skond il-leġislazzjoni ta’ territorju wieħed, persuna jkollha dritt li
tirċievi benefiċċju għar-romol jew għal mewt jekk tifel jew tifla kienet f’dak it-
territorju, il-persuna jkollha dritt li tirċievi dak il-benefiċċju filwaqt li t-tifel jew
tifla tkun fit-territorju l-ieħor.
Benefiċċju għal mard
Artikolu 12
(1) Meta persuna tkun f’territorju wieħed u minn meta waslet l-aħħar f’dak it-
territorju, tkun saret obbligata li tħallas kontribuzzjonijiet skond il-leħislazzjoni ta’
dak it-territorju, għandha tkun meqjusa, dwar xi talba biex tirċievi benefiċċju għal
mard skond dik il-1eġislazzjoni, bħallikieku -
(a) kienet ħallset kontribuzzjoni skond dik il-leġislazzjoni għal kull ġimgħa
li dwarha tkun ħallset kontribuzzjoni skond il-leġislazzjoni tat-territorju
l-ieħor;
(b) kien ikollha kontribuzzjoni akkreditata lilha skond dik il-leġislazzjoni
għal kull ġimgħa li dwarha kellha kontribuzzjoni akkreditata lilha skond
il-leġislazzjoni tat-territorju l-ieħor.
(2) Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, il-kelma "kontribuzzjoni" ma tinkldix
kontribuzzjoni li persuna tkun ħallset jew kellha akkreditat lilha bħala persuna
disimpjegata skond il-leġislazzjoni tar-Renju Unit jew kontribuzzjoni li hija kienet
ħalset volontarjament skond il-leġislazzjoni ta’ Malta.
Benefiċċju għal disimpieg
Artikolu 13
(1) Meta persuna tkun f’territorju wieħed u, minn meta waslet l-aħħar f’dak it-
territorju, tkun saret obbligata li tħallas kontribuzzjonijiet skond il-leġislazzjoni ta’
dak it-territorju, għandha tkun meqjusa dwar xi talba biex tirċievi benefiċċju għal
SIGURTÀ  SOĊJALI 
(FTEHIM REĊIPROKU MAR-RENJU UNIT) ġ L.S.318.04 7
disimpieg skond dik il-leġislazzjoni bħallikieku -
(a) kienet ħallset kontribuzzjoni skond dik il-leġislazzjoni għal kull ġimgħa
li dwarha tkun ħallset kontribuzzjoni skond il-leġislazzjoni tat-territorju
l-ieħor;
(b) kien ikollha kontribuzzjoni akkreditata lilha skond dik il-leġislazzjoni
għal kull ġimgħa li dwarha kellha kontribuzzjoni akkreditata lilha skond
il-leġislazzjoni tat-territorju l-ieħor;
(ċ) (imħassar);
(d) kienet residenti fl-ewwel territorju matul kull perijodu li matulu hija
kienet residenti fl-aħħar territorju.
(2) Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, il-kelma "kontribuzzjoni" ma tinkldix
kontribuzzjoni li persuna tkun ħallset jew kellha akkreditat lilha bħala persuna li
timpjega lilha nfisha skond il-leġislazzjoni tar-Renju Unit jew kontribuzzjoni li hija
kienet ħalset volontarjament skond il-leġislazzjoni ta’ Malta.
Benefiċċju ta’ Territorju Wieħed trattat bħala Benefiċċju ta’ l-ieħor
Artikolu 13A
Fejn persuna titlob benefiċċju għall-mard skond il-leġislazzjoni ta’ territorju
wieħed bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 ta’ dan il-Ftehim jew
benefiċċju għal disimpieg taħt dik il-leġislazzjoni bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’
l-Artikolu 13, hija tista’, fid-diskrezzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ dak it-
territorju, titqies bħala li tkun irċeviet benefiċċju għal mard jew benefiċċju għal
disimpieg skond dik il-leġislazzjoni għal kull ġurnata illi hija tkun irċeviet
rispettivament benefiċċju għal mard u benefiċċju għal disimpieg skond il-
leġislazzjoni tat-territorju l-ieħor; iżda għal dan il-fini, kull ġurnata li għaliha hija
tkun irċeviet benefiċċju bħal dan għandha tiġi injorata jekk tkun qabel il-bidu ta’ l-
aħħar sentejn kompliti ta’ benefiċċju, kif determinat skond il-leġislazzjoni ta’ l-
aħħar territorju, qabel il-ġurnata li għaliha hija titlob benefiċċju.
Benefiċċju għar-Romol
Artikolu 14
Jekk wieħed ikun ġie assigurat skond il-leġislazzjoni taż-żewġ territorji,
f’dan il-każ -
(a) sabiex jiġi deċiż jekk l-armla tiegħu jkollhiex dritt li tirċievi benefiċċju
għar-romol skond il-leġislazzjoni ta’ wieħed mit-territorji, kull
kontribuzzjoni, mħallsa lilu jew akkreditata lilu skond il-leġislazzjoni
tat-territorju l-ieħor, tkun meqjusa bħallikieku kienet kontribuzzjoni
mħallsa minnu jew akkreditata lilu rispettivament skond il-leġislazzjoni
ta’ l-ewwel territorju; u
(b) jekk l-armla jkollha dritt li tirċievi benefiċċju għar-romol skond il-
leġislazzjoni ta’ l-ewwel territorju, ir-rata ta’ dak il-benefiċċju għandha
tkun parti mir-rata tal-benefiċċju li kien jitħallas lilha skond dik il-
leġislazzjoni jekk kull kontribuzzjoni mħallsa minn żewġha jew
akkreditata lilu skond il-leġislazzjoni ta’ l-aħħar territorju kienet
kontribuzzjoni mħallsa minnu jew akkreditata lilu rispettivament skond
il-leġislazzjoni ta’ l-ewwel territorju, jiġifieri dik il-parti li għandha l-
istess relazzjoni għall-intier bħalma l-għadd ta’ kontribuzzjonijiet
imħallsa minnu jew akkreditati lilu skond il-leġislazzjoni ta’ l-ewwel
territorju għandu ma’ l-għadd totali ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa
minnu jew akkreditati lilu skond il-leġislazzjoni taż-żewġ territorji.
8 L.S.318.04 ħ
SIGURTÀ  SOĊJALI 
(FTEHIM REĊIPROKU MAR-RENJU UNIT)
Allowance ta’ Tutur
Artikolu 15
Dwar kull talba biex tingħata allowance ta’ tutur skond il-leġislazzjoni ta’
territorju wieħed għal tifel jew tifla residenti f’dak it-territorju, kull kontribuzzjoni
mħallsa minn wieħed mill-ġenituri tat-tifel jew tifla skond il-leġislazzjoni tat-
territorju l-ieħor għandha titqies, kemm-il darba l-allowance ta’ tutur ma titħallasx
għat-tifel jew tifla skond dik il-leġislazzjoni, bħallikieku kienet thallset minn dak il-
wieħed mill-ġenituri skond il-leġislazzjoni ta’ l-ewwel territorju.
Pensjonijiet tax-Xjuħ
Artikolu 16
(1) Jekk persuna tkun ġiet assigurata skond il-leġislazzjoni taż-żewġ territorji
f’dan il-każ -
(a) sabiex jiġi deċiż jekk ikollhiex dritt li tirċievi pensjoni tax-xjuħ skond
il-leġislazzjoni ta’ wieħed mit-territorji, kull kontribuzzjoni, imħallsa
minnha jew akkreditata lilha skond il-leġislazzjoni tat-territorju l-ieħor,
tkun meqjusa bħallikieku kienet kontribuzzjoni mħallsa minnha jew
akkreditata lilha rispettivament skond il-leġislazzjoni ta’ l-ewwel
territorju; u
(b) jekk ikollha dritt li tirċievi pensjoni tax-xjuħ skond il-leġislazzjoni ta’ l-
ewwel territorju, ir-rata ta’ dik il-pensjoni għandha tkun parti mir-rata
tal-pensjoni li kien jitħallas lilha skond dik il-leġislazzjoni jekk kull
kontribuzzjoni mħallsa minnha jew akkreditata lilha skond il-
leġislazzjoni ta’ l-aħħar territorju kienet kontribuzzjoni mħallsa minnha
jew akkreditata lilha rispettivament skond il-leġislazzjoni ta’ l-ewwel
territorju, jiġifieri dik il-parti li għandha l-istess relazzjoni għall-intier
bħalma l-għadd ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa minnha jew akkreditati
lilha skond il-leġislazzjoni ta’ l-ewwel territorju għandu ma’ l-għadd
totali ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa minnha jew akkreditati lilha skond
il-leġislazzjoni taż-żewġ territorji
(2) Jekk mara titlob pensjoni tax-xjuħ skond il-leġislazzjoni ta’ territorju
wieħed jew l-ieħor f’kollox jew f’parti bis-saħħa tal-kontribuzzjonijiet ta’ żewġha,
għandhom jappklikaw lilha d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu,
salv il-modifika illi kull riferenza f’dak il-paragrafu għal kontribuzzjoni mħallsa
minnha jew akkreditata lilha għandha tiftiehem bħala li tinkludi riferenza għal
kontribuzzjoni mħallsa minn żewġha jew akkreditata lilu rispettivament.
Perijodi dwar Sigurtà  jiġu injorati
Artikolu 17
(1) Sabiex jiġi deċiż, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 12, 13, 14, 15 u
16, jekk persuna jkollhiex dritt li tirċievi benefiċċju skond il-leġislazzjoni ta’ Malta,
u sabiex jiġi deċiż skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 166 liema benefiċċju
kien jitħallas skond dik il-leġislazzjoni jekk kull kontribuzzjoni mħallsa minn
persuna jew akkreditata lilha skond il-leġislazzjoni tar-Renju Unit kienet
kontribuzzjoni mħallsa minnha jew akkreditata lilha rispettivament skond il-
leġislazzjon ta’ Malta, ma jittieħed l-ebda kont ta’ kontribuzzjoni mħallsa jew
akkreditata skond il-leġislazzjoni tar-REnju Unit dwar kull ġimgħa qabel il-ġimgħa
li tibda fis-7 ta’ Mejju, 1956.
(2) Sabiex jiġu applikati d-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (b) ta’ lArtikolu
14 u subparagrafu (b) tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 16, ma jittieħed l-ebda kont ta’
À  SOĊJALI 
ġ L.S.318.04
xi kontribuzzjoni li persuna tkun ħallset jew kellha akkreditata lilha skond il-
leġislazzjoni tar-Renju Unit jekk, meta, jiġi ikkalkolat l-għadd minn sena għal oħra
leġislazzjoni, ebda kont ma jittieħed ta’ dik il-kontribuzzjoni.
Korriment u Mard minħabba x-Xogħol
Meta persuna tkun ħadet marda minħabha x-xogħol u kienet impjegata fiż-
żewġ territorji f’xogħlijiet li jkollhom ir-riskju ta’ dik il-marda, hija titqies, bħa
benefiċċju għal dik il-marda skond il-leġislazzjoni tat-territorju li fih kienet l-aħħar
impjegata, bħallikieku kienet hekk impjegata f’dak it-territorju biss.
Meta persuna li tkun qed tirċievi jew tkun irċeviet benefiċċju għal
inkapaċit  skond il-leġislazzjoni ta’ territorju wieħed titlob benefiċċju għal
inkapaċit  skond il-leġislazzjoni tat-territorju l-ieħor, għandu jittieħed kont tal-
benefiċċju li jiħallas jew li kien jitħallas skond il-leġislazzjoni tat-territorju ta’ l-
à  ikkalkolat għall-istess perijodu bl-istess perċentaġġ.
Persuna li tkun Malta u jkollha dritt li tirċievi benefiċċju għal korriment jew
għal inkapaċit , skond il-leġislazzjoni tar-Renju Unit, ikollha dritt ukoll li tirċievi
skond il-leġislazzjoni ta’ Malta dik il-kura medika li kien ikollha dritt li tirċievi
Drittijiet Doppji
Artikolu 21
xjuħ, benefiċċju għal korriment, pensjoni għal inkapaċità
skond il-leġislazzjoni ta’ territorju wieħed -
( ) titlob xi benefiċċju skond il-leġislazzjoni tat-territorju l-ieħor;
b)
(ċ ma jkollhiex dritt skond il-leġislazzjoni tat-territorju ta’ l-aħħar li
tirċievi sħaħ fl-istess ħin kemm il-benefiċċju ta’ l-aħħar kif ukoll il-
fihom il-benefiċċju ta’ qabel kien jingħata;
f’dak il-każ ikollha dritt li tirċievi skond il-leġislazzjoni tat-territorju ta’ l-aħħar kull
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw -
(i)
skond il-leġislazzjoni tat-territorju ta’ l-aħħar meta min ikun
għamel talba, ikun qed jirċievi benefiċċju għar-romo; jew
(ii) għal talba għal benefiċċju għal inkapaċit  skond il-leġislazzjoni
tat-territorju ta’ l-aħħar meta min ikun għamel it-talba jkun qed
à  skond il-leġislazzjoni ta’ l-ewwel
Talbiet magħmula indipendentement mill-Ftehim
Artikolu 22
L.S.318.04 ħ
À  SOĊJALI 
Bħa ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 19 u 21, kull persuna li tagħmel
talba għal benefiċċju skond il-leġislazzjoni ta’ xi wieħed mit-territorji tista’ tagħżel
parti tal-Ftehim.
TAQSIMA IV
Artikolu 23
L-awtoritajiet kompetenti -
għandhom jagħmlu dawk l-arranġamenti amministrativi li
jinħtieġu għall-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim;
għandhom jikkomunikaw wieħed lil ieħior tagħrif dwar xi miżura
meħuda minnhom għall-applikazzjoni tal-Ftehim;
għandhom jagħtu għajnuna lil xulxin dwar kull kwistjoni li
jkollha x’taqsam ma’ l-applikazzjoni tal-Ftehim.
Meta, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, għandu jitħallas xi
benefiċċju mill-awtorit  kompetenti ta’ territorju wieħed lil persuna li tkun fit-
territorju l-ieħor, il-ħ1as jista’, fuq talba ta’ dik l-awtorit , isir mill-awtorità
à  kompetenti ta’ l-ewwel
Artikolu 25
Ebda benefiċċju mħallas skond il-leġislazzjoni ta’ territorju wieħed bis-
à  Nazzjona1i
Artikolu 26
Meta persuna li tkun f’territorju wieħed titlob benefiċċju skond il-
à  kompetenti ta’ l-ewwel territorju, fuq
à  kompetenti tat-territorju ta’ l-aħħar, għandha tagħmel
Artikolu 27
Kull eżenzjoni minn, jew riduzzjoni ta’ drittijiet, ħlasijiet u spejjeż legali, li
ċertifikat jew dolument li jkun meħtieġ li jiġi prodott għall-fini ta’ dik il-
leġislazzjoni, għandha tiġi estiża għal ċertifikati u dolkumenti li jkunu meħtieġa li
Artikolu 28
Kull talba, avviż jew appell li, għall-finijiet tal-leġislazzjoni ta’ territorju
à  ta’ dak it-territorju, iżda
à  kompetenti tat-territorju l-
à  ta’ l-ewwel
à  tat-territorju ta’ l-aħħar għandha, kemm
à
kompetenti ta’ l-ewwel territorju.
Fil-każ ta’ tmiem ta’ dan il-Ftehim kull dritt miksub minn persuna skond id-
disposizzjonijiet tiegħu għandu jiġi miżmum, u għandhom isiru taħditiet għall-
À  SOĊJALI 
ġ L.S.318.04
ftehim ta’ kull dritt li jkun qed jinkiseb bis-saħħa ta’ dawk id-disposizzjonijiet.
Artikolu 30
1956. Id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim għandhom jibdew iseħħu mid-data
ta’ meta jibda jseħħ.
Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ fid-29 ta’ Ottubru, 1956, u għandu jibqa’
jseħħ għal perijodu ta’ sena minn dik id-data. Wara, jibqa’ jseħħ minn sena għal sena
wieħed mit-territorji mill-anqas tliet xhur qabel ma jgħaddi xi perijodu ta’ sena bħal
dan.
